<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑378/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0378</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:950">EU:C:2016:950</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20161214">14.12.2016</DATE> – KAWŻA C‑378/15</P><P>MERCEDES BENZ ITALIA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: is-Sloven.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 77/388/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni ta’ proporzjon ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq l-akkwist tal-oġġetti u tas-servizzi kollha użati minn persuna taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet anċillari</KEYWORD><KEYWORD>Użu tad-dħul mill-bejgħ bħala indizzju</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑378/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Roma (kummissjoni fiskali reġjonali ta’ Ruma, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150506">6 ta’ Mejju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Mercedes Benz Italia SpA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský (Relatur), M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali : H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Mercedes Benz Italia SpA, minn P. Centore, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn E. De Bonis, G. De Bellis u M. Capolupo, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u D. Recchia, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(5) u tal-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fi żmien il-fatti kontenzjużi (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Mercedes Benz Italia Spa (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Mercedes Benz<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3 (l-amministrazzjoni fiskali, direttorat reġjonali Roma 3, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>amministrazzjoni fiskali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar it-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li sar minn Mercedes Benz abbażi tas-sena fiskali 2004.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-sbatax-il premessa tas-Sitt Direttiva kienet tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Billi Stati Membri għandhom ikunu jistgħu, f’ċerti limiti u soġġetti għal ċerti kondizzjonijet, biex jieħdu jew iżommu miżuri speċjali b’deroga għal din id-Direttiva biex il-ġbir tat-taxxa jiħfief jew biex ma jkunx hemm frodi jew evażjoni mit-taxxa;</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 B ta’ din id-direttiva kien jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħra tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jeżentaw […]:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>it-transazzjonijet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>l-għoti jew in-negozjar ta’ kreditu u l-immaniġġjar tal-kreditu mill-persuna li tagħtih;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17(2) u (5) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sa kemm l-oġġetti u s-servizzi huma użati għall-iskopijiet fuq it-transazzjoni taxxabbli tiegħu, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata biex tnaqqas mit-taxxa li hi responsabbli biex tħallas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>taxxa fuq il-valur miżjud imħalsa għal merkanzija jew servizzi pprovduti jew li se jkunu pprovduti lilha minn persuna taxxabbli oħra li għandha tħallas it-taxxa fit-territorju tal-pajjiż;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="017.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ oġġetti u servizzi li għandhom ikunu wżati minn persuna taxxabbli kemm għal transazzjonijiet koperti b’paragrafi 2 u 3, fir-rigward ta’ li t-taxxa fuq il-valur miżjud titnaqqas, u għal transazzjonijiet fir-rigward ta’ li t-taxxa fuq il-valur miżjud ma titnaqqasx, it-tali proporzjon biss tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandu jkun imnaqqas kif hu attribwit għat-transazzjonijiet ta’ qabel.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>Dan il-proporzjon għandu jkun determinat, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 19, għat-transazzjonijiet kollha mwettqa minn persuna taxxabbli.</ALINEA><ALINEA><P>Madankollu, l-Istati Membri jistgħu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jawtorizzaw lill-persuna taxxabbli biex tistabbilixxi proporzjon għal kull settur tan-negozju tiegħu, sakemm kontijiet separati huma miżmuma għal kull settur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iġiegħlu ’l-persuna taxxabbli biex tiddetermina proporzjon għal kull settur tan-negozju tiegħu u żżomm kontijiet separati għal kull settur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jawtorizzaw jew iġiegħlu l-persuna taxxabbli biex tagħmel it-tnaqqis fuq il-bażi ta’ l-użu ta’ kollha jew parti mill-oġġetti u s-servizzi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>jawtorizzaw lill-persuna taxxabbli mġiegħla tagħmel it-tnaqqis b’mod konformi mar-regola stabbilita fl-ewwel sub-paragrafu, fir-rigward ta’ l-oġġetti u s-servizzi kollha użati għal transazzjonijiet msemmija hemmhekk;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>jipprovdu li fejn it-taxxa fuq il-valur miżjud li m’hix imnaqqsa mill-persuna taxxabbli hi insinifikanti, hi għandha tkun trattata bħala xejn.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) u (2) tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Kalkulazzjoni tal-proporzjon imnaqqas<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-proporzjon imnaqqas taħt l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 17(5) għandu jkun magħmul minn frazzjoni li jkollha:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>bħala numeratur, l-ammont totali, esklussiv mit-taxxa fuq il-valur miżjud, [tad-dħul mill-]bejgħ kull sena attribwit għat-transazzjonijet li fuqhom it-taxxa fuq il-valur miżjud titnaqqas […]</P></ITEM><ITEM><P>bħala denominatur, l-ammont totali, esklussiv tat-taxxa fuq il-valur miżjud, [tad-dħul mill-]bejgħ kull sena attribwit lit-transazzjonijiet inklużi fin-numeratur u lit-transazzjonijiet fir-rigward ta’ li t-taxxa fuq il-valur miżjud mhux imnaqqas. [...]</P></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Il-proporzjon għandu jkun stabbilit fuq bażi annwali, iffissat bħala persentaġġ u magħmul figura sħiħa li ma teċċedix il-numru li jmiss.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Permezz ta’ deroga minn disposizzjonijiet ta’ paragrafu 1, għandhom ikunu esklużi mill-kalkulazzjoni tal-proporzjon imnaqqas [...] [l-ammonti tad-dħul mill-] bejgħ attribwiti għal[...] transazzjonijiet inċidentali, u għall-beni immobbli inċidentali u għal transazzjonijiet finanzjarji [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Is-Sitt Direttiva tħassret u ġiet issostitwita bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>), li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) tad-decreto del Presidente della Repubblica n. 633 – istituzione e disciplina dell’imposta sul valore aggiunto (digriet tal-President tar-Repubblika Taljana Nru 633 li jistabbilixxi u jirregola t-taxxa fuq il-valur miżjud), tas-<DATE ISO="19721026">26 ta’ Ottubru 1972</DATE> (GURI Nru 292, tal‑<DATE ISO="19721111">11 ta’ Novembru 1972</DATE>), fil-verżjoni applikabbli tiegħu għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>DPR Nru 633/72<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Huma eżenti mit-taxxa:</P><P>Il-provvista ta’ servizzi li jikkonċernaw l-għoti u n-negozjar ta’ krediti, l-immaniġġjar tagħhom u t-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament [...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(5) tad-DPR Nru 633/72, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>F’dak li jirrigwarda l-persuni taxxabbli li jagħmlu tranżazzjonijiet li jiġġeneraw tranżazzjonijiet li jagħtu d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa, kif ukoll tranżazzjonijiet eżentati […], id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa huwa awtorizzat biss għall-parti tal-VAT proporzjonali għall-ammont relatat mal-ewwel tranżazzjonijiet u l-ammont korrispondenti għandu jiġi kkalkolat b’applikazzjoni proporzjonali tat-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 19-bis<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Mill-fajl sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-metodu għad-determinazzjoni tad-dritt għal tnaqqis, previst fl-Artikolu 19(5) tad-DPR Nru 633/72, japplika fir-rigward tal-oġġetti u s-servizzi kollha akkwistati mill-persuni taxxabbli li jagħmlu tranżazzjonijiet li jagħtu lok għad-dritt għal tnaqqis u tranżazzjonijiet eżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 19-bis tad-DPR Nru 633/72:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-tnaqqis proporzjonali msemmi fl-Artikolu 19(5) għandu jiġi kkalkolat abbażi ta’ proporzjon bejn l-ammont ta’ tranżazzjonijiet li jagħtu d-dritt għal tnaqqis, li jkunu saru matul is-sena, u l-istess ammont flimkien mat-tranżazzjonijiet eżenti matul l-istess sena. It-tnaqqis proporzjonali għandu jiġi approssimat għall-unità superjuri jew inferjuri, skont jekk il-parti deċimali taqbiżx jew le ħames partijiet minn għaxra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019A.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-kalkolu proporzjonali tat-tnaqqis imsemmi fl-ewwel paragrafu, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni […] it-tranżazzjonijiet eżenti li huma elenkati taħt il-punti 1) sa 9) [tal-Artikolu 10 tad-DPR Nru 633/72], meta ma jkunux parti mill-attivitá prinċipali tal-persuna taxxabbli jew ikunu anċillari għat-tranżazzjonijiet taxxabbli, mingħajr ħsara għan-natura mhux deduċibbli tat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi użati esklużivament sabiex jitwettqu dawn it-tranżazzjonijiet tal-aħħar.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 tad-DPR Nru 633/72 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="036.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Għal dak li jikkonċerna l-persuni taxxabbli li jeżerċitaw diversi attivitajiet, it-taxxa tapplika b’mod globali u kumulattiv għall-attivitajiet kollha, b’riferiment għad-dħul mill-bejgħ globali, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi li ġejjin.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-persuna taxxabbli topera impriżi jew teżerċita fl-istess waqt impjieg jew professjoni, it-taxxa tapplika separatament għall-operat tal-impriżi u għall-eżerċizzju ta’ snajja jew ta’ professjoni, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli rispettivament u b’riferiment għad-dħul mill-bejgħ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni taxxabbli li joperaw diversi impriżi jew jeżerċitaw diversi attivitajiet fil-ħdan l-istess impriża jew diversi snajjiet jew professjonijiet jistgħu jagħżlu l-applikazzjoni separata tat-taxxa relattiva għal uħud mill-attivitajiet li huma jeżerċitaw, billi jindikaw l-għażla tagħhom lill-awtorità fiskali<?PAGE NO="5"?> fid-dikjarazzjoni tagħhom għas-sena preċedenti jew fid-dikjarazzjoni tagħhom tal-bidu tal-attività. F’dan il-każ, it-tnaqqis previst fl-Artikolu 19 jingħata, bil-kundizzjoni li jkun hemm kontabbiltà separata għall din l-attività, iżda huwa eskluż, b’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti, għal dak li jikkonċerna t-taxxa relattiva għall-oġġetti mhux deprezzabbli ta’ użu mħallat. L-għażla tipproduċi l-effetti tagħha sakemm ma tkunx irrevokata u, fi kwalunkwe każ, matul tal-inqas perijodu ta’ tliet snin. [...]. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu japplikaw barra minn hekk għall-persuni taxxabbli [...] li jeżerċitaw attivitajiet eżenti fis-sens tal-Artikolu 10(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Fi kwalunkwe każ it-taxxa tapplika b’mod separat, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli rispettivament u b’riferiment għad-dħul mill-bejgħ globali ta’ kull waħda foshom, [...].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijet kollha fejn it-taxxa tapplika b’mod separat għal attività partikolari, jekk it-tnaqqis previst fl-Artikolu 19 isir b’applikazzjoni tal-paragrafu 3 tal-istess artikolu jew jiġi applikat f’somma f’daqqa, dan għandu jingħata għat-taxxa relattiva għall-oġġeti jew għas-servizzi ta’ użu mħallat, fil-limiti tal-frazzjoni imputabbli għall-eżerċizzju tal-attività nnifisha, anki jekk il-passaġġi jew it-trasferimenti ta’ servizzi lill-attività suġġetta għat-tranqqis imnaqqas jew f’somma f’daqqa jikkostitwixxu provvisti ta’ servizz fis-sens tal-Artikolu 3 u jitqiesu li seħħew, abbażi tal-valur normali tagħhom, fid-data li ġew ipprovduti. [...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Mercedes Benz hija responsabbli mid-direzzjoni strateġika tal-kummerċjalizzazzjoni tat-trade marks tal-grupp Daimler-Chrysler fl-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fid-dikjarazzjoni tal-VAT tagħha għas-sena fiskali 2004, Mercedes Benz ikklassifikat l-attivitajiet finanzjarji tagħha, jiġifieri l-għoti ta’ self lis-sussidjarji tagħha, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>anċillari<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> meta mqabbla mal-attivitajiet taxxabbli tagħha, u dan wassalha sabiex teskludi l-interessi miġbura fuq dan is-self mill-kalkolu tad-denominatur tal-frazzjoni li serviet sabiex jiġi stabbilit il-perċentwali ta’ tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 19-bis tad-DPR Nru 633/72.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara li sar kontroll fiskali matul is-sena 2008 u li kien jirrigwarda s-sena finanzjarja 2004, Mercedes Benz ġiet suġġetta, permezz ta’ deċiżjoni tal-amministrazzjoni fiskali, għal arrettrati tal-VAT ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1755882</FT>, minħabba li l-interessi miġbura fuq dan is-self kienu ġew indebitament esklużi mid-denominatur tal-frazzjoni li serviet sabiex jiġi stabbilit il-perċentwali ta’ tnaqqis, sa fejn l-għoti tal-imsemmi self kien wieħed mill-attivitajiet prinċipali ta’ Mercedes Benz, billi l-interessi miġbura fuq dan is-self kien jirrappreżenta 71.64 % tad-dħul mill-bejgħ totali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Mercedes Benz ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Commissione tributaria provinciale di Roma (kummissjoni fiskali provinċjali ta’ Ruma, l-Italja) li ġie miċħud. Sussegwentement, Mercedes Benz appellat minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Commissione tributaria regionale di Roma (kummissjoni fiskali reġjonali ta’ Ruma, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’din il-kawża, Mercedes Benz sostniet li kienet intitolata teskludi l-interessi miġbura fuq is-self mogħti fid-denominatur tal-frazzjoni li serviet sabiex jiġi stabbilit il-perċentwali ta’ tnaqqis tal-VAT u sostniet b’mod partikolari li, fi kwalunkwe każ, il-leġiżlatur nazzjonali kien ittraspona b’mod żbaljat l-Artikoli 168 u 173 sa 175 tad-Direttiva 2006/112 billi ppreveda li l-proporzjon ta’ tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 19-bis tad-DPR Nru 633/72 japplika bla distinzjoni għall-oġġetti u għas-servizzi kollha akkwistati minn persuna taxxabbli, bla distinzjoni skont jekk dawn l-oġġetti u dawn is-servizzi humiex allokati għal tranżazzjonijiet li jagħtu dritt għal tnaqqis, għal tranżazzjonijiet li ma jagħtux lok għal tnaqqis jew għal dawn iż-żewġ tipi ta’ tranżazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Commissione Tributaria Regionale di Roma (kummissjoni fiskali reġjonali ta’ Ruma) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis, il-leġiżlazzjoni Taljana (preċiżament l-Artikoli 19(5) u 19-bis tad-[DPR Nru 633/72]) u l-prassi tal-amministrazzjoni fiskali nazzjonali, li jimponu li jsir riferiment għall-kompożizzjoni tad-dħul mill-bejgħ tal-operatur, inkluż sabiex jiġu identifikati l-operazzjonijiet imsejjħa anċillari, mingħajr ma jipprevedu metodu ta’ kalkolu li jkun ibbażat fuq il-kompożizzjoni u d-destinazzjoni effettiva tax-xiri, u li jirrifletti oġġettivament is-sehem ta’ imputazzjoni reali tal-ispejjeż sostnuti f’kull waħda mill-attivitajiet – intaxxati jew mhux intaxxati – eżerċitati mill-persuna taxxabbli, imorru kontra interpretazzjoni tal-Artikoli 168, 173, 174 u 175 tad-Direttiva [2006/112] ibbażata fuq il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ effettività u ta’ newtralità, kif stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, minkejja li l-qorti tar-rinviju rreferiet formalment, fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, għall-Artikoli 168 u 173 sa 175 tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi rrilevat li matul is-sena fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dritt għal tnaqqis tal-persuni taxxabbli kien prinċipalment irregolat mill-Artikoli 17 u 19 tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-fajl sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li billi adotta l-Artikolu 19(5) u l-Artikolu 19-bis tad-DPR Nru 633/72, il-leġiżlatur nazzjonali kellu l-intenzjoni juża l-metodu ta’ deroga previst fil-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) u l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jimponu fuq persuna taxxabbli:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li tapplika għall-oġġetti u għas-servizzi kollha akkwistati minnha proporzjon ta’ tnaqqis ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ, mingħajr ma jipprevedu metodu ta’ kalkolu li jkun ibbażat fuq in-natura u d-destinazzjoni effettiva ta’ kull wieħed mill-oġġetti u mis-servizzi akkwistati u li jirrifletti oġġettivament is-sehem ta’ imputazzjoni reali tal-ispejjeż sostnuti f’kull waħda mill-attivitajiet intaxxati u mhux intaxxati; u</P></ITEM><ITEM><P>li tirreferi għall-kompożizzjoni tad-dħul mill-bejgħ tagħha sabiex tidentifika t-tranżazzjonijiet li jikklassifikaw bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>anċillari<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-ewwel nett għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 17(2) tas-Sitt Direttiva, il-persuni taxxabbli għandhom il-possibbiltà li jnaqqsu t-taxxa imposta fuq l-akkwist jew il-provvista ta’ oġġetti u ta’ servizzi intiżi sabiex jintużaw esklużivament għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet intaxxati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-oġġetti u s-servizzi intiżi sabiex jintużaw għall-bżonnijiet kemm ta’ tranżazzjoni li jagħtu lok għad-dritt għal tnaqqis kif ukoll ta’ tranżazzjonijiet li ma jagħtux lok għad-dritt għal tnaqqis, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva jipprevedi li t-tnaqqis huwa aċċettat biss għall-parti tal-VAT li hija proporzjonali għall-ammont relatat mal-ewwel kategorija ta’ tranżazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva jippermetti lill-Istati Membri jużaw metodi għad-determinazzjoni tad-dritt għal tnaqqis speċifiċi, ta’ natura derogatorja, li fosthom hemm dak imsemmi fil-punt (d) ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>BLC Baumarkt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑511/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:689">EU:C:2012:689</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Konformement għall-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, Stat Membru jista’ jawtorizza jew jobbliga persuna taxxabbli sabiex tipproċedi għat-tnaqqis, skont ir-regola prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva, għall-oġġetti u s-servizzi kollha użati għat-tranżazzjonijiet kollha msemmija hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi eżaminat jekk il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, moqri fil-kuntest tiegħu, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-metodu ta’ kalkolu tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT li huwa jipprevedi jimplika li għandu jintuża tnaqqis proporzjonali bbażat fuq id-dħul mill-bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, bil-kontra tal-metodi l-oħra ta’ kalkolu derogatorji msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, dak previst fil-punt (d) tiegħu jipprevedi espressament li dan il-metodu jiġi applikat skont ir-regola msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jirriżulta mill-punt 23 tas-sentenza preżenti, ir-regola msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva ma tippreċiżax kif il-parti tal-VAT li hija proporzjonali għall-ammont relatat mat-tranżazzjonijiet li jagħtu lok għad-dritt għal tnaqqis għandha tiġi ddeterminata b’mod korrett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, li jsegwi immedjatament l-ewwel subparagrafu u jibda bil-kelmiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>dan il-proporzjon<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, b’riferiment għalhekk għall-proporzjon ta’ tnaqqis previst fl-ewwel subparagrafu, jippreċiża li l-imsemmi proporzjon għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva jipprovdi li l-proporzjon ta’ tnaqqis previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ frazzjon li tinkludi, fin-numeratur, id-dħul mill-bejgħ relatat mat-tranżazzjonijiet li jagħtu lok għad-dritt għal tnaqqis u, fid-denominatur, id-dħul mill-bejgħ relatat ma’ dawn it-tranżazzjonijiet u mat-tranżazzjonijiet li ma jagħtux lok għad-dritt għal tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-riferiment li jinsab fil-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva għall-konformità mar-regola msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-artikolu, għandu jinqara bħala li jimplika l-użu ta’ proporzjon ta’ tnaqqis ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ fl-implementazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, moqri flimkien mal-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 17(5) kif ukoll mal-Artikolu 19(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-metodu ta’ kalkolu tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT li huwa jipprevedi jimplika l-użu ta’ proporzjon ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat jekk il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva jipprekludix li Stat Membru jimponi fuq persuna taxxabbli li tapplika, għall-oġġetti u għas-servizzi kollha li akkwistat, proporzjon ta’ tnaqqis ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ, u dan mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tan-natura u tad-destinazzjoni effettiva ta’ kull wieħed minn dawn l-oġġetti u dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, mill-kliem stess tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva jirriżulta li l-kalkolu ta’ proporzjon ta’ tnaqqis sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-VAT li għandu jitnaqqas huwa, fil-prinċipju, irriżervat biss għall-oġġetti u servizzi użati minn persuna taxxabbli sabiex twettaq kemm tranżazzjonijiet ekonomiċi li jagħtu lok għad-dritt għal tnaqqis u dawk li ma jagħtux lok għad-dritt għal tnaqqis (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Portugal Telecom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑496/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:557">EU:C:2012:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Wolfgang und Dr. Wilfried Rey Grundstücksgemeinschaft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑332/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:417">EU:C:2016:417</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw jew jobbligaw lil persuna taxxabbli tipproċedi għat-tnaqqis, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>b’mod konformi mar-regola stabbilita fl-ewwel sub-paragrafu, fir-rigward ta’ l-oġġetti u s-servizzi kollha użati għal transazzjonijiet msemmija hemmhekk<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, imsemmi espressament fil-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva, jirreferi kemm għat-tranżazzjonijiet li jagħtu lok għad-dritt għal tnaqqis kif ukoll dawk li ma jagħtux lok għal dan id-dritt, hemm lok li t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>transazzjonijiet msemmija hemmhekk<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jinftiehmu bħala li jkopru ż-żewġ tipi ta’ tranżazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, bil-kontra tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) ma jużax il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>kemm<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (à la fois).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ tali preċiżazzjoni, il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva għandu jinftiehem bħala li jirreferi għall-oġġetti u s-servizzi kollha użati mill-persuna taxxabbli kkonċernata sabiex twettaq kemm tranżazzjonijiet li jagħtu lok għad-dritt għal tnaqqis kif ukoll dawk li ma jagħtux lok għal dan id-dritt, mingħajr ma jkun neċessarju li dawn l-oġġetti jew dawn is-servizzi jservu sabiex jitwettaq kemm tip ta’ tranżazzjoni kif ukoll it-tip l-ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li, meta dispożizzjoni legali tal-Unjoni tista’ twassal għal diversi interpretazzjonijiet, għandha tingħata l-interpretazzjoni li tissalvagwardja l-effett utli tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000309">9 ta’ Marzu 2000</DATE>, <NAME.CASE>EKW u Wein &amp; Co</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑437/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:110">EU:C:2000:110</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, jekk il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva jiġi interpretat bħala li japplika biss fir-rigward ta’ oġġetti u ta’ servizzi użati sabiex jitwettqu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kemm<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tranżazzjonijiet li jagħtu lok għad-dritt għal tnaqqis kif ukoll tranżazzjonijiet li ma jagħtux lok għal dan id-dritt, dan iwassal sabiex din id-dispożizzjoni tingħata l-istess portata bħal dik li għandu l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva, li minnu din id-dispożizzjoni hija madankollu mistennija li tidderoga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-qorti tar-rinviju jidher li għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-interpretazzjoni esposta fil-punt 38 tas-sentenza preżenti mal-prinċipji ta’ proporzjonalità tat-tnaqqis, ta’ effettività tad-dritt għal tnaqqis u ta’ newtralità tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, mingħajr ma hemm għalfejn jiġi eżaminat liema huwa l-impatt preċiż ta’ dawn il-prinċipji fuq l-interpretazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, għandu jiġi kkonstatat li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmija prinċipji, li jirregolaw is-sistema tal-VAT, iżda li minnhom il-leġiżlatur jista’ jidderoga b’mod validu, ma jistax jiġġustifika, fi kwalunkwe każ, interpretazzjoni li ċċaħħad lill-imsemmija deroga, mixtieqa espressament mil-leġiżlatur, minn kull effett utli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punt 38 tas-sentenza preżenti huma, barra minn hekk, ikkorraborati minn wieħed mill-għanijiet imfittxija mis-Sitt Direttiva li jikkonsisti, hekk kif jirriżulta mis-sbatax-il premessa tagħha, fl-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ regoli ta’ applikazzjoni relattivament sempliċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120308">8 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑524/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:129">EU:C:2012:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta japplikaw ir-regola ta’ kalkolu prevista fil-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva, il-persuni taxxabbli ma għandhomx l-obbligu li jallokaw l-oġġetti jew is-servizzi li huma jixtru jew għat-tranżazzjonijiet li jagħtu lok għad-dritt għal tnaqqis, jew għal dawk li ma jagħtux lok għal dan id-dritt, jew inkella għal dawn iż-żewġ tipi ta’ tranżazzjonijiet u, sussegwentement, l-awtoritajiet fiskali nazzjonali ma għandhomx jivverifikaw jekk dawn ġewx allokati b’mod korrett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi ddeterminat jekk huwiex permess, fid-dawl tal-Artikolu 19(2) tas-Sitt Direttiva, li Stat Membru jimponi li din il-persuna taxxabbli tirreferi wkoll għall-kompożizzjoni tad-dħul mill-bejgħ tagħha sabiex tidentifika, fost it-tranżazzjonijiet imwettqa, dawk li jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>anċillari<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 19(2) tas-Sitt Direttiva, sabiex jiġi stabbilit il-proporzjon imsemmi f’paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, għandu jkun eskluż l-ammont tad-dħul mill-bejgħ relatat mat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>tranżazzjonijiet inċidentali [anċillari] [...] għall-beni immobbli [...] u [...] finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Issa, is-Sitt Direttiva ma tiddefinixxix dan il-kunċett tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat li, għalkemm il-portata tad-dħul iġġenerat mit-tranżazzjonijiet finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sitt Direttiva tista’ tikkostitwixxi indizju tal-fatt li dawn it-tranżazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu li huma anċillari fis-sens tal-Artikolu 19(2) ta’ din id-direttiva, il-fatt li dħul ogħla minn dak prodott għall-attività indikata bħala prinċipali mill-impriża kkonċernata huwa ġġenerat minn tali tranżazzjonijiet ma jistax, waħdu, jeskludi l-klassifikazzjoni tagħhom bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>tranżazzjonijiet inċidentali [anċillari]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>EDM</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑77/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:243">EU:C:2004:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li attività ekonomika għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>inċidentali [anċillari]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 19(2) tas-Sitt Direttiva meta hija ma tikkostitwixxix l-estensjoni diretta, permanenti u neċessarja tal-attività taxxabbli tal-impriża u hija ma tinvolvix użu sinjifikattiv ta’ oġġetti u ta’ servizzi li għalihom il-VAT hija dovuta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960711">11 ta’ Lulju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Régie dauphinoise</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:290">EU:C:1996:290</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>EDM</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑77/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:243">EU:C:2004:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>NCC Construction Danmark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑174/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:669">EU:C:2009:669</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-kompożizzjoni tad-dħul mill-bejgħ tal-persuna taxxabbli jikkostitwixxi element rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk ċerti tranżazzjonijiet għandhomx jitqiesu li huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>inċidentali [anċillari]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tas-Sitt Direttiva, iżda għal dan il-għan għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll ir-relazzjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet mal-attivitajiet taxxabbli ta’ din il-persuna taxxabbli u, jekk ikun il-każ, l-użu li huma jagħmlu tal-oġġetti u tas-servizzi li għalihom hija dovuta l-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) u l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jimponu fuq persuna taxxabbli:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li tapplika għall-oġġetti u għas-servizzi kollha akkwistati minnha proporzjon ta’ tnaqqis ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ, mingħajr ma jipprevedu metodu ta’ kalkolu li jkun ibbażat fuq in-natura u d-destinazzjoni effettiva ta’ kull wieħed mill-oġġetti u mis-servizzi akkwistati u li jirrifletti oġġettivament is-sehem ta’ imputazzjoni reali tal-ispejjeż sostnuti f’kull waħda mill-attivitajiet intaxxati u mhux intaxxati; u</P></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><P>li tirreferi għall-kompożizzjoni tad-dħul mill-bejgħ tagħha sabiex tidentifika t-tranżazzjonijiet li jikklassifikaw bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>anċillari<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, sakemm l-evalwazzjoni magħmula għal dan il-għan tieħu wkoll inkunsiderazzjoni r-relazzjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet mal-attivitajiet taxxabbli ta’ din il-persuna taxxabbli u, jekk ikun il-każ, l-użu li huma jagħmlu tal-oġġetti u tas-servizzi li għalihom hija dovuta l-VAT.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) u l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jimponu fuq persuna taxxabbli:</HT></P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li tapplika għall-oġġetti u għas-servizzi kollha akkwistati minnha proporzjon ta’ tnaqqis ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ, mingħajr ma jipprevedu metodu ta’ kalkolu li jkun ibbażat fuq in-natura u d-destinazzjoni effettiva ta’ kull wieħed mill-oġġetti u mis-servizzi akkwistati u li jirrifletti oġġettivament is-sehem ta’ imputazzjoni reali tal-ispejjeż sostnuti f’kull waħda mill-attivitajiet intaxxati u mhux intaxxati; u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li tirreferi għall-kompożizzjoni tad-dħul mill-bejgħ tagħha sabiex tidentifika t-tranżazzjonijiet li jikklassifikaw bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>anċillari<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, sakemm l-evalwazzjoni magħmula għal dan il-għan tieħu wkoll inkunsiderazzjoni r-relazzjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet mal-attivitajiet taxxabbli ta’ din il-persuna taxxabbli u, jekk ikun il-każ, l-użu li huma jagħmlu tal-oġġetti u tas-servizzi li għalihom hija dovuta t-taxxa fuq il-valur miżjud.</HT></P></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>