15.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/581

tat-13 ta’ Marzu 2023

li taħtar membru u tliet membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Polonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Pollakk,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Ludwik Kajetan WĘGRZYN, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għar-riżenji tas-Sa Elżbieta Anna POLAK u tas-Sur Marek Andrzej TRAMŚ, saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Joachim Michał SMYŁA bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti.

(6)

Il-Gvern Pollakk ippropona lis-Sur Joachim Michał SMYŁA, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Radny Powiatu Lublinieckiego (Membru tal-Kunsill Distrettwali ta’ Lubliniec), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni sat-30 ta’ April 2024, id-data li fiha l-mandat nazzjonali tiegħu ser jintemm skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.

(7)

Il-Gvern Pollakk ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sat-30 ta’ April 2024, id-data li fiha l-mandati nazzjonali rispettivi tagħhom ser jintemmu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli: is-Sur Marcin Artur JABŁOŃSKI, Członek Zarządu Województwa Lubuskiego (Membru tal-Bord tat-Tmexxija ta’ Lubuskie Voivodship), is-Sur Andrzej Antoni PŁONKA, Radny Powiatu Bielskiego (woj. śląskie) (Membru tal-Kunsill Distrettwali ta’ Bielsko (Śląskie Voivodship)), u s-Sa Lucyna Teresa SOKOŁOWSKA, Radna Powiatu Rzeszowskiego (Membru tal-Kunsill Distrettwali ta’ Rzeszów),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni sat-30 ta’ April 2024:

(a)

bħala membru:

—

is-Sur Joachim Michał SMYŁA, Radny Powiatu Lublinieckiego (Membru tal-Kunsill Distrettwali ta’ Lubliniec),

u

(b)

bħala membri supplenti:

—

is-Sur Marcin Artur JABŁOŃSKI, Członek Zarządu Województwa Lubuskiego (Membru tal-Bord tat-Tmexxija ta’ Lubuskie Voivodship),

—

is-Sur Andrzej Antoni PŁONKA, Radny Powiatu Bielskiego (woj. śląskie) (Membru tal-Kunsill Distrettwali ta’ Bielsko (Śląskie Voivodship)),

—

is-Sa Lucyna Teresa SOKOŁOWSKA, Radna Powiatu Rzeszowskiego (Membru tal-Kunsill Distrettwali ta’ Rzeszów).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PEHRSON


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).