|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/415 |
20.2.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2026/415
tas-16 ta’ Diċembru 2025
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 5.4 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (3),
Waqt li jaġixxi skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 41 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (4) huwa element ewlieni tal-qafas legali li jappoġġa l-kompiti tal-ġbir tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-BĊE konsistentement serraħ fuq dak ir-Regolament sabiex iwettaq u jissorvelja l-ġbir koordinat ta’ informazzjoni statistika neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 ġie emendat diversi drabi biex jirrieżamina l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u biex jippermetti t-trażmissjoni u l-użu ta’ informazzjoni statistika, miġbur mis-SEBĊ, mill-membri tas-SEBĊ u awtoritajiet oħra responsabbli għas-superviżjoni, is-sorveljanza makroprudenzjali u r-riżoluzzjoni. |
|
(3) |
It-trasformazzjoni diġitali introduċiet opportunitajiet radikali u ġodda biex it-teknoloġiji diġitali jiġu integrati mhux biss fin-negozji, iżda wkoll fil-forniment ta’ servizzi pubbliċi. Dan ħoloq ambjent mingħajr preċedent li wassal għal ħtieġa għal statistika ġdida sabiex is-SEBĊ ikun jista jwettaq l-kompiti tiegħu u għamilha possibbli li d-data granulari tinġabar b’mod aktar effiċjenti. Barra minn hekk, l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji reċenti bħall-emerġenza klimatika, il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tal-enerġija u tal-għoli tal-ħajja kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna amplifikaw id-domandi u l-aspettattivi għal statistika aktar f’waqtha, aktar frekwenti u aktar dettaljata meħtieġa biex tappoġġa t-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ. Fl-istess ħin, huwa importanti li dawk id-domandi u l-aspettattivi jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-piż impost fuq l-aġenti ta’ rappurtar jinżamm f’livell minimu, peress li l-kompetittività u l-produttività huma kundizzjonijiet essenzjali biex in-negozji jiffjorixxu. Għal dik ir-raġuni, huwa importanti li l-qafas legali jiġi adattat biex jappoġġa l-prinċipju ta’ “darba biss” fir-rigward tar-rappurtar statistiku u regolatorju kull fejn ikun possibbli biex jiġi żgurat li l-aġenti li jirrappurtaw ma jkollhomx għalfejn jirrappurtaw l-istess data aktar minn darba. Jenħtieġ li dawk l-adattamenti jqisu l-indipendenza tal-BĊE u l-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2533/98. Sabiex tiġi evitata l-ħtieġa li diversi awtoritajiet u korpi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri biex jiġbru l-istess, jenħtieġ li l-informazzjoni statistika tiġi kondiviża fost il-membri tas-SEBĊ u mill-membri tas-SEBĊ mal-membri tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) u ma’ partijiet rilevanti oħra f’ċirkostanzi definiti sew, irrispettivament liema membru tas-SEBĊ ikun ġabar l-informazzjoni statistika. |
|
(4) |
Sabiex jiġu riflessi r-realtajiet attwali u l-ambjent diġitali li fih topera s-SEBĊ, jenħtieġ li jiġu introdotti definizzjonijiet ġodda jew aġġornati fir-Regolament (KE) Nru 2533/98 biex jiġu ċċarati l-kunċetti ta’ “kondiviżjoni”, “parti leġittima oħra” u “data ta’ referenza ewlenija”. Xi definizzjonijiet oħra jenħtieġ li jiġu aġġornati biex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dritt tal-Unjoni. |
|
(5) |
Popolazzjoni ta’ rappurtar omoġenja hija meħtieġa għall-produzzjoni tal-karta tal-bilanċ konsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) tal-Istati Membri parteċipanti, li tipprovdi stampa statistika komprensiva tal-iżviluppi monetarji fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, meqjusa bħala territorju ekonomiku wieħed. Għal din ir-raġuni, il-BĊE stabbilixxa u jżomm lista ta’ MFIs għal finijiet statistiċi bbażati fuq definizzjoni komuni, li tispeċifika li l-MFIs jinkludu istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fid-dritt tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġi ċċarat li anke fil-każijiet eċċezzjonali fejn istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fid-dritt tal-Unjoni hija kklassifikata barra mis-settur tal-“korporazzjonijiet finanzjarji (S.12)” fis-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali tal-2010, din taqa’ fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza li minnha l-membri tas-SEBĊ għandhom id-dritt li jiġbru informazzjoni statistika. Il-ġbir ta’ dik l-informazzjoni huwa meħtieġ għall-applikazzjoni mill-BĊE ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu għal skopijiet ta’ politika monetarja f’konformità mal-Artikolu 19 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u r-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (5). Meta kwalunkwe istituzzjoni jew impriża finanzjarja oħra li hija soġġetta għal superviżjoni prudenzjali tiġi kklassifikata barra mis-settur tal-“korporazzjonijiet finanzjarji”, jenħtieġ li ma jiddgħajjifx id-dritt tal-membri tas-SEBĊ li jiġbor informazzjoni statistika dwarha. |
|
(6) |
Barra minn hekk, biex jallinja mal-prinċipji ta’ statistika tal-kosteffettività u l-minimizzazzjoni tal-piż tar-rappurtar, jenħtieġ li l-BĊE jkollu wkoll id-dritt li jiġbor informazzjoni statistika minn aġenti li jirrapportaw dwar l-entitajiet ikkontrollati tagħhom u dwar fergħat, inkluż fejn il-fergħa tkun residenti f’pajjiż ieħor. Dik il-possibbiltà tkun tippermetti lill-BĊE jimplimenta il-prinċipju ta’ “darba biss” fir-rappurtar statistiku tiegħu b’mod effettiv, u b’hekk jelimina r-rekwiżiti ta’ rappurtar duplikati. Ikun jippermetti wkoll li l-approċċ għar-rappurtar statistiku jkun allinjat aktar mill-qrib mal-“approċċ domestiku” għar-rappurtar regolatorju superviżorju dwar l-attivitajiet tal-fergħat. Il-BĊE jkollu wkoll aktar flessibbiltà biex jadotta approċċi differenti fir-rigward tal-firxa tal-konsolidazzjoni fir-rappurtar statistiku. |
|
(7) |
Għall-finijiet tal-kompiti tiegħu ta’ ġbir tal-istatistika, il-BĊE huwa meħtieġ jikkoopera mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni u mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Biex jirrifletti dik il-kooperazzjoni mill-qrib, meta jistabbilixxi u jimponi rekwiżiti ta’ rappurtar sabiex jiġbor l-informazzjoni statistika li hija meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti tas-SEBĊ, jenħtieġ li l-BĊE jqis l-użu potenzjali ta’ tali informazzjoni għat-twettiq ta’ kompiti li jikkonċernaw politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif ukoll l-informazzjoni minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji, aġenziji oħra tal-Unjoni jew awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li għalihom il-membri tas-SEBĊ għandhom dritt ta’ aċċess. Dak ir-rekwiżit huwa meħtieġ biex jippermetti l-użu massimu ta’ informazzjoni eżistenti u biex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż fuq l-aġenti li jirrappurtaw. |
|
(8) |
Il-limiti u l-kundizzjonijiet li taħthom il-BĊE huwa intitolat li jimponi sanzjonijiet fuq aġenti ta’ rappurtar għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jew mal-obbligi stabbiliti fir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-BĊE li jimponu rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku jenħtieġ li jiġu aġġornati biex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom effett deterrenti suffiċjenti. Barra minn hekk, l-ammont massimu tas-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti mill-BĊE fuq aġent li jirrapporta għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi li jimponu rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku jenħtieġ li, fil-biċċa l-kbira, jiġi allinjat mal-ammonti massimi li jistgħu jiġu imposti għal nuqqas ta’ konformità ma’ obbligi oħra mhux statistiċi imposti mill-BĊE. |
|
(9) |
Informazzjoni statistika kunfidenzjali li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jiksbu għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ għandha tiġi protetta sabiex jiġi evitat l-użu u l-iżvelar illegali tagħha. Madankollu, jenħtieġ li r-reġim ta’ kunfidenzjalità li japplika għall-informazzjoni statistika kunfidenzjali miġbura mis-SEBĊ jiġi rivedut u ċċarat biex ikun żgurat li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jużaw u jikkondividu ma’ xulxin informazzjoni statistika kunfidenzjali għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ imsemmija fit-Trattat, pereżempju għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew id-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika jew biex tiżdied il-kwalità tagħha. Dik ir-reviżjoni hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun tista’ tinġabar mill-BĊE bl-assistenza tal-banek ċentrali nazzjonali skont il-prinċipju ta’ “darba biss”. Barra minn hekk, biex titnaqqas il-ħtieġa għal rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku u regolatorju duplikati, biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet u l-korpi tal-Unjoni u tal-Istati Membri u biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, jenħtieġ li l-membri tas-SEBĊ ikunu obbligati jikkondividu informazzjoni statistika kunfidenzjali ma’ ċerti awtoritajiet u korpi għat-twettiq tal-kompiti tagħhom relatati mas-superviżjoni jew mal-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja, inkluż l-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur, u mal-awtoritajiet tal-ESS. Jenħtieġ li l-membri tas-SEBĊ ikollhom il-flessibbiltà li jikkondividu informazzjoni statistika kunfidenzjali ma’ awtoritajiet u korpi oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew ma’ riċerkaturi affiljati ma’ korpi ta’ riċerka xjentifika f’ċirkostanzi speċifikati. Jenħtieġ li jkun possibbli ukoll li jiġi kondiviż sett speċifiku u ridott ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali mal-aġenti ta’ rappurtar, fejn neċessarju għal ċerti finijiet statistiċi jew fejn is-sorsi huma diġà disponibbli għall-aġent ta’ rappurtar, pereżempju, fejn tali informazzjoni tiġi rrapportata minn entità kkontrollata mill-aġent ta’ rappurtar jew il-fergħat tiegħu. Il-possibbiltajiet ta’ kondiviżjoni tad-data skont ir-reġim ta’ kunfidenzjalità rivedut għandhom ikunu indipendenti mill-membru tas-SEBĊ li jiġbor l-informazzjoni statistika. Sabiex tinżamm il-fiduċja tal-aġenti li jirrappurtaw, jenħtieġ li jkun hemm arranġamenti konsistenti biex tiġi protetta l-informazzjoni statistika kunfidenzjali u t-trasparenza mtejba dwar l-użi li għalihom tista’ titqiegħed l-informazzjoni statistika. Jenħtieġ li l-kondiviżjoni ta’ dik id-data teskludi kwalunkwe informazzjoni statistika kunfidenzjali li inizjalment tkun waslet minn awtorità tal-ESS. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-membri tas-SEBĊ ikomplu jkunu responsabbli għall-użu u l-protezzjoni tal-informazzjoni statistika kunfidenzjali miġbura mill-membri tas-SEBĊ. Għalhekk, hija meħtieġa governanza xierqa għat-trażmissjoni ulterjuri lil partijiet terzi. Għalhekk it-trażmissjoni ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali minn kwalunkwe parti riċeventi lil partijiet terzi jenħtieġ li teħtieġ l-awtorizzazzjoni tal-membru tas-SEBĊ li jkun ikkondivida l-informazzjoni. L-awtorizzazzjoni espliċita tal-membru tas-SEBĊ tista’ tingħata darba u bl-aktar mod ġeneriku possibbli għall-kategoriji rilevanti ta’ informazzjoni, u b’hekk jiġu evitati proċeduri amministrattivi bla bżonn filwaqt li tinżamm ir-responsabbiltà tal-membri tas-SEBĊ. |
|
(11) |
Skont id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/138 (7), l-informazzjoni dwar il-kumpaniji u s-sjieda tal-kumpaniji hija inkluża fil-lista ta’ settijiet tad-data ta’ valur għoli. Dan jiżgura li d-data pubblika tal-ogħla potenzjal soċjo-ekonomiku tkun disponibbli għall-użu mill-ġdid b’restrizzjoni legali u teknika minima u mingħajr ħlas. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2533/98 jiġi adattat biex jirrifletti d-disponibbiltà ta’ tali data dwar il-kumpaniji u l-valur għoli tagħha għal finijiet ta’ statistika u funzjonijiet tas-SEBĊ oħra. Barra minn hekk dik id-data pubblika u f’konformità mal-prinċipji tal-kost-effettività, il-minimizzazzjoni tal-piż tar-rappurtar u l-kwalità għolja tal-output, jenħtieġ li l-membri tas-SEBĊ ikunu jistgħu jikkondividu ma’ aġenti ta’ rappurtar data ta’ referenza ewlenija li tinkludi attributi speċifiċi dwar persuni ġuridiċi, fergħat u unitajiet istituzzjonali. Il-kundizzjonijiet li taħthom jenħtieġ li jkun possibbli li tintuża d-data ta’ referenza ewlenija miġbura mill-membri tas-SEBĊ għal skopijiet ta’ statistika u skopijiet oħra għalhekk jenħtieġ li jiġu speċifikati. |
|
(12) |
L-istatistika Ewropea hija żviluppata, prodotta u disseminata kemm mis-SEBĊ kif ukoll mis-SSE taħt oqfsa legali separati, li jirriflettu l-istrutturi ta’ governanza rispettivi tagħhom. Għalhekk, huwa importanti li r-Regolament (KE) Nru 2533/98 iqis l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u li japplika mingħajr preġudizzju għal dak ir-Regolament. |
|
(13) |
Meta l-attivitajiet li jridu jitwettqu skont ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ statistika uffiċjali, jenħtieġ li tali pproċessar jikkonforma mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, jiġifieri r-Regolamenti (UE) 2016/679 (9) u (UE) 2018/1725 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’konformità mal-prinċipji stabbiliti f’dawk ir-Regolamenti, tali pproċessar jenħtieġ li jkun soġġett għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġett tad-data. Jenħtieġ li dawk is-salvagwardji jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzattivi b’mod partikolari biex jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-psewdonimizzazzjoni. |
|
(14) |
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jinżamm bħala strument effettiv għall-BĊE biex iwettaq il-kompiti ta’ ġbir ta’ informazzjoni statistika tas-SEBĊ, huwa meħtieġ li jiġi permess l-użu massimu ta’ informazzjoni, data amministrattiva, reġistri statistiċi eżistenti u sorsi disponibbli oħra. Peress li l-użu ta’ statistika b’diversi sorsi jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ aktar, bi statistika żviluppata jew prodotta abbażi ta’ varjetà ta’ sorsi ta’ data, jenħtieġ li japplika qafas armonizzat għall-użu u l-kondiviżjoni ta’ tali informazzjoni. |
|
(15) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2533/98 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Modalitajiet għad-definizzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku Meta jistabbilixxi u jimponi r-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tiegħu, il-BĊE għandu jispeċifika l-popolazzjoni attwali ta’ rappurtar fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza kif definit fl-Artikolu 2. Mingħajr preġudizzju għat-twettiq tar-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tiegħu, il-BĊE:
Qabel jadotta regolament kif imsemmi fl-Artikolu 5 rigward statistika ġdida, il-BĊE għandu jivvaluta l-merti u l-ispejjeż tal-ġbir tal-informazzjoni statistika ġdida inkwistjoni. L-BĊE għandu jqis, b’mod partikolari, il-karatteristiċi speċifiċi tal-ġbir, id-daqs tal-popolazzjoni li tirrapporta, il-perjodiċità tar-rappurtar, u l-informazzjoni diġà miżmuma mill-awtoritajiet u l-amministrazzjonijiet tal-istatistika, mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji, jew l-aġenziji tal-Unjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti l-oħra, tal-Istati Membri li għalihom il-membri tas-SEBĊ għandhom dritt ta’ aċċess.” |
|
(4) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 7a Kondiviżjoni ta’ data mhux kunfidenzjali mis-SEBĊ lill-ESS Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2a, membru tal-SEBĊ għandu jikkondividi d-data mhux kunfidenzjali, inkluża data magħmula disponibbli minn detenturi privati tad-data, mal-ESS fuq talba, jekk id-data mitluba tkun meħtieġa u disponibbli f’forma aggregata, f’oqsma ta’ responsabbiltà kondiviża jew interess komuni u tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-awtorità tal-ESS rikjedenti.” |
|
(6) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej “Artikolu 8 Protezzjoni, użu u kondiviżjoni ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali miġbura mis-SEBĊ 1. Ir-regoli stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-prevenzjoni tal-użu u l-iżvelar illegali ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali li tiġi pprovduta mill-aġent ta’ rappurtar jew persuna ġuridika jew fiżika, entità jew fergħa oħra lil membru tas-SEBĊ jew kondiviża fi ħdan is-SEBĊ. 2. Il-membri tas-SEBĊ għandhom jużaw u jikkondividu ma’ xulxin informazzjoni statistika kunfidenzjali għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ inkluż għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew id-disseminazzjoni tal-istatistika jew biex tiżdied il-kwalità tagħha. 3. Minbarra l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 2, il-membri tas-SEBĊ:
4. Fiċ-ċirkostanzi kollha stabbiliti fil-paragrafu 3, il-punti (a) sa (f), informazzjoni statistika kunfidenzjali ma għandhiex tintuża jew tiġi kondiviża għal finijiet kummerċjali jew ta’ taxxa jew għall-fini ta’ proċedimenti legali, bl-eċċezzjoni ta’:
5. Il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jiġbor informazzjoni kunfidenzjali oriġinarjament miġbura għal finijiet għajr dawk tal-Artikolu 5 tal-Istatut, sa fejn u fil-livell ta’ dettall meħtieġ għall-iżvilupp jew il-produzzjoni effiċjenti tal-istatistika jew biex tiżdied il-kwalità tagħha, u meta dik l-istatistika tkun meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti tas-SEBĊ stabbilita fit-Trattat. Ladarba tiġi integrata mal-informazzjoni statistika, dik l-informazzjoni kunfidenzjali għandha tkun soġġetta għall-istess regoli li japplikaw għall-informazzjoni statistika kunfidenzjali. 6. Il-membri tas-SEBĊ jistgħu jaqsmu informazzjoni statistika kunfidenzjali ma’ aġent ta’ rappurtar fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
Id-data ta’ referenza ewlenija msemmija fil-punt (a) tista’ tiġi kondiviża ma’ aġent ta’ rappurtar dmenti li l-kondiviżjoni ta’ dik id-data tkun meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew id-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika Ewropea jew biex tiżdied il-kwalità tagħha. 7. Il-membri tas-SEBĊ għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-protezzjoni fiżika u loġika ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali. Il-BĊE għandu jistipula regoli komuni u jimplimenta standards minimi biex jipprevjeni l-iżvelar illegali u l-użu mhux awtorizzat ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali. L-Istati Membri u l-BĊE għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-informazzjoni statistika kunfidenzjali, inkluż l-impożizzjoni tal-miżuri xierqa ta’ infurzar fil-każ ta’ ksur. 8. Kwalunkwe parti li tirċievi informazzjoni statistika kunfidenzjali:
9. Aġenti ta’ rappurtar għandhom jiġu mgħarrfa bl-użi li jista’ jkollha l-informazzjoni statistika li huma jipprovdu. Għal dak il-fini, il-membri tas-SEBĊ għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar l-użu ta’ informazzjoni statistika għal finijiet ta’ statistika jew għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ jew kompiti li jikkonċernaw politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, u informazzjoni dwar kwalunkwe ċirkostanza oħra li fiha tintuża jew tinqasam informazzjoni statistika kunfidenzjali skont il-paragrafu 3. L-aġenti ta’ rappurtar għandu jkollhom id-dritt li jiġbru informazzjoni dwar il-bażi legali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-miżuri protettivi adottati. 10. L-informazzjoni statistika legalment disponibbli għall-pubbliku u li tibqa’ disponibbli għall-pubbliku skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali ma għandhiex titqies kunfidenzjali. Tali informazzjoni għandha tinkludi b’mod partikolari data dwar l-attributi ewlenin ta’ kumpaniji individwali kif elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/138 (*10). 11. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali relatati mat-trażmissjoni jew il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni għajr informazzjoni statistika kunfidenzjali lill-BĊE jew miegħu. 12. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal informazzjoni statistika kunfidenzjali inizjalment trażmessa bejn awtorità tas-SSE u membru tas-SEBĊ. 13. Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni li informazzjoni statistika kunfidenzjali miġbura minn membru tas-SEBĊ għal finijiet għajr, jew flimkien ma’, dawk li jintlaħqu r-rekwiżiti tar-rappurtar tal-istatistika tal-BĊE tintuża biex jintlaħqu dawk il-finijiet l-oħra. 14. Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-membri tas-SEBĊ milli jagħtu aċċess għal informazzjoni statistika kunfidenzjali lill-fornituri tas-servizzi għall-fini uniku li jipprovdu servizzi kuntrattati li jappoġġjaw it-twettiq tal-kompiti li għalihom tista’ tintuża u tiġi kondiviża tali informazzjoni skont dan ir-Regolament. (*10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/138 tal-21 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi lista ta’ settijiet tad-data speċifiċi ta’ valur għoli u l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid tagħhom (ĠU L 19, 20.1.2023, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/138/oj).”;" |
|
(7) |
L-Artikolu 8a huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Artikolu 8c huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8c Protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali dwar individwi Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) 2016/679 (*11) u (UE) 2018/1725 (*12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (*11) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1: ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj)." (*12) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).”." |
|
(9) |
L-Artikolu 8d huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8d Aċċess għal data amministrattiva Sabiex jitnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti, il-banek ċentrali nazzjonali u l-BĊE għandhom jitħallew jaċċessaw, jużaw u jintegraw, mingħajr ħlas, data amministrattiva minn sorsi rilevanti fis-sistemi ta’ amministrazzjoni pubblika rispettivi tagħhom, fil-ħin u bi frekwenza u granularità suffiċjenti għall-fini tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. L-arranġamenti prattiċi u l-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ aċċess effettiv għandhom jiġu ddeterminati fejn meħtieġ minn kull Stat Membru u l-BĊE, fi ħdan l-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom. Ladarba tiġi integrata mal-informazzjoni statistika, l-outputs tal-istatistika li jirriżultaw għandhom jintużaw u jiġu kondiviżi bħallikieku tinġabar skont l-Artikolu 5 tal-Istatut.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU C, C 2025/3224, 17.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3224/oj.
(2) Opinjoni tas-26 ta’ Novembru 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU C, C/2025/6326, 19.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6326/oj.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru, 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2533/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/378/oj).
(6) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1024/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/138 tal-21 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi lista ta’ settijiet tad-data speċifiċi ta’ valur għoli u l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni u għall-użu mill-ġdid tagħhom (ĠU L 19, 20.1.2023, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/138/oj).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/223/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/415/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)