|
10.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/362 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/23/UE
tat-13 ta' Mejju 2013
li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux previsti f'dak l-Att ta’ Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma ġiex adottat mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
L-Att Finali tal-Konferenza li fassal u adotta t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawk l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati kif meħtieġ biex jitqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni. |
|
(3) |
Id-Direttivi 73/239/KEE (1), 2002/83/KE (2), 2005/68/KE (3) u 2009/138/KE (4) għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttivi 73/239/KEE, 2002/83/KE, 2005/68/KE u 2009/138/KE huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
S. COVENEY
(1) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 06 Vol. 01 p. 14).
(2) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 06 Vol. 06 p. 3).
(3) Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.)
(4) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.)
ANNESS
1.
Fl-Artikolu 8(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, jiżdied dan li ġej:|
“— |
fil-każ tar-Repubblika tal-Kroazja: ‘dioničko društvo’, ‘društvo za uzajamno osiguranje’.” |
2.
Id-Direttiva 2002/83/KE hija emendata kif ġej:|
(a) |
fl-Artikolu 6(1)(a), dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għar-Repubblika Franċiża:
|
|
(b) |
fl-Artikolu 18(3), dan li ġej jiddaħħal wara l-ħames inċiż:
|
3.
Fl-Anness I għad-Direttiva 2005/68/KE dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għar-Repubblika Franċiża:|
“— |
fil-każ tar-Repubblika tal-Kroazja: ‘dioničko društvo’.”. |
4.
Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata kif ġej:|
(a) |
fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 73(5), jiddaħħal il-punt li ġej:
|
|
(b) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|