|
6.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/248
tal-1 ta’ Frar 2023
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||
|
0511 99 85 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1(a) tal-Kapitolu 2, kif ukoll mill-kliem tal-kodiċijiet NM 0511 , 0511 99 u 0511 99 85 . Peress li l-produzzjoni u t-trasport tal-widnejn imnixxfa jseħħu mingħajr ma jiġu osservati l-istandards tal-iġjene tal-ikel, il-prodotti mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk il-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 2 hija eskluża, peress li dak il-Kapitolu ma jkoprix prodotti mhux tajbin jew mhux adattati għall-konsum mill-bniedem (in-nota 1(a) tal-Kapitolu 2). Il-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 23 hija eskluża peress li l-widnejn ma jkunux tilfu l-karatteristiċi essenzjali tal-materja prima bid-depilazzjoni u t-tnixxif (in-nota 1 tal-Kapitolu 23). Konsegwentement, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 0511 99 85 bħala prodott ieħor tal-annimali mhux speċifikat jew inkluż banda oħra. |
||
|
0511 99 85 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1(a) tal-Kapitolu 2, kif ukoll mill-kliem tal-kodiċijiet NM 0511 , 0511 99 u 0511 99 85 . Peress li l-produzzjoni u t-trasport tal-laħam imnixxef jseħħu mingħajr ma jiġu osservati l-istandards tal-iġjene tal-ikel, il-prodotti mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk il-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 2 hija eskluża, peress li dak il-Kapitolu ma jkoprix prodotti mhux tajbin jew mhux adattati għall-konsum mill-bniedem (in-nota 1(a) tal-Kapitolu 2). Il-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 23 hija eskluża peress li l-laħam tal-ġewwieni ma jkunx tilef il-karatteristiċi essenzjali tal-materja prima bit-tnixxif (in-nota 1 tal-Kapitolu 23). Konsegwentement, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 0511 99 85 bħala prodott ieħor tal-annimali mhux speċifikat jew inkluż banda oħra. |