<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-122/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0122</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:861">EU:C:2017:861</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20171114">14.11.2017</DATE> – Kawża C‑122/16 P</P><P>British Airways vs Il-Kummissjoni</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20171114">14 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq Ewropew tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Difett fil-motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Motiv ta’ ordni pubbliku mqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-qorti tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni li tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT></KEYWORD><KEYWORD>Talbiet tar-rikors fl-ewwel istanza intiżi għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kontenzjuża</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni, għall-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li tiddikjara annullament totali tad-deċiżjoni kontenzjuża</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal rimedju effettiv</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑122/16 P</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fis-<DATE ISO="20160226">26 ta’ Frar 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">British Airways plc</HT>, stabbilita f’Harmondsworth (ir-Renju Unit), irrappreżentata minn J. Turner, QC, u R. O’Donoghue, barrister, b’mandat minn A. Lyle-Smythe, solicitor,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn N. Khan u A. Dawes, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, R. Silva de Lapuerta, M. Ilešič, L. Bay Larsen, J. Malenovský u E. Levits, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, A. Borg Barthet, J.–C. Bonichot, F. Biltgen, K. Jürimäe, C. Lycourgos, M. Vilaras u E. Regan (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: M.‑A. Gaudissart, Assistent Reġistratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20170207">7 ta’ Frar 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, British Airways plc titlob l-annullament parzjali tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE>, British Airways vs Il‑Kummissjoni (T‑48/11, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:988">EU:T:2015:988</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li biha din annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7694 finali, tad-<DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), sa fejn tkopri lil British Airways.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>L-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa miktub kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Każ jista’ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ rikors bil-miktub indirizzat lir-Reġistratur. Fir-rikors għandu jkun hemm l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u l-kwalità tal-firmatarju, l-isem tal-parti jew tal-partijiet avversarji, is-suġġett tal-kwistjoni, it-talbiet, u espożizzjoni fil-qosor tal-motivi tat-talba.</ALINEA><ALINEA>Ir-rikors għandu jkun akkompanjat, meta jkun il-każ, mill-att li tiegħu jintalab l-annullament jew fl-ipotesi kontemplata fl-Artikolu 265 TFUE, minn dokument li jiċċertifika d-data tat-talba prevista f’dawn l-Artikoli. Jekk dawn id-dokumenti ma jkunux ġew preżentati mar-rikors, ir-Reġistratur għandu jsejjaħ lil parti nteressata sabiex iġġibhom fi żmien raġonevoli, bla ma iżda tkun tista tiġi eċċepita d-dekadenza f’każ li d-dokumenti jinġiebu wara li jkun għalaq iż-żmien li fih kellu jsir ir-rikors.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 56 ta’ dan l-istatut jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dan l-appell jista’ jitressaq minn kwalunkwe parti li tkun tilfet parzjalment jew għal kollox, fit-talbiet tagħha. […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="19910619">19 ta’ Ġunju 1991</DATE></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 112(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="19910619">19 ta’ Ġunju 1991</DATE> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="19910619">19 ta’ Ġunju 1991</DATE><QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tkun qiegħda tiġi appellata għandha tiġi annessa mar-rikors ta’ l-appell. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20120925">25 ta’ Settembru 2012</DATE></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 120 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20120925">25 ta’ Settembru 2012</DATE>, li daħlu fis-seħħ fl-<DATE ISO="20121101">1 ta’ Novembru 2012</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Kontenut tar-rikors<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Ir-rikors imsemmi fl-Artikolu 21 ta’ l-Istatut [tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea] għandu jinkludi:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>is-suġġett tal-kawża, il-motivi u l-argumenti invokati kif ukoll espożizzjoni fil-qosor ta’ dawn il-motivi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>it-talbiet tar-rikorrent;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 122 ta’ dawn ir-regoli, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Annessi mar-rikors<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="122.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ikun il-każ, mar-rikors għandhom jiġu annessi d-dokumenti indikati fit-tieni [paragrafu] ta’ l-Artikolu 21 ta’ l-Istatut.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="122.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ir-rikors ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafi 1 jew 2 ta’ dan l-artikolu, ir-Reġistratur għandu jiffissa għar-rikorrent terminu raġonevoli sabiex jipproduċi d-dokumenti msemmija iktar ‘il fuq. Fin-nuqqas ta’ din ir-regolarizzazzjoni, l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi, wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jekk in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet jimplikax l-inammissibbiltà formali tar-rikors.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 127 tal-imsemmija regoli, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Motivi ġodda<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Ebda motiv ġdid ma jista’ jiġi ppreżentat matul l-istanza, sakemm dan il-motiv ma jkunx ibbażat fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt li joħorġu matul il-proċedura.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 168 ta’ dawn l-istess regoli, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Annessi mar-rikors<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="168.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-appell għandu jinkludi:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-indikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tal-Qorti Ġenerali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="168.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Artikoli 119, 121 u 122(1) ta’ dawn ir-Regoli huma applikabbli għall-appell.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 169 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Talbiet, aggravji u argumenti tal-appell<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>It-talbiet tal-appell għandhom ikunu intiżi għall-annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali kif din tkun tinsab fid-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 170 ta’ dawn ir-regoli, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Talbiet fil-każ li jintlaqa’ l-appell<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Jekk l-appell jiġi ddikjarat fondat, it-talbiet tiegħu għandhom ikunu intiżi sabiex jintlaqgħu, kompletament jew parzjalment, it-talbiet imressqa fl-ewwel istanza, bl-esklużjoni ta’ kull talba ġdida. L-appell ma jistax ibiddel is-suġġett tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 190 tal-imsemmija regoli, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Dispożizzjonijiet oħra applikabbli għall-appelli<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Artikoli 127 […] ta’ dawn ir-Regoli huma applikabbli għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li tkun tikkonċerna appell minn deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 44(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Ir-rikors previst mill-Artikolu 21 ta’ l-Istatut għandu jinkludi:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>is-suġġett tal-kawża u sunt tar-raġunijiet imressqa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>it-talbiet tar-rikorrent;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 48(2) ta’ dawn ir-regoli huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Ebda raġuni ġdida ma tista’ tiġi ppreżentata matul il-kawża sakemm din ir-raġuni ma tkunx ibbażata fuq elementi ta’ fatt u ta’ dritt li joħorġu matul il-proċedura.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-appellanti, British Airways, hija kumpannija ta’ trasport bl-ajru li topera fis-suq tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20051207">7 ta’ Diċembru 2005</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet talba għall-immunità abbażi tal-avviż tagħha dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell [akkordji] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>avviż dwar il-klemenza tal-2002<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) imressqa mid-Deutsche Lufthansa AG u mis-sussidjarji tagħha, Lufthansa Cargo AG u Swiss International Air Lines AG. Skont din it-talba, kuntatti antikompetittivi kienu jeżistu bejn diversi impriżi li joperaw fis-suq tat-trasport tal-merkanzija bl-ajru (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>it-trasportaturi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), rigward diversi elementi<?PAGE NO="5"?> kostituttivi tal-prezz tas-servizzi pprovduti fil-kuntest ta’ dan is-suq, jiġifieri l-istabbiliment ta’ sovrataxxi fuq il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>karburant<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>is-sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, kif ukoll ir-rifjut ta’ dawn it-trasportaturi li jħallsu kummissjoni fuq dawn is-sovrataxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-14 u fil-<DATE ISO="20060215">15 ta’ Frar 2006</DATE>, il-Kummissjoni pproċediet bi spezzjonijiet mingħajr avviż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara dawn l-ispezzjonijiet, diversi trasportaturi, kif ukoll l-appellanti, ressqu talba abbażi tal-avviż dwar il-klemenza tal-2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20071219">19 ta’ Diċembru 2007</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet lil 27 trasportatur, fosthom l-appellanti. B’risposta għal din il-komunikazzjoni, id-destinatarji tagħha ppreżentaw kummenti bil-miktub. Inżammet seduta fit-30 ta’ Ġunju u fl-<DATE ISO="20080704">4 ta’ Lulju 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kontenzjuża, li kienet indirizzata lil 21 trasportatur (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>trasportaturi inkriminati<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), fosthom l-appellanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20110124">24 ta’ Jannar 2011</DATE>, l-appellanti ppreżentat rikors għal annullament ta’ ċerti elementi tad-deċiżjoni kontenzjuża, sa fejn dawn jikkonċernawha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punt 25 tas-sentenza appellata, fit-talbiet ifformulati insostenn ta’ dan ir-rikors, l-appellanti għalhekk talbet lill-Qorti Ġenerali:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn ġiet akkużata, f’din id-deċiżjoni, li pparteċipat fir-rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjonijiet, sa fejn ġie kkunsidrat li l-ksur tagħha beda fit-<DATE ISO="20010122">22 ta’ Jannar 2001</DATE>, u sa fejn ġie kkunsidrat li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>elementi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> rigward Ħong Kong, il-Ġappun, l-Indja, it-Tajlandja, Singapor, il-Korea u l-Brażil jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar ’il-quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru, iffirmat fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE>, approvat f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, tal-<DATE ISO="20020404">4 ta’ April 2002</DATE>, dwar il-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 41, p. 89, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Ftehim KE-Svizzera<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>);</P></ITEM><ITEM><P>tannulla jew tnaqqas sostanzjalment il-multa imposta fuqha permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, l-appellanti invokat seba’ motivi, ibbażati l-ewwel wieħed, fuq żball ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni qieset li hija kienet ipparteċipat fir-rifjut tal-ħlas tal-kummissjonijiet, it-tieni, fuq l-assenza ta’ provi fir-rigward tad-data tal-bidu tal-ksur, it-tielet, fuq żbalji ta’ dritt u ta’ fatt jew ta’ użu ħażin ta’ poter fir-rigward tal-eżami tal-implikazzjoni ta’ ċerti awtoritajiet regolatorji, ir-raba’, fuq in-natura sproporzjonata u diskriminatorja tal-perċentwali tal-bażi tal-multa, il-ħames, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-Kummissjoni żiedet il-multa matul il-kalkolu tagħha, is-sitta, fuq ksur tal-avviż dwar il-klemenza tal-2002, sa fejn l-appellanti ma bbenefikatx mill-livell ta’ tnaqqis tal-multa l-iktar għoli u, is-seba’, ta’ ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-proporzjonalità, sa fejn il-Kummissjoni ma naqqsitx il-multa minħabba l-eżistenza ta’ ċirkustanzi attenwanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mill-punti 27 sa 29 kif ukoll mill-punt 45 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali qajmet motiv ta’ ordni pubbliku <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> bbażat fuq difett ta’ motivazzjoni li vvizzja d-deċiżjoni kontenzjuża. B’mod partikolari, kif jirriżulta mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura bbażati fuq l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, din tal-aħħar għamlet mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet fil-kawża quddiemha, sabiex isostnu l-osservazzjonijiet tagħhom fuq il-fatt li r-raġunijiet tad-deċiżjoni kontenzjuża jiddeskrivu ksur uniku u kontinwu li pparteċipaw fih id-destinatarji kollha ta’ din id-deċiżjoni, waqt li l-ewwel erba’ artikoli tad-dispożittiv tal-imsemmija deċiżjoni ma jsemmux dawn id-destinatarji kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, matul is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti sostniet li, fir-raġunijiet tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni indikat biss ksur uniku u kontinwu wieħed tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim KE-Svizzera. Min-naħa l-oħra, id-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni kkonstata l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu distint ta’ kull wieħed minn dawn l-artikoli. L-appellanti sostniet li, meta tittieħed inkunsiderazzjoni din l-inkoerenza bejn il-motivi u d-dispożittiv tal-imsemmija deċiżjoni, din tal-aħħar hija vvizzjata minn difett ta’ motivazzjoni, li jista’ jiġi mqajjem mill-Qorti Ġenerali <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li d-deċiżjoni kontenzjuża kienet ivvizzjata b’kontradizzjonijiet, minn naħa, bejn il-motivi u d-dispożittiv u, min-naħa l-oħra, fi ħdan il-motivi nnifishom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali qieset, essenzjalment, li għandha tkun hija li teżamina jekk dawn il-kontradizzjonijiet kinux ta’ natura li jiksru d-drittijiet tad-difiża tal-appellanti u jipprevjenu lill-Qorti Ġenerali milli teżerċita l-istħarriġ tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Wara din l-analiżi, il-Qorti Ġenerali qieset li dan kien il-każ u, għaldaqstant, ikkonstatat li d-deċiżjoni kontenzjuża kienet ivvizzjata b’difett ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li din il-konstatazzjoni ma setgħetx, f’dan il-każ, twassal għall-annullament totali tad-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn tirrigwarda lill-appellanti, minħabba li l-annullament ta’ din id-deċiżjoni ma setax imur lil hinn mit-talbiet imressqa fir-rikors promotur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, u mingħajr ma eżaminat il-motivi invokati mill-appellanti insostenn tar-rikors tagħha, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża minħabba difett ta’ motivazzjoni kkonstatat fil-kuntest tal-eżami tal-motiv li kienet qajmet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, sa fejn, f’din id-deċiżjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>il-Kummissjoni, minn naħa, qieset li r-rikorrenti, l-ewwel nett, ipparteċipat fir-rifjut ta’ ħlas tal-kummissjonijiet, it-tieni nett, wettqet ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 [tal-Ftehim ŻEE] u tal-Artikolu 8 [tal-Ftehim KE-Svizzera] bejn it-<DATE ISO="20010122">22 ta’ Jannar 2001</DATE> u l-<DATE ISO="20011001">1 ta’ Ottubru 2001</DATE> u, it-tielet nett, ipparteċipat fi ksur f’dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar għas-servizzi tat-trasport [tal-ajru] li jsiru minn Ħong Kong (iċ-Ċina), il-Ġappun, l-Indja, it-Tajlandja, Singapor, Korea u l-Brażil u, min-naħa l-oħra imponielha multa<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, permezz tas-sentenzi tagħha tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Air Canada vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑9/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:994">EU:T:2015:994</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Koninklijke Luchtvaart Maatschappij vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑28/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:995">EU:T:2015:995</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Japan Airlines vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑36/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:992">EU:T:2015:992</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cathay Pacific Airways vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑38/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:985">EU:T:2015:985</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cargolux Airlines vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑39/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:991">EU:T:2015:991</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Latam Airlines Group u Lan Cargo vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑40/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:986">EU:T:2015:986</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Singapore Airlines u Singapore Airlines Cargo Pte vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑43/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:989">EU:T:2015:989</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Deutsche Lufthansa <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑46/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:987">EU:T:2015:987</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SAS Cargo Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑56/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:990">EU:T:2015:990</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Air France-KLM vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑62/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:996">EU:T:2015:996</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Air France vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑63/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:993">EU:T:2015:993</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll<?PAGE NO="7"?> <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Martinair Holland vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑67/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:984">EU:T:2015:984</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fuq ir-rikorsi mressqa mit-trasportaturi inkriminati l-oħrajn, li kienu wkoll ikkontestaw id-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata sa fejn hija tillimita l-portata tal-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża għat-talbiet li jinsabu fir-rikors promotur tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża fl-intier tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-appell</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-ammissibbiltà tal-appell</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-appell huwa manifestament inammissibbli għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-appellanti ma osservatx l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 168(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li s-sentenza appellata ma ġietx annessa mal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-appell ma osserva la l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lanqas l-Artikoli 169 u 170 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja li, konformement mal-Artikolu 63 ta’ dan l-Istatut, jimplementaw l-Artikolu 56 ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 169(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan l-appell ma huwiex intiż għall-annullament tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, iżda pjuttost sabiex dak id-dispożittiv jiġi kkompletat, billi l-annullament parzjali mogħti mill-Qorti Ġenerali, jiġi estiż għal annullament totali. Għaldaqstant, l-appell ma huwiex konformi ma’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata b’mod strett mill-Qorti tal-Ġustizzja. Issa, f’dan il-każ, peress li t-talba tal-appellanti hija iktar wiesgħa minn dik ippreżentata fl-ewwel istanza, hija tikser din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li r-raġunament tal-appellanti huwa ċirkolari, fis-sens li jikkonsisti li jiġi sostnut li huwa minħabba l-fatt li, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet, il-Qorti Ġenerali ma kinitx limitata mit-talbiet ippreżentati mill-appellanti fl-ewwel istanza sabiex din tal-aħħar tkun intitolata tappella minn din id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-ġustifikazzjoni li biha l-ammissibbiltà ta’ dan l-appell jirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, imsemmi fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>), twassal, mill-ġdid, li l-Qorti Ġenerali ma kinitx limitata mit-talbiet tar-rikors fl-ewwel istanza. L-argument li bih din id-dispożizzjoni tikkonferixxi lil parti fil-kawża dritt assolut li tinvoka argument ġdid għal kollox jew li tibdel il-kawża tat-talba tagħha fi kwalunkwe stadju tal-proċedura huwa manifestament infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-appellanti ssostni li l-appell huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni għandha tinqara flimkien mat-tieni, b’tali mod li tapplika biss meta l-appellanti ma tipprovax tagħti talbiet identiċi għal dawk ippreżentati fl-ewwel istanza u s-suġġett tal-kawża għandu għalhekk jiġi emendat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appellanti sostniet b’mod partikolari quddiem il-Qorti Ġenerali li d-deċiżjoni kontenzjuża kienet mimlija b’kontradizzjonijiet interni u difetti ta’ motivazzjoni. Konstatazzjoni bħal din kellha twassal għall-annullament totali ta’ din id-deċiżjoni fejn tikkonċernaha. Għalhekk, l-appellanti kienet qed tfittex li tikkontesta element tas-sentenza appellata li kien bla dubju parti mis-suġġett tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-fatt tilfet fit-talbiet tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali fis-sens tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-ammissibbiltà tar-replika</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, prinċipalment, li, konformement mal-Artikolu 127(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura tal-appell permezz tal-Artikolu 190(1) ta’ dawn ir-Regoli, ir-replika ppreżentata mill-appellanti hija manifestament inammissibbli minħabba l-introduzzjoni, f’din ir-replika, ta’ motivi ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-appellanti affermat, fl-appell, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta applikat il-projbizzjoni li tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT>, li jimplika li hija ammettiet li l-miżura li hija talbet hija esposta fit-talbiet fir-rikors tagħha fl-ewwel istanza. Min-naħa l-oħra, fir-replika tagħha, minflok ma wieġbet għall-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni kontra l-appell, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ma ppermettitilhiex temenda l-imsemmija talbiet. L-appellanti lanqas ma spjegat ir-raġunijiet għaliex ippreżentat dan il-motiv tardivament, fil-kuntest tar-replika tagħha, peress li l-argumenti mressqa f’din ir-replika ma kinux ibbażati fuq elementi ta’ fatt u ta’ dritt li kienu ser jiġu żvelati matul il-proċedura bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>L-appellanti tikkontesta l-argument tal-Kummissjoni bbażat fuq l-inammissibbiltà tar-replika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-appell u, fl-ewwel lok, tal-eċċezzjoni mqajma f’dan ir-rigward mill-Kummissjoni, ibbażata fuq li l-appellanti ma annettietx is-sentenza appellata mal-appell tagħha, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 122(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura tal-appell skont l-Artikolu 168(2) ta’ dawn ir-Regoli, ir-rikors għandu jkun<?PAGE NO="9"?> akkumpanjat, meta jkun il-każ, mid-dokumenti indikati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’din l-aħħar dispożizzjoni tipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>[r]-rikors għandu jkun akkompanjat, meta jkun il-każ, mill-att li tiegħu jintalab l-annullament […].<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Ċertament, meta rikors huwa dirett kontra att ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, dan l-att irid ikun anness mar-rikors. Madankollu, fir-rigward tal-appell, l-Artikolu 168(1)(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprevedi li l-appell għandu jinkludi l-indikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tal-Qorti Ġenerali, mingħajr ma huwa meħtieġ li din id-deċiżjoni tkun annessa mar-rikors tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li, wara d-dħul fis-seħħ, fl-<DATE ISO="20121101">1 ta’ Novembru 2012</DATE>, tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ appell, ma huwiex meħtieġ li tiġi annessa mar-rikors id-deċiżjoni kkontestata tal-Qorti Ġenerali, iżda hija biss l-indikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni li hija meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-fatt li s-sentenza appellata ma kinitx annessa mal-appell ma jistax jiġi meqjus bħala li jwassal għall-inammissibbiltà ta’ dan tal-aħħar. Għaldaqstant, l-eċċezzjoni mqajma mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-argument li bih l-appell ma huwiex konformi mal-Artikolu 169(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>[i]t-talbiet tal-appell għandhom ikunu intiżi għall-annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali kif din tkun tinsab fid-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, skont l-Avukat Ġenerali fil-punt 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, li din id-dispożizzjoni tirrigwarda l-prinċipju fundamentali tal-qasam tal-appell li bih l-appell għandu jkun dirett kontra d-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali u ma jistax ikun intiż esklużivament għat-tibdil ta’ ċerti motivi ta’ din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Al‑Aqsa vs Il‑Kunsill u Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Al‑Aqsa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑539/10 P u C‑550/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:711">EU:C:2012:711</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja li tannulla s-sentenza appellata, u b’mod partikolari l-punt 1 tad-dispożittiv tagħha, peress li l-Qorti Ġenerali rrifjutat li tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża fl-intier tagħha fir-rigward tagħha. Għaldaqstant, l-appellanti tikkontesta l-portata tal-annullament li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet jew, fi kliem ieħor, il-konsegwenzi legali li l-Qorti Ġenerali ddeduċiet mill-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li kkonstatat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, permezz tal-appell tagħha, l-appellanti tfittex effettivament li tikseb annullament parzjali tad-dispożittiv tas-sentenza appellata u li t-talbiet ta’ dan l-appell, huma, konsegwentement, konformi mal-Artikolu 169(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni, ibbażata fuq il-fatt li l-appell ma huwiex konformi mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi osservat li l-eżami ta’ din l-eċċezzjoni teħtieġ evalwazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-portata tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>talbiet<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ippreżentati fl-ewwel istanza u tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>suġġett tal-kawża<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> quddiem il-Qorti Ġenerali fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tar-rabtiet stretti bejn dawn l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà u l-motivi invokati mill-appellanti rigward il-mertu, qabel kollox hemm lok li jiġu evalwati dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u peress li r-replika tirrigwarda esklużivament l-ammissibbiltà tal-appell, huwa xieraq ukoll, skont il-każ, li tiġi eżaminata l-eċċezzjoni marbuta mal-inammissibbiltà ta’ din ir-replika fi tmiem l-imsemmi eżami tal-mertu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tqajjem żewġt aggravji bbażati fuq żball ta’ liġi, li jirriżultaw, l-ewwel wieħed, minn ksur tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni li tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> u, it-tieni wieħed, minn ksur tad-dritt ta’ rimedju effettiv previst fl-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġt aggravji għandhom jiġu eżaminati flimkien.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta bbażat ruħha fuq il-projbizzjoni li tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> sabiex tillimita l-portata tal-annullament li hija ddeċidiet, anki jekk hija kkonstatat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-eżistenza ta’ difetti essenzjali li huma ta’ ordni pubbliku u li jivvizzjaw id-deċiżjoni kontenzjuża fl-intier tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>L-appellanti tammetti li l-qorti tal-Unjoni adita b’rikors għall-annullament tista’ tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT>, dan jfisser li hija tista’ tiddeċiedi biss fuq dak li qed tiġi mitluba speċifikament mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, jeżistu diversi każi fejn il-qorti tal-Unjoni, sabiex twettaq il-kompitu tagħha ta’ gwardjan tal-legalità assenjata lilha mit-Trattat FUE, tista’ tkun obbligata li tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> motiv ta’ liġi u, bħala riżultat, tiddeċiedi dwar dak li ma kienx speċifikament mitlub mill-partijiet. F’dawn il-każijiet differenti, id-difett li jivvizzja l-att ikkontestat huwa ta’ natura serja biżżejjed biex jiġġustifika li l-qorti tal-Unjoni tippenalizzah, anki jekk dan id-difett ma jkunx ġie mqajjem mill-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Il-qorti tal-Unjoni, adita b’rikors għal annullament, għalhekk ma tistax tiġi kkritikata li ħarġet mill-kuntest tal-kawża, li eċċediet il-ġurisdizzjoni tagħha, li ddeċidiet <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> jew li kisret ir-Regoli tal-Proċedura tagħha meta tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex</HT> <HT TYPE="ITALIC">officio</HT> motiv bħal dan, li jirrigwarda preċiżament il-legalità tal-att li hija ntalbet tannulla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Billi qajmet motiv ta’ ordni pubbliku, il-Qorti Ġenerali ma pprovatx issib rimedju għall-insuffiċjenza tar-rikors jew l-argumenti tal-partijiet, iżda sabiex tiżgura l-osservanza ta’ regola li, minħabba l-importanza tagħha, il-partijiet ma jistgħux jiddisponu minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Meta l-qorti tal-Unjoni Ewropea tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> motiv ta’ ordni pubbliku abbażi ta’ difett ta’ motivazzjoni, din tkun eċċezzjoni għall-projbizzjoni li tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT>. B’mod partikolari, dan jista’ jiġi dedott, għall-kuntrarju, mill-punt 12 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19720628">28 ta’ Ġunju 1972</DATE>, <NAME.CASE>Jamet vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>37/71</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1972:57">EU:C:1972:57</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, bl-annullament totali tal-att inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal dik is-sentenza, hija tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> peress li l-motiv dirett kontra dan l-att ma jirrigwardax l-ordni pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ukoll wettqet żball peress li ħaltet l-għanijiet segwiti mill-projbizzjoni li tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> u l-osservanza tar-regoli u tal-prinċipji ta’ ordni pubbliku li wassluha tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> d-difett ta’ motivazzjoni li taffettwa d-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>, huwa fundamentali li l-parti li tressaq ir-rikors promotur għandha tindika s-suġġett tal-kawża u għandha tinkludi espożizzjoni fil-qosor tal-motivi u li din l-indikazzjoni għandha tkun suffiċjentement ċara u preċiża sabiex tippermetti lill-konvenut jipprepara d-difiża tiegħu u lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha. Mill-punti 122 u 123 tas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑281/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:855">EU:C:2013:855</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li dawn il-kundizzjonijiet huma intiżi sabiex jipprevjenu lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> jew li ma tiddeċidix fuq ir-rikors b’xi mod ieħor. Għall-istess raġunijiet, huwa b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali<?PAGE NO="11"?> qieset, fil-punt 91 tas-sentenza appellata, li l-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE> imponew fuqha limiti, peress li dawn tal-aħħar kienu jikkonċernaw lill-appellanti u mhux il-Qorti Ġenerali stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, meta tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> motiv ta’ ordni pubbliku, il-qorti tal-Unjoni għandha tbiddel il-motivi invokati mill-partijiet insostenn tat-talbiet tagħhom u ma tkunx, minħabba dan il-fatt, iktar marbuta bil-limiti imposti mill-osservanza tal-projbizzjoni li tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>L-appellanti tqis li huwa illoġiku li l-Qorti Ġenerali tirreferi għat-talbiet li hija ppreżentat fl-ewwel istanza insostenn tad-deċiżjoni tagħha li tiddeċiedi biss, skont l-osservanza tal-projbizzjoni li tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT>, fuq annullament parzjali tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fuq ir-rikors unikament fuq il-bażi tal-motiv ta’ ordni pubbliku li hija qajmet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. L-appellanti tqis li jidher li huwa diffiċli li wieħed jifhem li, sussegwentement, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tieħu inkunsiderazzjoni t-talbiet ifformulati fir-rikors fl-ewwel istanza, peress li hija ma ddeċidietx fuq il-motivi mressqa insostenn ta’ dawn it-talbiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali dwar id-difetti ta’ motivazzjoni li affettwaw id-deċiżjoni kontenzjuża kienu parzjalment fondati, kif jirriżulta mill-punti 42 u 43 tas-sentenza appellata, fuq in-neċessità li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-proċeduri nazzjonali ulterjuri għal kumpens. Madankollu, ir-riżultat kumplessiv tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali b’risposta għar-rikorsi għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni, imressqa mill-appellanti u mit-trasportaturi l-oħra inkriminati, kellu bħala riżultat globali li joħloq distinzjoni illoġika bejn is-sitwazzjoni tal-appellanti, li bbenefikat biss minn annullament parzjali tad-deċiżjoni kontenzjuża u s-sitwazzjoni ta’ dawn it-trasportaturi l-oħra, li bbenefikaw mill-annullament totali ta’ din id-deċiżjoni, minkejja l-fatt li l-appellanti u l-imsemmija trasportaturi l-oħra kienu eżattament fl-istess sitwazzjoni fir-rigward tar-raġunament essenzjali tal-Qorti Ġenerali. Din id-distinzjoni hija arbitrarja, peress li dawn l-istess trasportaturi l-oħra mhux kollha qajmu, fir-rikorsi tagħhom għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, motiv ibbażat fuq difetti fil-motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>L-appellanti żżid li d-difett ta’ motivazzjoni li jaffettwa d-deċiżjoni kontenzjuża u ddenunzjata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata joħloq diffikultajiet sinjifikattivi fil-proċeduri nazzjonali għal kumpens. Fil-fatt, fid-dawl tal-limitazzjoni tal-portata tal-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża fid-dispożittiv tas-sentenza appellata, din id-deċiżjoni xorta waħda teżisti parzjalment kontra l-appellanti. Issa, minħabba diversi difetti li jaffettwaw l-imsemmija deċiżjoni, u li, skont il-Qorti Ġenerali, kienu suffiċjentement gravi sabiex jikkostitwixxu ksur tar-regoli jew tal-prinċipji ta’ ordni pubbliku, il-qrati nazzjonali jista’ jkollhom diffikultajiet kbar sabiex jiddistingwu b’mod ċar it-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn l-appellanti u l-partijiet l-oħra għad-danni kollha li, skont huma, ġew ikkawżati permezz tal-aġir deskritt f’din l-istess deċiżjoni. Dan jista’ jagħmel ħsara lill-appellanti u potenzjalment ukoll lill-partijiet l-oħra, inklużi lill-partijiet li qed jitolbu d-danni u l-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-appellanti ssostni li l-approċċ tal-Qorti Ġenerali huwa tali li jagħti lok għal tħassib dwar l-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, l-ekonomija tal-proċedura quddiem il-qorti tal-Unjoni u l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Jekk dan l-approċċ ikun ikkonfermat, huwa jinkoraġġixxi lill-appellanti jifformulaw sistematikament, mingħajr ġustifikazzjoni oħra, it-talbiet tagħhom b’mod wiesa’ sabiex ikunu jistgħu jiksbu annullament ta’ portata ikbar f’każ li l-qorti tal-Unjoni tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> motiv ta’ ordni pubbliku. Dan ikun jeħtieġ li l-qorti tal-Unjoni tassumi waħedha r-responsabbiltà sabiex tiddetermina l-portata eżatta tal-annullament. Billi qajmet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> motiv ta’ ordni pubbliku, il-qorti tal-Unjoni ma eżaminatx ġeneralment il-motivi mqajma mill-appellanti. Għalhekk, ikun possibbli li anki rikors vessatorju u manifestament mhux rigoruż jista’ jibbenefika ‑ skont l-approċċ segwit f’dan il-każ mill-Qorti Ġenerali ‑ minn annullament totali sempliċiment għaliex l-appellanti talbitu inizjalment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>L-appellanti ssostni li jekk, f’kawża li tikkonċerna regoli jew prinċipji ta’ ordni pubbliku, il-qorti tal-Unjoni għandha l-libertà li tinjora l-motivi invokati mill-partijiet, hija għandha, ukoll, tkun libera, bl-istess mod, li tinjora t-talbiet tagħhom. Dan għandu neċessarjament isir sabiex id-dispożittiv tad-deċiżjoni tagħha jikkoreġi tali ksur ta’ dawn ir-regoli jew prinċipji ta’ ordni pubbliku. L-interpretazzjoni opposta tkun fiha nnifisha kuntrarja għall-ordni pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat iddeċidiet fil-punt 90 tas-sentenza appellata li huma l-partijiet li għandhom jitolbu t-tibdil tal-motivi tagħhom jew il-konklużjonijiet tagħhom matul il-proċedura, wara li l-Qorti Ġenerali tkun qajmet motiv ta’ ordni pubbliku <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Tali soluzzjoni tkun twassal ukoll biex tpoġġi l-kwistjonijiet ta’ ordni pubbliku fl-idejn ta’ parti waħda biss fil-kawża. Issa, l-osservanza tal-motivi ta’ ordni pubbliku mqajma mill-Qorti Ġenerali ma jistgħux ikunu suġġetti għall-interessi individwali tal-partijiet fil-kawża. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali indikat ukoll, f’dan il-punt 90 li f’kull każ irrifjutat id-dritt tal-appellanti li tipproċedi b’tali emenda, anki jekk kienet għamlet talba formali sabiex tagħmel dan. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kien impossibbli li l-kwistjonijiet ta’ ordni pubbliku identifikati mill-Qorti Ġenerali jkunu riflessi fil-portata tal-annullament espress fid-dispożittiv tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tagħha, l-appellanti ssostni li, anki jekk il-projbizzjoni li tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> għandha tapplika, il-prinċipju superjuri ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif previst fl-Artikolu 47 tal-Karta, jeħtieġ l-annullament totali tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-appellanti irrilevat li, fil-punt 59 tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-<DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE>, A. Menarini Diagnostics S.r.l. c. Italja (CE:ECHR:2011:0927JUD004350908), is-setgħa li tirriforma fil-punti kollha, fil-fatt kif ukoll fid-dritt, id-deċiżjoni mogħtija minn korp inferjuri hija waħda mill-karatteristiċi ta’ korp ġudizzjarju b’ġurisdizzjoni sħiħa. Korp bħal dan għandu b’mod partikolari jkollu l-ġurisdizzjoni li jiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u ta’ dritt li huma rilevanti għall-kawża li għandu quddiemu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punt 136 tas-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>KME Germany <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑389/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:816">EU:C:2011:816</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 47 tal-Karta jeħtieġ <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> stħarriġ sħiħ, fil-liġi u fil-fatt. Mill-punt 67 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Chalkor vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:815">EU:C:2011:815</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li tali stħarriġ jimplika s-setgħa li jiġi annullat l-att ikkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, l-approċċ tal-Qorti Ġenerali huwa iktar sorprendenti peress li hija stess ikkonstatat, b’mod partikolari fil-punti 76 u 79 sa 81 tas-sentenza appellata, diversi ksur konkreti tad-drittijiet tagħha ta’ difiża. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kontenzjuża ttieħdet għall-ispejjeż ta’ ksur ieħor ta’ dawn id-drittijiet, mhux imsemmija speċifikament fis-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, anki jekk l-appell jitqies li huwa ammissibbli, iż-żewġ aggravji tal-appell huma, fi kwalunkwe każ, infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġt aggravji tal-appell, l-appellanti tikkritika, essenzjalment lill-Qorti Ġenerali li kkunsidrat li, minħabba l-projbizzjoni li tipproċedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT>, hija ma setgħetx tagħti deċiżjoni ta’ annullament li jmur lil hinn minn dak li kienet talbet l-appellanti fit-talbiet tar-rikors promotur tagħha, anki jekk tali annullament kien neċessarju sabiex tiġi rrimedjata l-illegalità kkonstatata mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-eżami tagħha ta’ motiv ta’ ordni pubbliku li kienet qajmet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi, peress li l-qorti ma tistax tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> fir-rigward tal-legalità, l-annullament li hija tiddikjara ma jistax imur lil hinn minn dak mitlub mill-appellanti (ara s-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060119">19 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Comunità montana della<?PAGE NO="13"?> Valnerina vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑240/03 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:44">EU:C:2006:44</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990914">14 ta’ Settembru 1999</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/97 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:407">EU:C:1999:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk l-awtorità assoluta ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> li tgawdi minnha sentenza għal annullament ta’ qorti tal-Unjoni hija marbuta kemm mad-dispożittiv tas-sentenza kif ukoll mal-motivi li jikkostitwixxu l-appoġġ neċessarju, hija ma tistax tasal għal annullament ta’ att li ma huwiex riferut għall-kunsiderazzjoni tal-qorti tal-Unjoni iżda li huwa allegat li huwa vvizzjat bl-istess illegalità (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990914">14 ta’ Settembru 1999</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/97 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:407">EU:C:1999:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, deċiżjoni li ma tkunx ġiet ikkontestata mid-destinatarju fit-termini previsti fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE issir finali fir-rigward tiegħu (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990914">14 ta’ Settembru 1999</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/97 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:407">EU:C:1999:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza hija bbażata b’mod partikolari fuq il-kunsiderazzjoni li t-termini sabiex titressaq azzjoni huma intiżi sabiex jiggarantixxu ċ-ċertezza legali, billi jevitaw li atti tal-Unjoni li għandhom effetti legali jitqiegħdu indefinittivament f’dubju, kif ukoll fuq ir-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tal-ekonomija tal-proċedura (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990914">14 ta’ Settembru 1999</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/97 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:407">EU:C:1999:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, u kif essenzjalment irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punti 94 u 97 tal-konklużjonijiet tiegħu, jirriżulta li att, jew il-partijiet ta’ att, fir-rigward ta’ persuna li ma hijiex suġġetta għaċ-ċensura ta’ qorti tal-Unjoni ma jistgħux jiġu annullati minn din il-qorti u għalhekk isiru finali fir-rigward ta’ din il-persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mal-Artikolu 120(c) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u mal-Artikolu 44(1)(c) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, fil-kuntest ta’ rikors indirizzat quddiem il-qrati tal-Unjoni, l-att li bih ir-rikors huwa mressaq għandu jkun fih, b’mod partikolari, is-suġġett tal-kawża, l-espożizzjoni fil-qosor tal-motivi invokati u t-talbiet tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, kif jenfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 84 tal-konklużjonijiet tiegħu, li fis-sistema tal-kontenzjuż tal-legalità quddiem il-qorti tal-Unjoni, huma l-partijiet li għandhom l-inizjattiva tal-proċess u li jiddeterminaw is-suġġett tal-kawża, b’mod partikolari, li jidentifikaw fit-talbiet tagħhom l-att, jew il-parti tal-att li għandhom l-intenzjoni li jissuġġettaw għall-istħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Ċertament, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti tal-Unjoni għandha tqajjem motivi ta’ ordni pubbliku <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091202">2 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Irlanda <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:742">EU:C:2009:742</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Madankollu, kuntrarjament għal dak li tissuġġerixxi l-appellanti, il-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-legalità li tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> motiv ta’ ordni pubbliku bl-ebda mod ma timplika kompetenza li temenda <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> t-talbiet ifformulati mill-appellanti. Fil-fatt, kif jirriżulta, b’mod partikolari, mid-dispożizzjonijiet iċċitati fil-punt 86 ta’ din is-sentenza, jekk il-motivi jikkostitwixxu s-sostenn neċessarju tal-konklużjonijiet li jinsabu f’dan ir-rikors, madankollu huma neċessarjament differenti minn dawk li jiddefinixxu l-limiti tal-kawża rriferuta lill-qorti tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Konsegwentement, jekk, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, meta tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> motiv ta’ ordni pubbliku, li, bħala regola ġenerali, ma kienx ġie invokat mill-partijiet, il-qorti tal-Unjoni ma toħroġx mill-kuntest tal-kawża li għandha quddiemha u bl-ebda mod ma tikser ir-regoli ta’ proċedura dwar<?PAGE NO="14"?> il-preżentazzjoni tas-suġġett tal-kawża u tal-motivi fir-rikors (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091202">2 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Irlanda <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:742">EU:C:2009:742</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ikun mod ieħor jekk, wara l-eżami tal-mertu tal-att ippreżentat għaċ-ċensura, il-qorti tiddikjara, abbażi tal-motiv imqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, annullament li jmur lil hinn minn dak li kien mitlub fit-talbiet magħmula quddiemha, għar-raġuni li tali annullament huwa neċessarju sabiex jikkoreġi l-illegalità kkonstatata <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fil-kuntest tal-imsemmija analiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, kif tfakkar fil-punti 20 u 21 ta’ din is-sentenza, l-appellanti, fit-talbiet fir-rikors promotur quddiem il-Qorti Ġenerali, talbet biss l-annullament parzjali tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 81 sa 90 ta’ din is-sentenza, li huwa mingħajr ma wettqet żball ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 92 tas-sentenza appellata, li hija ma setgħetx tiddikjara l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża ħlief fil-limiti preskritti mit-talbiet tar-rikors promotur u għalhekk, fil-punt 93 ta’ din is-sentenza, hija pproċediet bl-annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni, konformement mal-imsemmija limiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argumenti l-oħra mqajma mill-appellanti insostenn taż-żewġt aggravji tal-appell tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fl-ewwel lok, għandu jiġi miċħud l-argument, imfakkar essenzjalment fil-punt 66 ta’ din is-sentenza, li bih il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, fil-punt 91 tas-sentenza appellata, ibbażat ruħha fuq l-Artikolu 44(1) u fuq l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>. F’dan ir-rigward huwa suffiċjenti li jiġi osservat li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq dawn id-dispożizzjonijiet fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha, li tinsab fil-punti 90 u 91 tas-sentenza appellata, tal-kwistjoni dwar jekk, anki jekk l-appellanti esprimiet impliċitament il-volontà li temenda t-talbiet inizjali tagħha, tali emenda setgħet tiġi aċċettata. Għalhekk, kuntrarjament għal dak li tissuġġerixxi l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ma njoratx il-fatt li l-imsemmija dispożizzjonijiet ma jikkonċernawx il-kwistjoni dwar jekk f’dawk iċ-ċirkustanzi l-Qorti Ġenerali tista’ eventwalment tqajjem motivi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jew temenda l-kapijiet tat-talba bl-istess mod, iżda pjuttost ir-rekwiżiti proċedurali imposti fuq l-appellanti, fil-kuntest ta’ rikors imressaq quddiemha, fir-rigward tal-kontenut tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Peress li dan l-argument huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata, għandu jiġi injorat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi miċħud l-argument, imfakkar essenzjalment fil-punt 70 ta’ din is-sentenza, li bih l-approċċ adottat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata kellu bħala riżultat li joħloq distinzjoni illoġika bejn is-sitwazzjoni tal-appellanti u dik tat-trasportaturi inkriminati li kisbu l-annullament totali tad-deċiżjoni kontenzjuża, sa fejn tikkonċernahom, mingħajr ma invokaw, fir-rikors promotur tagħhom, motiv ibbażat fuq difett ta’ motivazzjoni, bħal dak li ġie rrilevat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-Qorti Ġenerali u li wassal lil din li tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa stabbilit li, kuntrarjament għall-imsemmija trasportaturi l-oħra, l-appellanti talbet biss, fir-rikors promotur tagħha, l-annullament parzjali tad-deċiżjoni kontenzjuża, sa fejn kienet tikkonċernaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Konsegwentement, u peress li, kif jirriżulta mill-punt 85 ta’ din is-sentenza, il-partijiet ta’ att li jikkonċerna persuna li ma humiex suġġetti għaċ-ċensura tal-qorti tal-Unjoni ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ annullament minn din il-qorti u jsiru, għalhekk, finali sa fejn jikkonċernaw l-imsemmija persuna, huwa ġustament li l-Qorti Ġenerali ma ttrattatx bl-istess mod lill-appellanti u t-trasportaturi inkriminati li ressqu r-rikorsi ċċitati fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, fid-dawl tad-differenzi eżistenti bejniethom fir-rigward tal-portata tat-talbiet li kienu ppreżentaw fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li, bħat-trasportaturi inkriminati, l-appellanti bbenefikat mill-motiv mqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-Qorti Ġenerali sa fejn hija kienet irreferiet din id-deċiżjoni għall-istħarriġ tagħha, hija b’mod żbaljat issostni li l-approċċ adottat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata<?PAGE NO="15"?> jċaħħad mill-effett utli tagħha l-kompetenza tal-qorti tal-Unjoni li tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> motivi ta’ ordni pubbliku f’dawn iċ-ċirkustanzi bħal f’dan il-każ. Fil-fatt, minn qari flimkien tal-punti 27 sa 94 tas-sentenza appellata jirriżulta, u barra minn hekk ma huwiex ikkontestat fil-kuntest ta’ dan l-appell, li l-annullament iddikjarat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata huwa bbażat esklużivament fuq l-aċċettazzjoni tal-motiv imqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, u l-motivi mressqa mill-appellanti fir-rikors promotur ma ġewx eżaminati mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argument, espost fil-punt 72 ta’ din is-sentenza, li bih l-approċċ tal-Qorti Ġenerali huwa kuntrarju għall-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq l-ekonomija tal-proċedura, fi kwalunkwe każ, ma jiġġustifikawx in-nuqqas ta’ applikazzjoni, mill-qorti tal-Unjoni, tal-projbizzjoni li tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> għall-unika raġuni li d-deċiżjoni tagħha hija bbażata fuq motiv li hija qajmet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, l-argument imfakkar essenzjalment fil-punti 75 sa 78 ta’ din is-sentenza, li bih id-dritt tal-appellanti għal rimedju effettiv, skont l-Artikolu 47 tal-Karta, ikun miksur jekk ir-raġunament adottat mill-Qorti Ġenerali jiġi kkonfermat, ma jistax jirnexxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Ċertament, mill-punti 76 sa 86 tas-sentenza appellata jirriżulta, u ma huwiex ikkontestat fil-kuntest ta’ dan l-appell, li d-difett ta’ motivazzjoni kkonstatat mill-Qorti Ġenerali f’din is-sentenza kiser id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, sa fejn huwa ma kienx jippermettilha, anki jekk hija kienet għażlet li tressaq rikors quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-deċiżjoni kontenzjuża, li tifhem in-natura u l-portata tal-ksur ikkonstatat f’din id-deċiżjoni, u li dan id-difett ipprevjena lill-Qorti Ġenerali milli teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq dik id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Madankollu, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-assenza ta’ stħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tad-deċiżjoni kontenzjuża kollha kemm hi ma tiksirx il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Chalkor vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑386/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:815">EU:C:2011:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-istħarriġ ta’ legalità previst fl-Artikolu 263 TFUE, ikkompletat bil-ġurisdizzjoni sħiħa fir-rigward tal-ammont tal-multa, prevista fl-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) jimplika li l-qorti tal-Unjoni teżerċita stħarriġ kemm ta’ liġi kif ukoll ta’ fatt u li għandha s-setgħa li tevalwa l-provi, li tannulla d-deċiżjoni kkontestata u li temenda l-ammont tal-multi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Chalkor vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑386/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:815">EU:C:2011:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 142 tal-konklużjonijiet tiegħu, li ma huwiex kontra l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li l-istħarriġ tal-legalità eżerċitat mill-qorti tal-Unjoni jkun limitat mit-talbiet tal-partijiet kif ifformulati fis-sottomissjonijiet bil-miktub tal-proċedura, peress li dan il-prinċipju lanqas ma jeħtieġ li l-qorti għandha testendi l-istħarriġ tagħha għal elementi ta’ deċiżjoni li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kawża li għandha quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fir-rigward taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, jekk kif jirriżulta mill-punt 102 ta’ din is-sentenza, id-difett ta’ motivazzjoni kkonstatat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata pprevjena lill-appellanti milli tidentifika difetti oħra possibbli fid-deċiżjoni kontenzjuża, ma huwiex ikkontestat li l-imsemmi difett ta’ motivazzjoni seta’ ġie identifikat mill-appellanti u din tal-aħħar għalhekk setgħet tinvokah fir-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex titlob l-annullament totali ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn tikkonċernaha, kif għamlu ċerti trasportaturi oħra inkriminati, bħal Air Canada fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Air Canada vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑9/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:994">EU:T:2015:994</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu wkoll jiġi miċħud l-argument, evokat fil-punt 71 ta’ din is-sentenza, li bih jeżistu, f’livell nazzjonali, azzjonijiet għad-danni u interessi kontra l-appellanti li huma bbażati fuq id-deċiżjoni kontenzjuża, li, peress li hija vvizzjata fl-intier tagħha, hija s-sors ta’ diffikultajiet għall-qrati nazzjonali fir-rigward tat-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn l-appellanti u l-partijiet l-oħra għad-danni li, skont huma, ġew ikkawżati permezz tal-aġir li huwa s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 129 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-eventwali impożizzjoni tar-responsabbiltà tal-appellanti fid-dritt nazzjonali għal danni kkawżati mill-aġir antikompetittiv, waħedha, ma jistax ikollha bħal effett li temenda l-kompetenzi tal-qorti tal-Unjoni skont l-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, iż-żewġt aggravji tal-appell huma infondati u għalhekk għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li jiġu eżaminati l-argumenti mressqa mill-Kummissjoni, esposti fil-punti 37 sa 39 ta’ din is-sentenza, ibbażati fuq l-inammissibbiltà tal-appell minħabba n-nonkonformità tiegħu mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-istess japplika għall-oġġezzjonijiet dwar l-ammissibbiltà tar-replika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, dan il-motiv għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Peress li l-appellanti tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż relatati mal-appell, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">British Airways plc hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>