2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

89


REGOLAMENT KUMMISSJONI (KE) Nru 1453/2005

tas-6 ta' Settembru 2005

jemenda Anness II ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 872/2004 li jirrigwardja iktar miżuri ristrettivi fil-konfront tal-Liberja

KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 872/2004 li jirrigwardja iktar miżuri ristrettivi fil-konfront tal-Liberja (1), u in partikolari Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Anness II tar-Regolament (KE) Nru. 872/2004 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li ġew mogħtija lilhom funzjonjiet speċifiċi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tar-Regolament.

(2)

Il-Litwanja, l-Olanda u l-Iżvezja talbu li d-dettalji tal-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikun mibdul;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Anness II tar-Regolament (KE) Nru. 872/2004 qiegħed jiġi emendat inkonformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Settembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni


(1)   ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32. Regolament li ġie emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru. 874/2005 (ĠU L 146, 10.6.2005, p. 5).


ANNESS

Anness II tar-Regolament (KE) Nru. 872/2004 jiġi emendat kif ġej:

(1)

Id-dettalji ta' l-indirizz taħt l-intestatura “il-Litwanja” ħandhom ikunu sostitwiti minn

“Ministry of Foreign Affairs

Security Policy Department

J. Tumo-Vaizganto 2

LT-01511 Vilnius

Tel.: +370 5 236 2516

Fax: +370 5 231 3090”

(2)

Id-dettalji ta' l-indirizz taħt l-intestatura “l-Olanda” għandhom ikunu sostitwiti minn:

“Ministerie van Financiën

Directie Financiële Markten/Afdeling Integriteit

Postbus 20201

2500 EE Den Haag

The Netherlands

Tel.: (31-70) 342 8997

Fax: (31-70) 342 7984”

(3)

Id-dettalji ta' l-indirizz taħt l-intestatura “l-Iżvezja” ħandhom ikunu sostitwiti minn:

“Articles 3, 4 and 5:

Försäkringskassan

SE-103 51 Stockholm

Tfn (46-8) 786 90 00

Tfn (46-8) 411 27 89

Articles 7 and 8:

Finansinspektionen

Box 6750

SE-113 85 Stockholm

Tfn (46-8) 787 80 00

Tfn (46-8) 24 13 35”