|
21.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 223/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 51/2008
tal-25 ta’ April 2008
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2008 ta’ l-1 ta’ Frar 2008 (1). |
|
(2) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/657/KE tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar in-netwerk elettroniku tal-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment għall-ħażna ċentrali ta’ l-informazzjoni regolata msemmija fid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 42 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/384/KE) ta’ l-Anness IX tal-Ftehim:
|
“43. |
32007 H 0657: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/657/KE tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar in-netwerk elettroniku tal-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment għall-ħażna ċentrali ta’ l-informazzjoni regolata msemmija fid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 12.10.2007, p. 16).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2007/657/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 154, 12.6.2008, p. 20.
(2) ĠU L 267, 12.10.2007, p. 16.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.