Official Journal L 225 , 22/08/2002 P. 0003 - 0010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2002 tal-21 ta’ Awwissu 2002 li jemenda l-Annessi III, VII u XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina, il-qerda ta’ l-enċefalopatija sponġiformi trasmissibbli, it-tneħħija ta’ materjali speċifiċi ta’ riskju u regoli ta’ importazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ oriġini annimali. (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jipprovdi għal regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 23 tiegħu, Billi: (1) Regoli għall-monitoraġġ ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina (ESB) f’annimali bovini, għal qerda ta’ embrijoni bovini u bajd tal-każijiet ta’ ESB, għan-negozju f’embrijoni bovini u bajd, u għat-tneħħija ta’ materjal speċifiku ta’ riskju ta’ l-ESB huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. (2) Meta l-programm ta’ monitoraġġ ta’ l-ESB f’annimali bovini kien emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2001 [3], saret disposizzjoni għar-reviżjoni tal-programm ta’ monitoraġġ fid-dawl tar-riżultati miksuba matul l-ewwel sitt xhur. (3) Matul it-tieni nofs ta’ l-2001, aktar minn ħames miljun annimal bovin kienu kontrollati għall-ESB, li minnhom 457 kienu posittivi. L-aktar każijiet posittivi nstabu f’annimali mejta fir-razzett, annimali maqtula f’emerġenza u l-annimali li l-qatla tagħhom kienet posposta minħabba marda jew disordni suspettata tal-kondizzjonijiet ġenerali tagħhom. (4) Biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-programm ta’ monitoraġġ, jeħtieġ li tkun kjarifikata taħt l-Anness III, Kapitolu A.I.2, it-tifsira ta’ annimali li l-qatla tagħhom kienet posposta minħabba marda jew disordni suspettata tal-kondizzjonijiet ġenerali tagħhom. (5) L-annimali kollha mejta fir-razzett ‘il fuq minn 24 xahar kienu eżaminati għall-ESB matul stħarriġ statistiku ta’ sena magħmul bħala miżura transitorja fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. Biex tkun żgurata l-individwazzjoni effettiva ta’ każijiet ta’ k-ESB, l-annimali kollha mejta fir-razzett ‘il fuq minn 24 xahar għandhom jibqgħu ikunu eżaminati fuq bażi permanenti. Biex ikunu evitati spejjeż spropozjonati, għandha tkun provduta deroga għall-annimali li jmutu f’żoni mwarrba fejn ma ġie organizzat l-ebda ġbir ta’ annimali mejtin. (6) Huwa importanti li tkun segwita l-evoluzzjoni ta’ l-epidemija ta’ l-ESB f’annimali mwielda wara l-introduzzjoni tal-projbizzjoni ta’ għalf riinforzata fir-Renju Unit. Għal dan l-iskop l-ittestjar ta’ annimali maqtula u meqruda taħt l-Iskema ‘Il Fuq Minn Tletin Xahar’ għandu jinfetaħ biex ikopri l-annimali kollha mwielda wara l-projbizzjoni tal-għalf. Iżda, l-individwazzjoni ta’ każijiet posittivi f’annimali taħt 42 xahar hija improbabbli ħafna u tkun, għalhekk, spropozjonata biex teħtieġ l-ittestjar ta’ annimali f’saħħithom taħt l-età maħsuba għall-qerda taħt skema eċċezzjonali provduta fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 716/96 tad-19 ta’ April 1996 li jadotta miżuri speċjali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam taċ-ċanga fir-Renju Unit [4] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1176/2000 [5]. (7) Huwa meħtieġ li jkunu kjarifikati regoli fuq l-immarkar tas-saħħa ta’ karkassi magħżula għall-ittestjar għall-enċefalopatija sponġiformi trasmissibbli. (8) Biex ikunu evitati spejjeż spropozjonati fil-programm ta’ monitoraġġ għar-ruminanti żgħar, għandha tkun provduta deroga għall-annimali li jmutu f’żoni mwarrba fejn ma jkunx ġie organizzat ġbir ta’ annimali mejtin. (9) Għandhom ikunu ċċarati d-disposizzjonijiet rigward il-programmi volontarji ta’ monitoraġġ fi speċi ta’ annimali li ma jkunux annimali bovini, ovini jew kaprini. (10) Fl-opinjoni tiegħu tas-16 ta’ Mejju 2002 fuq is-sigurezza ta’ embrijoni bovini, il-Kumitat Direttiv Xjentifiku (KDX) ikkonkluda li m’hemmx ħtieġa għall-miżuri li ma jkunux dawk preskritti mill-protokolli tas-Soċjetà Internazzjonali tat-Trasferiment ta’ l-Embrijoni. Fis-sezzjoni ġenerali tiegħu ta’ Mejju 2002, l-organizzazzjoni dinjija tas-saħħa ta’ l-annimali Office international des Epizooties (OIE) iddeċidiet fuq bażi simili xjentifika biex tħassar il-kondizzjonijiet kollha tal-kummerċ fir-rigward ta’ embrijoni u bajd bovini. Id-disposizzjonijiet fuq il-qerda ta’ embrijoni u bajd bovin minn każijiet ta’ l-ESB u l-kondizzjonijiet ta’ kummerċ relatat ma’ l-ESB għall-embrijoni u bajd bovini għandhom għalhekk ikunu mħassra. (11) Huwa meħtieġ illi jkunu kjarifikati r-regoli tat-tneħħija u l-kontroll ta’ materjal speċifikat ta’ riskju. (12) Fl-opinjoni tiegħu tas-27 ta’ Ġunju 2002 fuq ir-Riskju Ġeografiku ta’ l-ESB ta’ ċerti pajjiżi terzi, il-KDX ikkonkluda li, flimkien ma pajjiżi valutati qabel, l-eżistenza ta’ l-ESB f’bhejjem tal-post hija improbabbli ħafna fl-Islanda u f’Vanuatu. Għalhekk l-Islanda u Vanuatu għandhom ikunu eżenti mill-kondizzjonijiet ta’ kummerċ fir-rigward ta’ annimali bovini ħajjin u prodotti ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina. (13) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk ikun emendat konformament. (14) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimal, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Annessi III, VII u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skond l-Anness ma’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Awwissu 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1. [2] ĠU L 45, tal-15.2.2002, p. 4. [3] ĠU L 173, tas-27.6.2001, p. 12. [4] ĠU L 99, ta’ l-20.4.1996, p. 14. [5] ĠU L 131, ta’ l-1.6.2000, p. 37. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1. L-Anness III huwa mibdul b’dan li ġej: L-ANNESS III SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ KAPITOLU A I. Il-monitoraġġ f’annimali bovini 1. Ġenerali Il-monitoraġġ f’annimali bovini għandu jsir skond il-metodi tal-laboratorju preskritti fl-Anness X, Kapitolu Ċ, punt 3.1(b). 2. Il-monitoraġġ f’annimali maqtula għall-konsum tal-bniedem 2.1. L-annimali bovini kollha ‘il fuq minn 24 xahar: - bla ħsara għal "qtil speċjali ta’ emerġenza" kif imfisser fl-Artikolu 2(n) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE [1], jew - maqtula skond l-Anness I, Kapitolu VI, punt 28(ċ), tad-Direttiva 64/433/KEE, ħlief għall-annimali mingħajr sinjali kliniċi tal-marda maqtula fil-kuntest ta’ kampanja għall-qerda tal-marda, għandhom ikunu eżaminati għall-ESB. 2.2. L-annimali bovini kollha ‘il fuq minn 30 xahar: - bla ħsara għall-qtil normali għall-konsum uman, jew - maqtula fil-kuntest ta’ kampanja għall-qerda tal-marda skond l-Anness I, Kapitolu VI, punt 28(ċ), tad-Direttiva 64/433/KEE, imma li ma jurux sinjali kliniċi tal-marda, għandhom ikunu eżaminati għall-ESB. 2.3. Bħala deroga għall-punt 2.2, u fir-rigward ta’ annimali bovini mwielda, mrobbija u maqtula fit-territorju tagħha, l-Isvezja tista’ tiddeċiedi li teżamina biss kampjun każwali. Il-kampjun għandu jkollu ta’ lanqas 10000 annimal kull sena. 3. Il-monitoraġġ f’annimali mhux maqtula għall-konsum tal-bniedem 3.1. L-annimali bovini kollha ‘il fuq minn 24 xahar li mietu jew nqatlu imma li ma kienux: - maqtula għall-qerda bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 716/96 [2], - maqtula fil-qafas ta’ epidemija, bħall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, - maqtula għall-konsum tal-bniedem, għandhom ikunu eżaminati għall-ESB. 3.2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jidderogaw mid-disposizzjonijiet tal-punt 3.1 f’żoni remoti b’densità baxxa ta’ annimali, fejn mhix organizzata xi ġabra ta’ annimali mejta. L-Istati Membri li jużaw din id-deroga għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’hekk, u jissottomettu lista taż-żoni derogati. Id-deroga m’għandiex tkopri aktar minn 10 % tal-popolazzjoni bovina fl-Istati Membri. 4. Il-monitoraġġ ta’ annimali mixtrija għall-qerda bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 716/96 4.1. L-annimali kollha soġġetti għall-qatla casualty jew misjuba morda fl-ispezzjoni ante-mortem għandhom ikunu eżaminati għall-ESB. 4.2. L-annimali kollha ‘il fuq mit-42 xahar mwielda qabel l-1 ta’ Awissu 1996 għandhom ikunu eżaminati għall-ESB. 4.3. Kampjun każwali li jkollu ta’ lanqas 10000 annimali kull sena ta’ annimali mhux koperti bil-punti 4.1 jew 4.2 għandhom ikunu eżaminati għall-ESB. 5. Il-monitoraġġ f’annimali oħra Flimkien ma’ l-eżami msemmi fil-punti 2 sa 4, l-Istati Membri jistgħu fuq bażi volontarja jiddeċiedu li jeżaminaw annimali bovini oħra fit-territorju tagħhom, partikolarment fejn dawk l-annimali joriġinaw minn pajjiżi b’ESB indiġeni, ikunu ikkunsmaw potenzjalment għalf kontaminat jew twieldu jew ġew minn annimali nisa infettati b’ESB. 6. Il-miżuri wara l-eżami 6.1. Fejn annimal maqtul għall-konsum tal-bniedem ikun intgħażel għall-eżami tal-ESB, il-marka tas-saħħa provduta fil-Kapitolu XI ta’ l-Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE m’għandux isir fuq il-karkassa ta’ dak l-annimal sakemm ma jinkisibx riżultat negattiv għall-eżami ta’ malajr. 6.2. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-disposizzjonijiet tal-punt 6.1 fejn hemm sistema uffiċjali fil-biċċerija biex jiżguraw li l-ebda parti ta’ l-annimali eżaminati li jkollha marka tas-saħħa ma tħalli l-biċċerija sakemm jinkiseb riżultat negattiv għall-eżami ta’ malajr. 6.3. Il-partijiet kollha tal-ġisem ta’ l-annimal eżaminat għall-ESB inkluż il-ġilda għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali sakemm jinkiseb riżultat negattiv għall-eżami ta’ malajr, sakemm ma jinqerdux skond l-Anness V, punt 3 jew 4. 6.4. Il-partijiet kollha tal-ġisem ta’ annimal li jinstab pożittiv għall-eżami ta’ malajr inkluż il-ġilda għandhom jinqerdu skond l-Anness V, punt 3 jew 4, apparti minn materjal li jinżamm flimkien mar-rekords provduti fil-Kapitolu B, taqsima III. 6.5. Fejn annimal maqtul għall-konsum tal-bniedem jinstab pożittiv għall-eżami ta’ malajr, ta’ lanqas il-karkassa minnufih ta’ qabel il-karkassa li hija pożittiva għall-eżami u iż-żewġ karkassi li jiġu minnufih wara l-karkassa pożittiva għall-eżami fuq l-istess linja tal-qatla għandhom jinqerdu skond il-punt 6.4, flimkien mal-karkassa pożittiva għall-eżami. 6.6. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-disposizzjonijiet tal-punt 6.5 fejn tinsab sistema fil-biċċerija li ma tħallix il-kontaminazzjoni bejn il-karkassi. II. Il-monitoraġġ f’annimali ovini u kaprini 1. Ġenerali Għandu jsir monitoraġġ f’annimali ovini u kaprini skond il-metodi ta’ laboratorju provduti fl-Anness X, Kapitlu Ċ, punt 3.2(b). 2. Il-monitoraġġ f’annimali maqtula għall-konsum tal-bniedem Annimali ‘il fuq minn 18-il xahar jew li għandhom iżjed minn żewġ inċiżivi permanenti maħruġa mill-ħanek u li jinqatlu għall-konsum tal-bniedem għandhom ikunu eżaminati skond id-daqs tal-kampjun indikat fit-tabella. Il-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi ta’ kull reġjun u staġun. L-għażla tal-kampjuni għandha tkun imfassla biex tkun evitata rappreżentanza żejda ta’ xi grupp fir-rigward ta’ l-oriġini, speċi, età, razza, tip ta’ produzzjoni jew kull karatteristika oħra. L-età ta’ l-annimali għandha tkun stmata ibbażata fuq id-dentatura, sinjali ovvji ta’ maturità jew informazzjoni affidabbli oħra. Kampjuni multipli fl-istess merħla għandhom ikunu evitati, fejn possibbli. Stat Membru | Daqs minimu tal-kampjun ta' kull sena Annimali maqtula | Il-Belġju | 3750 | Id-Danimarka | 3000 | Il-Ġermanja | 60000 | Il-Greċja | 60000 | Spanja | 60000 | Franza | 60000 | L-Irlanda | 60000 | L-Italja | 60000 | Il-Lussemburgu | 250 | L-Olanda | 39000 | L-Awstrija | 8200 | Il-Portugall | 22500 | Il-Finlandja | 1900 | L-Isvezja | 5250 | Ir-Renju Unit | 60000 | 3. Il-monitoraġġ f’annimali mhux maqtula għall-konsum tal-bniedem Annimali ‘il fuq minn 18-il xahar jew li għandhom iżjed minn żewġ inċisivi permanenti maħruġa mill-ħanek u li mietu jew inqatlu, imma li ma kienux: - maqtula fil-qafas ta’ epidemija, bħall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, - maqtula għall-konsum tal-bniedem, għandhom ikunu eżaminati skond id-daqs tal-kampjun indikat fit-tabella. Il-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi ta’ kull reġjun u staġun. L-għażla tal-kampjuni għandha tkun imfassla biex tkun evitata rappreżentanza żejda ta’ xi grupp fir-rigward ta’ l-oriġini, speċi, età, razza, tip ta’ produzzjoni jew kull karatteristika oħra. L-età ta’ l-annimal għandha tkun stmata ibbażata fuq id-dentatura, sinjali ovvji ta’ maturità jew informazzjoni affidabbli oħra. Kampjuni multipli fl-istess merħla għandhom ikunu evitati, fejn possibbli. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeskludi żoni remoti b’densità baxxa ta’ annimali, fejn ma tkun organizzata l-ebda ġabra ta’ annimali mejta, mill-kampjuni. L-Istati Membri li jużaw din id-deroga għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’hekk, u jissottomettu lista taż-żoni derogati. Id-deroga m’għandiex tkopri aktar minn 10 % tal-popolazzjoni ovina u kaprina fl-Istati Membri. Stat Membru | Daqs minimu tal-kampjun ta' kull sena Annimali maqtula | Il-Belġju | 450 | Id-Danimarka | 400 | Il-Ġermanja | 6000 | Il-Greċja | 6000 | Spanja | 6000 | Franza | 6000 | L-Irlanda | 6000 | L-Italja | 6000 | Il-Lussemburgu | 30 | L-Olanda | 5000 | L-Awstrija | 1100 | Il-Portugall | 6000 | Il-Finlandja | 250 | L-Isvezja | 800 | Ir-Renju Unit | 6000 | 4. Il-monitoraġġ f’annimali oħra Flimkien mal-programmi tal-monitoraġġ provduti fil-punti 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu fuq bażi volontarja jagħmlu monitoraġġ f’annimali oħra, partikolarment: - annimali wżati għall-produzzjoni tal-ħalib, - annimali li joriġinaw minn pajjiżi b’TSE indiġena, - annimali li kienu kkunsmaw għalf potenzjalment kontaminat, - annimali mwielda jew derivati minn annimali nisa infettati b’TSE, - annimali mill-merħliet infettati b’TSE 5. Il-miżuri li jsegwu l-eżamijiet ta’ annimali ovini u kaprini 5.1. Fejn annimal maqtul għall-konsum tal-bniedem ikun intgħażel għall-eżami tat-TSE, il-marka tas-saħħa provduta fil-Kapitolu XI ta’ l-Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE m’għandiex issir fuq il-karkassa ta’ dak l-annimal sakemm ma jinkisibx riżultat negattiv għall-eżami ta’ malajr. 5.2. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-disposizzjonijiet tal-punt 5.1 fejn hemm sistema uffiċjali fil-biċċerija biex jiżguraw li l-ebda parti ta’ l-annimali eżaminati li jkollha marka tas-saħħa ma tħalli l-biċċerija sakemm jinkiseb riżultat negattiv għall-eżami ta’ malajr. 5.3. Il-partijiet kollha tal-ġisem ta’ l-annimal eżaminat inkluża il-ġilda għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali sakemm jinkiseb riżultat negattiv għall-eżami ta’ malajr, sakemm ma jinqerdux skond l-Anness V, punt 3 jew 4. 5.4. Il-partijiet kollha tal-ġisem ta’ annimal li jinstab pożittiv għall-eżami ta’ malajr inkluż il-ġilda għandhom jinqerdu skond l-Anness V, punt 3 jew 4, apparti minn materjal li jinżamm flimkien mar-rekords provduti fil-Kapitolu B, taqsima III. 6. Genotyping 6.1. Il-genotype prion proteiku għandu jkun determinat għal kull każ pożittiv tat-TSE fin-ngħaġ. Każijiet tat-TSE misjuba fil-genotypes reżistenti (ngħaġ ta’ genotype li jenkodja alanin fuq żewġ alleles fil-codon 136, arginin fuq żewġ alleles fil-codon 154 u arginin fuq żewġ alleles fuq codon 171) għandhom ikunu rapportati minnufih lill-Kummissjoni. Fejn possibbli, dawk il-każijiet għandhom ikunu sottomessi għall-istrain typing. Fejn strain-typing ta’ dawn il-każijiet mhux possibbli, il-merħla ta’ oriġini u merħliet oħra kollha fejn kien l-annimal għandhom ikunu soġġetti għall-monitoraġġ imtejjeb biex jinstabu każijiet oħra ta’ TSE għall-istrain-typing. 6.2. Flimkien ma’ l-annimali genotyped taħt id-disposizzjonijiet tal-punt 6.1, għandu jkun determinat il-genotype tal-prion proteiku ta’ sub-kampjun każwali ta’ l-annimali ovini eżaminati taħt id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu A, Taqsima II, punt 2. Dan is-sub-kampjun għandu jirrappreżenta ta’ lanqas wieħed fil-mija tal-kampjun totali għal kull Stat Membru, u għandu jkun anqas minn 100 annimal għal kull Stat Membru. B’deroga, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu biex jagħmlu genotype f’numru ekwivalenti ta’ annimali ħajjin ta’ età simili. III. Il-monitoraġġ fi speċi annimali oħra Stati Membri jistgħu fuq bażi volontarja jagħmlu monitoraġġ ta’ TSE fi speċi annimali li ma jkunux annimali bovini, ovini jew kaprini. Il-KAPITOLU B I. L-informazzjoni li għandha tkun preżentata minn Stati Membri fir-rapport tagħhom 1. In-numru ta’ każijiet suspettati għal kull speċi ta’ annimali mpoġġija taħt restrizzjonijiet ta’ moviment skond l-Artikolu 12(1). 2. In-numru ta’ każijiet suspettati għal kull speċi ta’ annimali soġġetti għall-eżami ta’ laboratorju skond l-Artikolu 12(1) u l-eżitu ta’ l-eżami. 3. In-numru ta’ merħliet fejn il-każijiet suspettati f’annimali ovini u kaprini ikunu rapportati u investigati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 12(1) u (2). 4. Id-daqs stmat ta’ kull subpopolazzjoni msemmija fil-Kapitolu A, Taqsima I, punti 3 u 4. 5. In-numru ta’ annimali bovini eżaminati ġewwa kull subpopolazzjoni msemmija fil-Kapitolu A, Taqsima I, punt 2 sa 5, il-metodu tal-għażla ta’ kampjun u l-eżitu ta’ dawn l-eżamijiet. 6. Id-daqs stmat ta’ kull subpopolazzjoni msemmija fil-Kapitolu A, Taqsima II, punti 2 u 3 li ntgħażlu għall-kampjuni. 7. In-numru ta’ annimali ovini u kaprini u merħliet eżaminati ġewwa kull subpopolazzjoni msemmija fil-Kapitolu A, Taqsima II, punti 2 sa 4, il-metodu tal-għażla ta’ kampjun u l-eżitu ta’ dawn l-eżamijiet. 8. In-numru, id-distribuzzjoni ta’ l-età u d-distribuzzjoni ġeografika ta’ każijiet pożittivi ta’ ESB u scrapie. Il-pajjiż ta’ oriġini, jekk mhux l-istess bħal tal-pajjiż li jirrapporta, ta’ każijiet ta’ ESB pożittivi u scrapie. In-numru u d-distribuzzjoni ġeografika ta’ merħliet pożittivi għall-iscrapie. Is-sena u, fejn possibbli, ix-xahar tat-twelid għandu jingħata għal kull każ ta’ ESB. 9. Il-każijiet pożittivi ta’ TSE konfermati f’annimali li ma jkunux bovini, ovini u kaprini. 10. Il-genotype u fejn possibbli r-razza ta’ kull annimal fil-kampjun ġewwa kull subpopolazzjoni msemmija fil-Kapitolu A, parti II, punti 6.1 u 6.2. II. L-informazzjoni li għandha tkun preżentata mill-Kummissjoni fis-sunt tagħha Is-sunt għandu jkun preżentat f’format ta’ tabella li tkopri ta’ lanqas l-informazzjoni msemmija fil-Parti I għal kull Stat Membru. III. Ir-rekords 1. L-awtorità kompetenti għandha żżomm, għal seba’ snin, rekords ta’: - in-numru u t-tipi ta’ annimali mqegħda taħt restrizzjonijiet ta’ moviment kif imsemmija fl-Artikolu 12(1), - in-numru u l-eżitu ta’ l-investigazzjonijiet kliniċi u epidemjolġiċi kif imsemmija fl-Artikolu 12(1), - in-numru u l-eżitu ta’ l-eżamijiet tal-laboratorju kif imsemmija fl-Artikolu 12(2), - in-numru, l-identità u l-oriġini ta’ annimali meħuda kampjun fil-qafas tal-monitoraġġ ta’ programmi kif imsemmi fil-Kapitlu A u, fejn possibbli, l-età. ir-razza u l-informazzjoni anamnenstika, - il-genotype tal-prion protejku ta’ każijiet posittivi ta’ TSE fin-ngħaġ. 2. Il-laboratorju li jinvestiga għandu jżomm, għal seba’ snin, ir-rekords ta’ l-eżamijiet, partikolarment il-kotba tax-xogħol tal-laboratorju u, fejn xieraq, blokki tal-paraffina u ritratti ta’ Western blots.” 2. L-Anness VII huwa emendat kif ġej: (a) fil-punt 1(a), it-tieni inċiż hu mibdul b’dan li ġej: "— fejn il-marda kienet konfermata f’annimal mara, in-nisel tagħha mwielda sentejnqabel, jew wara, il-bidu kliniku tal-marda;"; (b) fil-punt 1(a), il-kliem "embrijoni u bajd" huma mħassra fil-ħames inċiż; (ċ) fil-punt 2(a), il-kliem "u d-distruzzjoni ta’ l-embrijoni u bajd" huma mħassra. 3. L-Anness XI huwa emendat kif ġej: (a) Fit-taqsima A, il-punt 1(a)(i) huwa mibdul b’dan li ġej: "(i) ir-ras inkluż il-moħħ u l-għajnejn, it-tunsilli, il-kolonna vertebrali eskluż il-vertebri tad-denb, il-proċessi trasversali tal-vertebri lumbari u toraċiċi u l-ġwienaħ tas-sacrum, imma inkluż il-ganglia ta’ l-għerq dorsali, u l-mudulluntas-sinsla ta’ età ‘il fuq minn 12-il xahar, u l-imsaren mid-duodenu sar-rectumu l-mesenterija ta’ l-annimali bovini ta’ l-etajiet kollha;" (b) Fit-taqsima A, il-punt 5(a) huwa mibdul b’dan li ġej: "(a) biċċeriji, jew, kif xieraq, postijiet oħra tal-qatla," (ċ) Fit-taqsima A, l-elenku tal-pajjiżi msemmija fil-punt 10(b) huwa mibdul b’dan li ġej: "L-Arġentina L-Awstralja Il-Botswana Il-Brażil Ċili Il-Kosta Rika El Salvador L-Islanda In-Namibia New-Zealand In-Nikaragwa Il-Panama Il-Paragwaj Singapor Swaziland L-Urugwaj Vanuatu." (d) Fit-taqsima A, il-punt 12(a) huwa mibdul b’dan li ġej: "(a) meta ma tenħtieġx it-tneħħija tal-kolonna vertebrali, karkassi jew partijiet ta’ karkassi, kif definiti mid-Direttiva 64/433/KEE, ta’ annimali bovini li jkollhomkolonna vertebrali, għandhom ikunu identifikati bi strixxa blu fuq it-tikkettamsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, ħlief fl-istadju ta’ spedizzjonilill-konsumatur aħħari," (e) It-Taqsima B hija mħassra. (f) Fit-Taqsima D, il-punt 3 huwa mibdul b’dan li ġej: "3. Il-Punt 2 m’għandux japplika għall-importazzjoni ta’ annimali bovini mwielda u mrobbija kontinwament fil-pajjiżi li ġejjin: L-Arġentina L-Awstralja Il-Botswana Il-Brażil Ċili Il-Kosta Rika El Salvador L-Islanda In-Namibia New-Zealand In-Nikaragwa Il-Panama Il-Paragwaj Singapor Swaziland L-Urugwaj Vanuatu." (g) Fit-taqsima D, il-punt 4 huwa mħassar. [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. [2] ĠU L 99, ta’ l-20.4.1996, p. 14. --------------------------------------------------