|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1269 |
21.2.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11780 — INGREDION / AGRANA / AGFD)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/1269)
1.
Fl-14 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ingredion Germany GmbH (“ ‘Ingredion’ ”, il-Ġermanja), |
|
— |
AGRANA Stärke GmbH (“ ‘AGRANA’ ”, l-Awstrija). |
Ingredion u AGRANA se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ AGFD Tandarei s.r.l. (“ ‘AGFD’ ”, ir-Rumanija).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Ingredion hija prinċipalment fornitur globali ta’ soluzzjonijiet ta’ ingredjenti li jipproduċi lamti, dolċifikanti, u ingredjenti oħra minn materja prima rinnovabbli bħall-qamħirrum, it-tapjoka, il-pjanta tal-istevja, u oħrajn, |
|
— |
AGRANA hija prinċipalment proċessur globali ta’ materja prima agrikola, strutturata fi tliet diviżjonijiet operazzjonali: iz-zokkor, il-lamtu u l-frott. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża AGFD huma dawn li ġejjin:L-operat ta’ faċilità ta’ produzzjoni tal-lamtu tal-qamħirrum fir-Rumanija li bħalissa timmanifattura lamti minn qamħirrum regolari u b’livell għoli ta’ amilożju kif ukoll prodotti mhux tal-lamtu u, wara t-titjib tal-faċilità ta’ produzzjoni għall-AGFD, anki l-produzzjoni ta’ prodotti tal-lamtu aktar avvanzati, b’mod partikolari prodotti tal-lamtu tal-qamħirrum modifikati tax-xema’ u b’kontenut għoli ta’ amilożju, li kollha għandhom jinbigħu fl-Ewropa.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11780 — INGREDION / AGRANA / AGFD
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1269/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)