|
14.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 168/137 |
It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Il-mobilizzazzjoni tal-Fondi ta' Solidarjetà tal-UE: Spanja (it-Terremot ta' Lorca) u l-Italja
P7_TA(2011)0549
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (COM(2011)0792 – C7-0424/2011 – 2011/2300(BUD))
2013/C 168 E/23
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0792 – C7-0424/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (1)(Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u l-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0437/2011), |
|
1. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
2. |
Ifakkar li l-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jipprevedi li fejn hemm possibilità ta’ riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis dan meta tkun qed tagħmel il-proposta meħtieġa; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/6/UE.)