|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4405 |
5.8.2025 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2025/4405)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Luberon”
PDO-FR-A0920-AM04
Data tal-komunikazzjoni: 12.5.2025
1. Isem il-prodott
Luberon
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☒ |
Denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) |
|
☐ |
Indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) |
|
☐ |
Indikazzjoni ġeografika (IĠ) |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☒ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Franza
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Ministeru għall-Agrikoltura u għas-Sovranità tal-Ikel
Direttorat Ġenerali għall-politika agrikola, agroalimentari u tat-territorji
Uffiċċju għall-Inbejjed u Xorb Ieħor
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li l-applikazzjoni ppreżentata tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u Nru 2024/1143.
L-emendi li saru fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard, f’konformità mad-definizzjoni prevista fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
Tabilħaqq, dawn l-emendi ma jitqisux bħala emendi tal-Unjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143. B’mod aktar speċifiku, huma:
|
a) |
la jbiddlu l-isem jew l-użu tal-isem, u lanqas il-prodotti jew il-kategoriji tal-prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika; |
|
b) |
ma jirriskjawx li jxejnu r-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; |
|
c) |
ma jinvolvux aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
1. Żona ġeografika u żona fil-viċinanza immedjata
Il-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-denominazzjoni Luberon ġie ssupplimentat mingħajr ebda bidla fit-taqsima IV — Żoni u postijiet li fihom jitwettqu diversi operazzjonijiet — fl-ewwel punt — Żona ġeografika u fit-tielet punt — Żona fil-viċinanza immedjata, sabiex tiżdied ir-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2024.
Din l-emenda editorjali tippermetti li ssir referenza għaż-żona ġeografika b’rabta mal-verżjoni fis-seħħ fl-2024 tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali, ippubblikat mill-INSEE, u li tingħata ċertezza legali lid-definizzjoni taż-żona ġeografika.
Xi ismijiet ta’ muniċipalitajiet setgħu jiġu aġġornati mingħajr bidliet.
Fiż-żona ġeografika: Castellet saret Castellet-en-Luberon, Puget sur Durance saret Puget, Les Taillades saret Taillades.
Fiż-żona fil-viċinanza immedjata: Céreste saret Céreste-en-Luberon, Corbières saret Corbières-en-Provence, Saint-Paul-Lez-Durance saret Saint-Paul-lès-Durance.
Dawn l-emendi saru fid-dokument uniku fit-taqsima “żona ġeografika” kif ukoll fit-taqsima “Rekwiżiti addizzjonali — żona fil-viċinanza immedjata”.
2. Varjetajiet tad-dwieli
Il-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP Luberon ġie emendat fit-Taqsima V “Varjetajiet tad-dwieli” billi żdied dan li ġej:
|
— |
il-varjetajiet Counoise N, Caladoc N, Sciaccarello N, Niellucio N, għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor u rożè; |
|
— |
il-varjetajiet Piquepoul blanc B, Carignan blanc B, assyrtiko B, Parellada B, grenache gris G, għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod. |
Il-varjetà Counoise N tħassret mil-lista tal-varjetajiet koperti minn miżuri tranżizzjonali u ġiet inkluża bħala varjetà sekondarja b’massimu ta’ 20 % tal-varjetà tad-dwieli fl-azjenda.
Il-varjetajiet l-oħra ġew inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott bħala varjetajiet għal skopijiet ta’ adattament. Dawn il-varjetajiet tad-dwieli, mingħajr ma jbiddlu l-profil organolettiku tal-inbejjed koperti mid-denominazzjoni, joffru reżistenza akbar għan-nixfa f’kuntest ta’ tisħin globali persistenti.
Il-varjetajiet tad-dwieli għal skopijiet ta’ adattament jiġu integrati sa massimu ta’ 5 % fil-varjetajiet tad-dwieli tal-azjendi u massimu ta’ 10 % fl-assemblages tal-inbejjed.
Dawn il-varjetajiet żdiedu mal-lista tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid fid-dokument uniku.
3. Regoli dwar il-proporzjon tal-varjetajiet tad-dwieli użati
Il-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP Luberon ġie emendat fit-Taqsima V “Varjetajiet tad-dwieli” biex jiġi ċċarat li r-regoli dwar il-proporzjon tal-varjetajiet tad-dwieli fl-azjenda ma japplikawx għat-tliet kuluri tal-inbejjed, għal azjendi żgħar ta’ inqas minn 1,5 ettaru.
Għall-inbejjed ħomor, il-proporzjon tal-varjetà tad-dwieli Cinsaut N huwa ta’ 30 % jew inqas minflok 20 % tal-varjetajiet tad-dwieli u l-proporzjon tal-varjetà tad-dwieli Counoise N huwa ta’ 20 % jew inqas tal-varjetajiet tad-dwieli.
Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-dokument uniku.
4. Tikkettar
Il-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni Luberon ġie ssupplimentat fil-punt “XII Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar” biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti tat-tikkettar għall-unità ġeografika akbar “Cru des Côtes du Rhône” jew “Vignobles de la Vallée du Rhône”. Dan it-terminu jrid jidher fl-istess kamp viżiv bħad-dettalji obbligatorji kollha u jrid ikun stampat b’karattri tal-istess disinn grafiku u kulur bħal dawk tad-denominazzjoni, sakemm id-daqs ta’ dan it-terminu ma jaqbiżx iż-żewġ terzi tad-daqs tad-denominazzjoni.
Dawn ir-regoli dwar it-tikkettar huma stabbiliti fid-dokument uniku taħt “Rekwiżiti addizzjonali — Tikkettar”.
5. Referenza għall-korp ta’ kontroll
Il-Kapitolu III tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni Luberon — it-Taqsima II — Referenzi għall-korp ta’ kontroll — ġie aġġornat biex jiġi speċifikat li l-kontroll tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott isir abbażi ta’ pjan ta’ kontroll approvat u minn korp terz li joffri garanziji ta’ kompetenza, imparzjalità u indipendenza u li jkun ġie ddelegat mill-INAO.
Dan l-aġġornament ma jaffettwax id-dokument uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet
Luberon
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:
DOP — Denominazzjoni ta’ oriġini protetta
3. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
– 22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL
2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
4. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
1. Inbejjed rożè
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 11,5 %. L-inbejjed għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ 4 g/l jew inqas. Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbejjed ma tridx taqbeż it-13 %. L-inbejjed isiru minn assemblage ta’ mill-inqas żewġ varjetajiet tad-dwieli. L-inbejjed rożè huma r-rabta bejn il-vinji ta’ Rhône u l-influwenzi Mediterranji jew saħansitra ta’ Provence. Huma nbejjed friski, b’togħma ta’ frott u spiss b’aromi ta’ frott eżotiku enfasizzati minn bilanċ fil-vivaċità tagħhom.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali:
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima: f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
2. Inbejjed ħomor
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 12 %. Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13,5 %. L-inbejjed għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ 4g/l jew inqas meta l-qawwa alkoħolika skont il-volum tkun ogħla minn 14 %, u ta’ 3g/l jew inqas meta l-qawwa alkoħolika skont il-volum tkun inqas minn 14 %. Il-kontenut ta’ aċidu maliku ma jaqbiżx iż-0,4 gramma għal kull litru fl-istadju tal-imballaġġ. L-inbejjed isiru minn assemblage ta’ mill-inqas żewġ varjetajiet tad-dwieli. L-inbejjed ħomor huma bbilanċjati b’firxa aromatika ta’ frott iddominata l-iktar mill-frott aħmar frisk bħar-ribes.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali:
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima: f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
3. Inbejjed bojod
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 11,5 %. Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 %. L-inbejjed għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ 4 g/l jew inqas. L-inbejjed isiru minn assemblage ta’ mill-inqas żewġ varjetajiet tad-dwieli. L-inbejjed bojod huma fini u aromatiċi, b’noti li spiss ifakkruk fiċ-ċitru. Huma mogħnija b’bilanċ bejn il-freskezza u l-morbidezza li jenfasizza l-mineralità tagħhom.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali:
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima: f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1.
|
— |
Sabiex jipproduċu l-inbejjed rożè, min jagħsar l-għeneb jista’ juża faħam għall-użu enoloġiku, esklużivament fuq il-most tal-għasir, fi proporzjon li ma jistax jaqbeż l-20 % tal-volum totali magħmul fi nbid mill-operatur għal dak il-ħsad. |
2.
Prattika tal-kultivazzjoni
|
— |
Kull pjanta għandu jkollha erja massima ta’ 2,50 metri kwadri. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati l-wisa’ bejn il-flanni u l-ispazju bejn il-pjanti fl-istess flann; |
|
— |
Il-wisa’ bejn il-flanni ma tistax taqbeż iż-2,50 metri; |
|
— |
Il-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann hija ta’ bejn 0,80 metru u 1,20 metru. |
Id-dwieli jinżabru:
|
— |
jew b’żabra qasira (f’forma ta’ sġajriet jew bis-sistema tal-cordon Royat) b’massimu ta’ sitt idfra għal kull pjanta, u kull difer ikollu massimu ta’ żewġ għejun; |
|
— |
jew b’żabra Guyot singolu, b’massimu ta’ sitt għejun fuq iż-żarġun twil u b’difer wieħed ta’ sostituzzjoni b’massimu ta’ żewġ għejun. |
3.
Prattika tal-kultivazzjoni
L-irrigazzjoni tista’ tiġi awtorizzata.
5.2. Rendimenti massimi
1.
66 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika definita
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-dipartiment ta’ Vaucluse, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2024:
Ansouis, Apt, La Bastide-des-Jourdans, La Bastidonne, Beaumont-de-Pertuis, Bonnieux, Cabrières-d'Aigues, Cadenet, Castellet-en -Luberon, Cheval-Blanc, Cucuron, Goult, Grambois, Lacoste, Lauris, Lourmarin, Maubec, Ménerbes, Mérindol, Mirabeau, La Motte-d'Aigues, Oppède, Pertuis, Peypin-d'Aigues, Puget, Puyvert, Robion, Saignon, Saint-Martin-de-Castillon, Saint-Martin-de-la-Brasque, Sannes, Taillades, La Tour-d'Aigues, Vaugines, Villelaure, Vitrolles-en-Luberon.
7. Varjetà jew varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid
Assyrtiko B
Bourboulenc B - Doucillon blanc
Caladoc N
Carignan N
Carignan blanc B
Cinsaut N - Cinsault
Clairette B
Counoise N
Gamay N
Grenache N
Grenache blanc B
Grenache gris G
Marsanne B
Marselan N
Mourvèdre N - Monastrell
Nielluccio N - Nielluciu
Parrellada B
Pinot noir N
Piquepoul blanc B
Piquepoul noir N
Roussanne B
Sciaccarello N
Syrah N - Shiraz
Ugni blanc B
Vermentino B - Rolle
Viognier B
8. Deskrizzjoni tar-rabta jew tar-rabtiet
Iż-żona ġeografika tifforma unità notevoli madwar il-katina ta’ muntanji kalkarji ta’ Luberon. Din iż-żona li tinsab qalb il-vinji kollha tal-Vallée du Rhône, hija magħluqa fit-Tramuntana mill-wied ta’ Apt, li jmiss mad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Ventoux, u fin-Nofsinhar, mill-wied ta’ Durance, fil-Lvant, mill-ewwel Alpi ta’ Haute Provence u fil-Punent mill-pjanura ta’ Vaucluse.
Fuq il-ġnub jew taħt il-katina ta’ muntanji kalkarji imponenti, id-dwieli jitħawlu fuq irqajja’ art li l-ħamrija tagħhom tkun imħallta maż-żrar kalkarju, li jiffavorixxi t-tisħin u l-iskular tagħha u li huwa ideali għall-produzzjoni ta’ nbid ta’ kwalità.
Il-klima Mediterranja tiffavorixxi l-maturità tal-għeneb bis-saħħa tat-temperatura u x-xemx tas-sajf, perjodu li fih jakkumulaw iz-zokkor u l-polifenoli fl-għeneb. Ir-riħ, billi jtajjar is-sħab, jipproteġi relattivament lid-dwieli mill-mard fungali. L-ammont ta’ dawl għandu wkoll rwol importanti billi jiffavorixxi l-iżvilupp tal-prekursuri aromatiċi. Dan it-territorju, li fil-Lvant huwa miftuħ għall-influwenzi Alpini, huwa kkaratterizzat ukoll mill-amplitudnijiet ta’ temperaturi sħan matul il-jum u matul il-lejl. Dawn l-amplitudnijiet, b’mod partikolari fil-fażi tal-maturità tal-għeneb, għandhom effett dirett fuq il-bilanċ tal-inbejjed, peress li jippermetti żvilupp bil-mod tal-polifenoli, u jipproduċi nbejjed morbidi, mimlijin, friski u eleganti.
Il-produtturi tal-Luberon kontinwament tejbu l-mezzi sabiex jipproduċu ħsad ta’ kwalità f’kundizzjonijiet tekniċi tajbin, kemm fil-livell tal-vinja, bis-saħħa ta’ programmi ta’ taħlit ta’ kwalità tal-varjetajiet tad-dwieli, kif ukoll fil-livell tal-produzzjoni tal-inbid, permezz ta’ tagħmir modernizzat għall-inbid.
Il-Luberon jattira ħafna turisti minħabba l-widien, il-foresti, il-leġġendi u l-kastelli tiegħu. Il-vinja u l-irħula fuq l-għoljiet jiżvelaw ir-realtà ta’ din il-katina ta’ muntanji.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Unità ġeografika iżgħar
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-tikkettar tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, dment li:
|
— |
tkun post elenkat fir-reġistru katastali; |
|
— |
tkun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. |
Unità ġeografika akbar
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-tikkettar tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jispeċifika l-unità ġeografika akbar “Vignobles de la Vallée du Rhône”, skont ir-rekwiżiti speċifikati fil-ftehim iffirmat bejn id-diversi organizzazzjonijiet ta’ ħarsien u ta’ ġestjoni kkonċernati. Dan it-terminu jrid jidher fl-istess kamp viżiv bħad-dettalji obbligatorji kollha u jrid ikun stampat b’karattri tal-istess disinn grafiku u kulur bħal dawk tad-denominazzjoni, sakemm id-daqs ta’ dan it-terminu ma jaqbiżx iż-żewġ terzi tad-daqs tad-denominazzjoni.
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, definita b’deroga għall-vinifikazzjoni u għall-produzzjoni tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2024:
|
— |
Id-dipartiment ta’ Alpes-de-Haute-Provence: Aubenas-les-Alpes, Banon, Céreste-en-Luberon, Corbières-en-Provence, L'Hospitalet, Montfuron, Montjustin, Montsalier, Oppedette, Pierrevert, Redortiers, Reillanne, Revestdes-Brousses, Revest-du-Bion, La Rochegiron, Sainte-Croix-à-Lauze, Sainte-Tulle, Saumane, Simiane-laRotonde, Vachères, Villemus; |
|
— |
Id-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône: Alleins, Aureille, Barbentane, Cabannes, Charleval, Châteaurenard,Eygalières, Eyguières, Eyragues, Graveson, Jouques, Lamanon, Lambesc, Mallemort, Meyrargues, Mollégès, Mouriès, Noves, Orgon, Peyrolles-en-Provence, Plan-d'Orgon, Le Puy-Sainte- Réparade, Rognes, Rognonas, La Roque-d'Anthéron, Saint-Andiol, Saint-Cannat, Saint-Estève-Janson, Saint-Paul-lès-Durance, Saint-Rémyde-Provence, Sénas, Vernègues, Verquières; |
|
— |
Id-dipartiment ta’ Var: Artigues, Ginasservis, Rians, Saint-Julien, La Verdière, Vinon-sur-Verdon; |
|
— |
Id-dipartiment ta’ Vaucluse: Aurel, Auribeau, Avignon, Le Beaucet, Beaumettes, Bédoin, Blauvac, Buoux, Cabrières-d'Avignon, Caseneuve, Caumont-sur-Durance, Cavaillon, Châteauneuf-de-Gadagne, Crillon-le-Brave, Flassan, Fontaine-de-Vaucluse, Gargas, Gignac, Gordes, L'Isle-sur-la-Sorgue, Jonquerettes, Joucas, Lagarded'Apt, Lagnes, Lioux, Malemort-du-Comtat, Méthamis, Modène, Monieux, Morières-lès-Avignon, Mormoiron, Murs, Pernes-les-Fontaines, La Roque-sur-Pernes, Roussillon, Rustrel, Saint-Christol, Saint-Didier, SaintPantaléon, Saint-Pierre-de-Vassols, Saint-Saturnin-lès-Apt, Saint-Saturnin-lès-Avignon, Saint-Trinit, Sault, Saumane-de-Vaucluse, Sivergues, Le Thor, Velleron, Venasque, Viens, Villars, Villes-sur-Auzon. |
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-bd7aab43-51a7-47e4-8936-f997179f2c71
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4405/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)