31998R0575



Official Journal L 076 , 13/03/1998 P. 0029 - 0030


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/98

tat-12 ta' Marzu 1998

dwar il-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni għar-ross u r-ross imkisser taħt l-applikazzjonijiet mibgħuta taħt l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 327/98(lott addizzjonali għal Jannar 1998)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' l-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffa għall-importazzjoni tar-ross u ross imkisser [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 li jipprovdu għall-ftuħ ta' lott addizzjonali għall-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni għal Jannar 1998; billi l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' dan il-lott addizzjonali għandhom jintefgħu matul l-ewwel 10 ġranet tax-xogħol ta' wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 327/98;

Billi, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, fi żmien 10 ġranet mid-data ta' l-għeluq għan-notifika mill-Istati Membri ta' l-applikazzjonijiet tal-liċenzji, il-Kummissjoni trid tiddeċidi sa liema punt l-applikazzjonijiet jistgħu jkunu aċċettati u tistabbilixxi l-kwantitajiet disponibbli taħt il-lott li ġej;

Billi eżami tal-kwantitajiet li għalihom intefgħu l-applikazzjoni juri li l-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet li applikaw għalihom immoltiplikati, fejn ikun il-każ, b'persentaġġi tat-tnaqqis skond id-disposizzjoniet ta' l-Anness mehmuż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għar-ross u r-ross miksur kontra l-applikazzjonijiet mitfugħa taħt l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u nnotifikati lill-Kummissjoni għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet li applikaw għalihom immoltiplikati, fejn ikun il-każ b'persentaġġi tat-tnaqqis ippreżentat fl-Anness mehmuż.

2. Il-kwantitajiet disponibbli taħt il-lott li ġej għandhom ikunu kif ippreżentati fl-Anness mehmuż.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-12 ta' Marzu 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 37, tal-11.2.1998, p. 5.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-persentaġġi tat-tnaqqis li għandhom ikunu applikati għall-kwantitajiet li applikaw għalihom u l-kwantitajiet disponibbli tal-lott li ġej:

(i) il-kwantità rriferuta fl-Artikolu 2(2)(i): ross parzjalment mitħun jew mitħun kollu li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 100630

Oriġini | % ta' tnaqqis | Kwantità disponibbli għal-lott ta' April 1998 (f'tunnellati metriċi) |

Tajlandja | 0 | 7875 |

(ii) il-kwantità riferuta fl-Artikolu 2(2)(ii): ross miksur li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 10064000

Oriġini | % ta' tnaqqis | Kwantità disponibbli għal-lott ta' April 1998 (f'tunnellati metriċi) |

Tajlandja | 0 | 28240 |

Awstralja | 75 | 6457 |

Guyana | 0 | 8503 |

Stati Uniti ta' l-Amerika | 0 | 3641 |

Oriġini oħra | 90,7616 | 7240 |

--------------------------------------------------