|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/895 |
16.5.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/895
tal-14 ta’ Mejju 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-protetturi tas-smigħ, it-tagħmir ta’ protezzjoni personali kontra l-waqgħat, it-tagħmir għat-tixbit mal-muntanji, il-protetturi tal-irkopptejn, l-ilbies protettiv kontra l-gdim tal-qurdien u l-elmi iżolanti elettrikament, abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir ta’ protezzjoni personali li jkun konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)7924 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN, European Committee for Standardization) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec, European Committee for Electrotechnical Standardization) biex jirrevedu u jlestu l-ħidma fuq l-istandards armonizzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 ħalli jiżguraw li dawn ikomplu jirriflettu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2024)2750 (4) sabiex jiġi adattat l-ambitu tat-talba billi jiżdiedu u jitneħħew ċerti standards biex jitqies l-aktar progress tekniku u xjentifiku riċenti, kif ukoll l-aktar żviluppi riċenti tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni fil-livell internazzjonali u Ewropew, u biex tiġi estiża l-iskadenza tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni fir-rigward ta’ ċerti standards u abbozzi ta’ standards, peress li x-xogħol fuq xi wħud minnhom ma setax jitlesta sal-iskadenzi stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati l-ġodda li ġejjin b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425: EN 14404-2:2024 dwar ir-rekwiżiti għal protetturi tal-irkopptejn li jintlibsu (tip 1), EN 14404-3:2024 dwar rekwiżiti għall-kombinazzjoni individwali ta’ kuxxinetti u lbies għall-irkopptejn (tip 2), EN 14404-4:2024 dwar rekwiżiti għall-kombinazzjoni ta’ kuxxinetti u lbies interoperabbli għall-irkopptejn (tip 2), EN 14404-6:2024 dwar rekwiżiti għal sistemi għall-qagħad fuq l-irkopptejn (tip 4) u EN 17487:2024 dwar ħwejjeġ bil-permetrina bħala oġġetti ttrattati li jappoġġaw il-protezzjoni kontra l-gdim tal-qurdien. |
|
(5) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/941 (5): EN 352-2:2020 dwar tappijiet tal-widnejn, EN 353-2:2002 dwar tip ta’ tagħmir iggwidat li jwaqqaf il-waqgħat inkluż linja ta’ ankraġġ flessibbli, EN 958:2017 dwar sistemi li jassorbu l-enerġija li jintużaw fit-tixbit imsejjaħ klettersteig (permezz ta’ ferrata) u EN 17109:2020 dwar sistemi ta’ sikurezza individwali għall-perkorsi fl-għoli bil-ħbula. |
|
(6) |
B’riżultat ta’ dan, is-CEN adotta l-istandards li ġejjin, u l-emendi tagħhom: EN 352-2:2020+A1:2024, EN 353-2:2024, EN 958:2024 u EN 17109:2020+A1:2024. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards EN 352-2:2020+A1:2024, EN 353-2:2024, EN 958:2024, EN 14404-2:2024, EN 14404-3:2024, EN 14404-4:2024, EN 14404-6:2024, EN 17109:2020+A1:2024 u EN 17487:2024, jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924. |
|
(8) |
L-istandards armonizzati li ġejjin u l-emendi tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/425: EN 353-2:2024, EN 958:2024, EN 14404-2:2024, EN 14404-4:2024, EN 14404-6:2024, EN 17109:2020+A1:2024 u EN 17487:2024. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati u tal-emendi tagħhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
Wara li eżaminat l-istandard armonizzat EN 352-2:2020+A1:2024, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard ma jirrikjedix li t-tappijiet tal-widnejn ikollhom tikkettar li jindika l-livell ta’ attenwazzjoni tal-istorbju pprovdut minnhom, u b’hekk naqas milli jissodisfa r-rekwiżit essenzjali tas-saħħa u tass-sikurezza stabbilit fil-punt 3.5, it-tieni paragrafu, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. Fir-rigward tal-istandard armonizzat EN 14404-3:2024, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-konformità mal-klawżola 5.5.1.3 tal-istandard armonizzat, li tistabbilixxi r-rekwiżiti għad-dimensjoni taż-żona tal-protezzjoni tal-protetturi tal-irkopptejn, hija meħtieġa wkoll biex tingħata preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza fil-punt 1.3.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425, li għandu l-għan li jiżgura l-adattament tal-prodott għall-morfoloġija tal-utent. Din il-klawżola mhijiex elenkata fl-Anness ZA tal-istandard. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
|
(10) |
Fl-aħħar nett, is-Cenelec ħareġ korrezzjoni għall-istandard armonizzat EN 50365:2023 dwar l-elmi iżolanti elettrikament, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941. Dan irriżulta fl-istandard armonizzat EN 50365:2023 kif ikkorreġut b’EN 50365:2023/AC:2024-09. Il-korrezzjoni EN 50365:2023/AC:2024-09 hija indispensabbli għall-applikazzjoni korretta ta’ EN 50365:2023 bħala standard armonizzat. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ EN 50365:2023 kif ikkoreġut b’EN 50365:2023/AC:2024-09 tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(11) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941 jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jagħtu preżunzjoni tal-konformità mar-Regolament (UE) 2016/425. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 jkunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi ta’ dawk l-istandards u tal-emendi tagħhom jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(12) |
Jeħtieġ li r-referenza tal-istandards armonizzati EN 352-2:2020, EN 353-2:2002, EN 958:2017, EN 17109:2020 u EN 50365:2023 tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li dawk l-istandards ġew riveduti. Għalhekk, jixraq li dawn ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(14) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandards riveduti, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenza tal-istandards armonizzati EN 352-2:2020, EN 353-2:2002, EN 958:2017 u EN 17109:2020 jiġi differit. |
|
(15) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tagħti preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mis-16 ta’ Novembru 2026.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/425/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)7924 tad-19 ta’ Novembru 2020 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward it-tagħmir ta’ protezzjoni personali b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2024)2750 tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward it-tagħmir ta’ protezzjoni personali b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/941 tat-2 ta’ Mejju 2023 dwar standards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 11.5.2023, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/941/oj).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/941 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jitħassru r-ringieli 21, 31, 67 u 175; |
|
(2) |
ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:
|
|
(3) |
ir-ringiela 189.I hija sostitwita b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/895/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)