31993L0087



Official Journal L 277 , 10/11/1993 P. 0032 - 0032
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0171
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0171


Direttiva tal-kummissjoni 93/87/KEE

tat-22 ta’ Ottubru 1993

li temenda d-Direttiva 90/377/KEE dwar il-lokalitajiet u r-regjuni ta’ l-istħarriġ fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE tad-29 ta’ Gunju 1990 dwar procedura tal-Komunità biex ittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet tal-gas u l-elettriku mħallsa mill-utenti finali fl-industrija [1],

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/653/KEE ta’ l-4 ta’ Dicembru 1990 li tistabbilixxi emendi bil-fini li timplimenta fil-Ġermanja certi Direttivi tal-Komunità li għandhom x’jaqsmu ma’ statistiċi fuq it-trasport ta’ merkanzija u statistiċi fuq prezzijiet tal-gas u l-elettriku [2].

Billi l-Ġermanja ddefinixxiet il-lokalità fit-territorju ta’ l-ex Repubblika Demokratika tal-Germanja sabiex testendi t-tqassim analitiku b’regjuni u lokalità għal statistika dwar il-prezzijiet tal-gas u l-elettriku;

Billi l-Kumitat Konsultattiv imwaqqaf bl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE kien ikkonsultat dwar il-miżuri stabbiliti fid-Direttiva preżenti,

ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi ghad-Direttiva 90/377/KEE għandhom ikunu emendati sabiex jiġu miżjuda l-lokalità u r-reġjuni li ġejjin għall-ġbir tal-prezzijiet tal-gas u l-elettriku fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja:

(a) fl-Anness I, punt 11 - Repubblika Federali tal-Ġermanja:

- "Dresden u Berlin";

(b) in l-Anness II, punt 2 - Repubblika Federali tal-Ġermanja:

- "Erfurt, Leipzig u Rostock";

(ċ) fl-Anness II, punt 13 - Repubblika Federali tal-Ġermanja:

- "Lvant";

(d) in-nota f’qiegħ il-paġna 2 għall-Anness II, punt 13 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Il-Laender ser jinqasmu f’erba’ żoni, jiġifieri:

- Tramuntana/Centrali: Schleswig-Holstein, Hamburg, Bremen, Berlin, Sassonja ta’ Isfel, Hessen tat-Tramuntana,

- Il-Punent: -Rhine tat-Tramuntana-Westphalia, Rineland-Palatinate, Hessen tas-sud, Saarland,

- Is-Sud: Baden-Wurttemberg, il-Bavarja,

- Il-Lvant: il-Laender kollha li m’humiex inklużi f’reġjuni oħrajn.’"

Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-22 ta’ Ottubru 1993.

Għall-Kummissjoni

Henning Christophersen

Viċi-President

[1] ĠU L 185, ta’ l-1.7.1990, pġ. 16.

[2] ĠU L 353, tas-17.12.1990, pġ. 46.

--------------------------------------------------