Proposta għal regolament tal-Kunsill li jiċċara l-ambitu tad-dazji definittivi ta' anti-dumping imposti mir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 dwar importazzjonijiet ta’ salamun ta’ trobbija li joriġina fin-Norveġja /* KUMM/2009/0130 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 20.3.2009 KUMM(2009) 130 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jiċċara l-ambitu tad-dazji definittivi ta' anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 dwar importazzjonijiet ta’ salamun ta’ trobbija li joriġina fin-Norveġja MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 (“ir-Regolament bażiku”) fil-proċedimenti anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ salamun tat-trobbija li joriġina min-Norveġja. | Il-kuntest ġenerali Din il-proposta hi magħmula fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hi r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet f’konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 tas-17 ta' Jannar 2006 dwar l-importazzjonijiet ta' salamun tat-trobbija li joriġina fin-Norveġja li jimponi dazju definittiv anti-dumping dwar importazzjonijiet ta' salamun tat-trobbija li joriġina fin-Norveġja imħassar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 685/2008 tas-17 ta' Lulju 2008. | Il-konsistenza mal-politiki u mal-għanijiet l-oħrajn tal-Unjoni Mhux applikabbli. | IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT | Konsultazzjoni ta’ partijiet interessati | Il-partijiet interessati milquta mill-proċedura kellhom diġa l-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. | Ġbir u użu ta' għarfien espert | Ma kien hemm ebda ħtieġa għal għarfien espert estern. | Il-valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta hi r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. | L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | Sinteżi tal-azzjoni proposta Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 tas-17 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill impona dazju definittiv anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ salamun ta’ trobbija li joriġina fin-Norveġja. Il-Qorti Amministrattiva ta’ Tallinn għamlet talba lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea għal deċiżjoni preliminari dwar il-kwistjoni jekk ix-xewk tad-dahar tas-salamun (ix-xewk bil-laħam miegħu) meta ffriżat jaqax taħt xi wieħed mill-kodiċijiet TARIC imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament imsemmi fuq, u dwar il-kwistjoni sussegwenti dwar l-implikazzjonijiet ta' din il-klassifika għall-miżuri anti-dumping. L-Artikolu 1 tal-istess Regolament jimponi miżuri f’livelli differenti skont il-preżentazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Waħda minn dawn il-preżentazzjonijiet hija "salamun ieħor tat-trobbija (inkluż dak imnaddaf minn ġewwa, bir-ras maqtugħa), frisk, imkessaħ jew iffriżat". Fit-18 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess fetħet reviżjoni interim tal-miżuri t’hawn fuq skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku bl-għan li jiġi ċċarat l-ambitu tal-prodott. L-investigazzjoni wriet li x-xewk tad-dahar tas-salamun sew jekk iffriżat, frisk jew imkessaħ m'għandux l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi, u ma jkollux l-istess użi aħħarija bażiċi bħala "salamun ieħor tat-trobbija (inkluż dak imnaddaf minn ġewwa, bir-ras maqtugħa), frisk, imkessaħ jew iffriżat". Dawn m'humiex interkambjabbli u ma jikkompetux kontra xulxin fis-suq Komunitarju. Għaldaqstant, qed jiġi ssuġġerit li l-Kunsill jadotta l-proposta annessa għal Regolament, sabiex jiċċara d-definizzjoni tal-prodotti fir-Regolament li jimponi miżuri definittivi anti-dumping billi jispeċifika li xewk tad-dahar tas-salamun sew jekk iffriżat, frisk jew imkessaħ mhux soġġett għall-miżuri. | Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005. | Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. | Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet: | Il-forma ta’ azzjoni hi deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma jibqa’ ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. | Mhijiex applikabbli indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini jiġi mminimizzat u proporzjonat għall-objettiv tal-proposta. | L-għażla tal-istrumenti | Strumenti proposti: regolament. | Miżuri oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni(jiet) li ġejjin. Ir-Regolament bażiku msemmi fuq ma jipprevedix għażliet oħra. | IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT | Il-proposta għandha x'aktarx implikazzjonijiet negattivi għall-baġit Komunitarju. | Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jiċċara l-ambitu tad-dazji definittivi ta' anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 dwar importazzjonijiet ta’ salamun ta’ trobbija li joriġina fin-Norveġja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (‘ir-Regolament bażiku’),[1] u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. PROĊEDURA 1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri anti-dumping (1) Wara l-bidu ta' investigazzjoni anti-dumping f'Ottubru 2004[2], il-Kummissjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 628/2005[3] imponiet dazji provviżorji anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' salamun tat-trobbija li joriġina fin-Norveġja fil-forma ta' dazju ad valorem . (2) Fl-1 ta’ Lulju 2005, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1010/2005[4], il-Kummissjoni emendat il-forma tad-dazji proviżorji għal prezz minimu ta' importazzjoni ( "PMI"). (3) Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006[5] il-Kunsill impona dazju definittiv anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ salamun tat-trobbija li joriġina fin-Norveġja (l-"investigazzjoni oriġinali" u "Regolament definittiv") Id-dazju definittiv kien impost f’forma ta’ PMI. (4) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 685/2008[6], wara reviżjoni interim limitata fl-ambitu tal-aspetti ta’ dumping bl-għan li jivvaluta l-ħtieġa għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emendar tal-miżuri eżistenti, il-Kunsill ħassar il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament definittiv. 2. Bidu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni (5) Reviżjoni interim parzjali kienet mibdija fuq inizjattiva tal-Kummissjoni stess wara li l-Qorti Amministrattiva ta' Tallinn għamlet talba lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea għal deċiżjoni preliminari dwar il-kwistjoni jekk ix-xewk tad-dahar tas-salamun (ix-xewk bil-laħam miegħu) meta ffriżat ("xewka tad-dahar tas-salamun") jaqax taħt waħda mill-kodiċi Taric imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv. L-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv jimponi miżuri f’livelli differenti skont il-preżentazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Waħda minn dawn il-preżentazzjonijiet hija "Ieħor (inkluż dak imnaddaf minn ġewwa, bir-ras maqtugħa), frisk, imkessaħ jew iffriżat". (6) Għalhekk, kien ikkunsidrat xieraq li jiġi eżaminat jekk ix-xewk tad-dahar ffriżat tas-salamun jaqax fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, u b'mod partikolari fi ħdan il-preżentazzjoni msemmija hawn fuq, bil-konklużjoni dwarha possibbilment b'effett retroattiv sa mid-data tal-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping rilevanti. (7) Il-Kummissjoni, wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, ħabbret permezz ta' avviż ('l-avviż ta' inizjazzjoni') ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [7] il-bidu ta' reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, li l-iskop tagħha huwa limitat għall-eżaminar tal-ambitu tal-prodott. B. INVESTIGAZZJONI PREŻENTI (8) Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bil-bidu tal-investigazzjoni lill-awtoritajiet tan-Norveġja, l-assoċjazzjoni ta’ produtturi Norveġiżi, l-importaturi magħrufa fil-Komunità, utenti magħrufa fil-Komunità, l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi fil-Komunità u produtturi oħra magħrufa fil-Komunità. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż ta’ tnedija. (9) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet li taf li huma konċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li mmanifestaw ruħhom fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu. (10) Fid-dawl tal-ambitu tar-reviżjoni parzjali, ma ġie stabbilit l-ebda perjodu ta' investigazzjoni għall-iskop ta' din ir-reviżjoni parzjali. It-tagħrif li wasal fir-risposti tal-kwestjonarji kopra l-perjodu mill-2005 sal-2007 (il-perjodu meqjus). Għall-perjodu meqjus, ġie mitlub tagħrif dwar xiri tal-volumi, volumi tal-bejgħ u valur. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati ntalbu jikkummentaw dwar xi differenzi jew similaritajiet li hemm bejn ix-xewk tad-dahar tas-salamun u s-salamun tat-trobbija fir-rigward tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew karatteristiċi bijoloġiċi, l-użu aħħari, l-interkambjabbiltà u l-kompetizzjoni ma' xulxin. (11) Żewġ importaturi fil-Komunità u l-assoċjazzjoni tal-produtturi Norveġiżi kkooperaw fl-investigazzjoni preżenti, u ssottomettew l-informazzjoni bażika msemmija hawn fuq.Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat kull informazzjoni meqjusa neċessarja għall-għan tal-kjarifika tal-ambitu tal-miżuri anti-dumping eżistenti u wettqet investigazzjonijiet fil-bini tal-importaturi li ġejjin:- Nereus AS, Pärnu, Estonja- Pärlitigu OÜ, Tallinn, EstonjaSaret żjara wkoll lill-proċessur tax-xewk tad-dahar tas-salamun li ġej:- Korvekula Kalatoostuse, Tartu, Estonja (12) Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom intlaħqu l-konklużjonijiet preżenti. Skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ingħataw perjodu li matulu jistgħu jressqu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Il-kummenti orali u miktuba sottomessi min-naħa tal-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u, fejn dan kien f'loku, il-konklużjonjiet ġew modifikati skont dan. C. PRODOTT IKKONĊERNAT (13) Il-prodott eżaminat hu l-istess bħal dak tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri salamun tat-trobbija (aktar milli dak li jgħix fl-ambjent naturali), kemm bix-xewk jew mingħajru, frisk, imkessaħ jew iffriżat li joriġina fin-Norveġja (il-prodott ikkonċernat). Id-definizzjoni tinkludi prodotti oħra ta’ ħut tat-trobbija bħat-trota (salamun) kbira, il-bijomassa (salamun ħaj) kif ukoll is-salamun li jgħix fi stat naturali u tipi oħra pproċessati bħas-salamun affumikat. (14) Il-prodott attwalment hu kklassifikat fil-kodiċijiet tan-NM ex 0302 12 00, ex 0303 11 00, ex 0303 19 00, ex 0303 22 00, ex 0304 19 13 u ex 0304 29 13 li jikkorrispondu mal-preżentazzjonijiet differenti tal-prodott (ħut frisk jew imkessaħ, fletti friski jew imkessħa, ħut iffriżat u fletti ffriżati). D. RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI 1. Metodoloġija (15) Sabiex jiġi evalwat jekk ix-xewk tad-dahar tas-salamun għandux jaqa' fl-ambitu tal-prodott tal-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv, ġie eżaminat jekk ix-xewk tad-dahar tas-salamun u salamun tat-trobbija jaqsmux l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u / jew bijoloġiċi u użi aħħarija. F'dan ir-rigward, l-interkambjabbiltà u l-kompetizzjoni bejn ix-xewk tad-dahar tas-salamun u salamun tat-trobbija ieħor fil-Komunità ġew evalwati wkoll. 2. Karatteristiċi fiżiċi bażiċi (16) Ix-xewka tad-dahar tas-salamun, li normalment tiżen madwar 10% ta' ħuta sħiħa, hija prodott sekondarju li jirriżulta mill-proċess tal-iffilettjar tas-salamun. Wara l-operazzjonijiet tat-tindif minn ġewwa u l-qtugħ tar-ras, il-fletti huma miksuba mit-tqattigħ tas-salamun fi tliet biċċiet separati: żewġ fletti u x-xewka tad-dahar li magħha jkun hemm imwaħħal xi ftit tal-laħam. Livell ogħla ta' qtugħ jista' jinkiseb bit-twettiq ta' ħidma oħra bħat-tneħħija tax-xewk ta' wara, ix-xewka tal-għonq, ix-xewka "pin", il-"belly flaps" u l-ġilda. (17) L-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv jirreferi għal diversi tipi ta' preżentazzjoni ta' salamun tat-trobbija, inklużi ħut sħiħ, ħut sħiħ imnaddaf bir-ras u fletti f'preżentazzjonijiet differenti (piż, bil-ġilda jew mingħajrha). (18) M'hemm l-ebda dubju li x-xewk tad-dahar tas-salamun ma jaqax fit-tipi ta' preżentazzjoni li jirreferu għall-ħut sħiħ, imnaddaf bir-ras, imnaddaf bir-ras maqtugħa, jew xi wieħed mit-tipi ta' preżentazzjoni li jirreferu għal fletti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv. Tabilħaqq, safejn dawn it-tipi ta' preżentazzjoni huma kkonċernati, ix-xewk tad-dahar tas-salamun huwa distint b'mod ċar u b'mod faċli minħabba li għandu, kif spjegat hawn taħt, karatteristiċi fiżiċi ċari differenti. (19) Id-domanda tqum jekk ix-xewk tad-dahar tas-salamun jaqax fil-kategorija "Oħrajn" fl-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv, li tinkludi salamun imnaddaf bir-ras maqtugħa (frisk, imkessaħ jew iffriżat) iżda mhux esklussivament riservata għal dan it-tip ta' preżentazzjoni. (20) F'dan il-rigward, kien ikkunsidrat li r-Regolament iddistingwa biss bejn żewġ tipi ta' prodotti; jiġifieri salamun iffillettjat jew mhux iffillettjat, fejn tal-aħħar tirreferi għas-salamun sħiħ. Dan jirriżulta mill-investigazzjoni oriġinali fejn l-informazzjoni miġbura kienet tikkonċerna biss il-ħut sħiħ u l-fletti, iżda mhux partijiet oħra tal-ħut, jiġifieri l-P.M.I. applikabbli ġew ikkalkulati fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni biss. Għalhekk, jidher li għalkemm ix-xewk tad-dahar tas-salamun ma kienx espliċitament eskluż, l-investigazzjoni f'dak iż-żmien ma kellhiex fil-mira tagħha x-xewk tad-dahar. (21) Kif imsemmi fuq, xi ftit laħam ikun għadu mwaħħal max-xewka tad-dahar u parti minn dan il-laħam huwa wkoll destinat għall-konsum uman. Madankollu, ix-xewk tad-dahar, kif issuġġerit mill-isem, huwa prinċipalment ikkaratterizzat mill-għadam waqt li s-salamun tat-trobbija, sew jekk iffillettjat kif ukoll jekk mhux, huwa kkaratterizzat prinċipalment mill-laħam Tabilħaqq, ix-xewka tad-dahar tas-salamun tirrappreżenta madwar l-10% tal-piż sħiħ tas- salamun, u l-laħam fuq ix-xewka tad-dahar jirrappreżenta bejn il-25% u l-40% tal-piż tax-xewka tad-dahar. B'hekk il-laħam imwaħħal max-xewka tad-dahar jirrappreżenta biss it-2,5% sal-4% tal-piż sħiħ tal-ħuta filwaqt li laħam tas-salamun tal-ħuta kollha igħodd għal aktar minn 65% tal-piż sħiħ tal-ħuta. (22) Għalhekk, ġie konkluż li x-xewk tad-dahar tas-salamun u salamun tat-trobbija kif definit mir-Regolament definittiv ma jaqsmux l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi. 3. L-użi aħħarija bażiċi u l-interkambjabbiltà (23) L-investigazzjoni wriet ukoll li s-salamun tat-trobbija kif definit fir-Regolament definittiv għandu diversi użi ta' kwalità għolja. Tabilħaqq dan il-prodott jitqiegħed fis-suq fi preżentazzjoni imnaddfa bir-ras/bir-ras maqtugħa, bħala flett, stejk jew ikun iffillettjat qabel ma jkun affumikat jew immarinat. Prodotti bħal dawn huma normalment mibjugħa fis-supermarkits jew ipproċessati iktar u offruti fir-restoranti jew ħwienet speċjalizzati. Minħabba l-livell tal-prezz, huma jiġu mxandra bħala prodotti ta' kwalità għolja u jistgħu jitqiesu bħala prodotti ta' lussu sekondarju. (24) Ħafna drabi x-xewk tad-dahar tas-salamun hu meqjus bħala skart u mneħħi matul il-proċess tal-iffillettjar. Meta x-xewk tad-dahar tas-salamun ma jiġix mormi fil-post fejn isir l-iffillettjar, fil-parti l-kbira tiegħu jiġi mibjugħ bħala prodott ta' kwalità baxxa u użat prinċipalment fl-għalf tal-annimali kif ukoll bħala ingredjenti fis-sopop, "patties" tal-ħamburger u "pâtés". F'ċerti każi limitati biss, ix-xewk tad-dahar tas-salamun jiġi wkoll affumikat u mibjugħ bħala tali (jiġifieri mingħajr it-tneħħija tal-laħam minn qabel) għall-konsum uman. Madankollu il-laħam affumikat fuq ix-xewka tad-dahar ikun aktar limitat fil-piż. (25) L-informazzjoni miġbura turi li x-xewk tad-dahar tas-salamun jiġi mogħti l-prezz fuq livell ħafna aktar baxx minn salamun tat-trobbija. Filwaqt li s-salamun tat-trobbija qatt ma kien importat b'inqas minn 2.88 € / kg matul il-perjodu ta' Jannar 2006 sa Lulju 2008, ix-xewk tad-dahar tas-salamun kien importat f'medja ta' 0.50 € / kg fl-istess perjodu. Għandu jiġi osservat ukoll li waqt li l-prezz tas-salamun tat-trobbija varja b'mod sinifikanti fil-perjodu msemmi hawn fuq, l-evoluzzjoni tal-prezz għax-xewk tad-dahar tas-salamun kienet waħda fissa. (26) Minħabba dan, ġie konkluż li ż-żewġ prodotti m'għandhomx l-istess użi aħħarija bażiċi u huma mmirati lejn swieq differenti. Filwaqt li s-salamun tat-trobbija huwa prodott ta' kwalità għolja, ix-xewk tad-dahar tas-salamun huwa prodott derivat mis-salamun iddestinat għal suq ta' kwalità baxxa u użat prinċipalment bħala ingredjent fl-għalf tal-annimali jew fl-industrija tal-ipproċessar tal-ikel. (27) Minn dan kollu jirriżulta li s-salamun tat-trobbija u x-xewk tad-dahar tas-salamun m'għandhomx l-istess użi aħħarija bażiċi u m'humiex interkambjabbli. E. KONKLUŻJONIJIET DWAR L-AMBITU TAL-PRODOTT (28) Il-sejbiet ta' hawn fuq juru li x-xewk tad-dahar tas-salamun u s-salamun tat-trobbija kif definiti fir-Regolament Definittiv ma jaqsmux l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u m'għandhomx l-istess użi aħħarija bażiċi. Dawn m'humiex interkambjabbli u ma jikkompetux kontra xulxin fis-suq Komunitarju. Abbażi ta' dan, huwa konkluż li x-xewk tad-dahar tas-salamun u s-salamun tat-trobbija kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv huma żewġ prodotti differenti. Peress li x-xewk tad-dahar tas-salamun ma jaqax fl-ambitu tal-investigazzjoni oriġinali d-dazju anti-dumping ma kellux jiġi applikat għall-importazzjonijiet tax-xewk tad-dahar tas-salamun. (29) Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, l-ambitu tal-miżuri eżistenti għandu jiġi ċċarat permezz ta' emenda lir-Regolament definittiv. F. APPLIKAZZJONI RETROATTIVA (30) Billi din l-investigazzjoni tar-reviżjoni hija limitata għall-kjarifika tal-ambitu tal-prodott, u billi x-xewk tad-dahar tas-salamun ma kienx kopert mill-investigazzjoni oriġinali u mill-miżura anti-dumping konsegwenti, huwa meqjus xieraq li l-konklużjonijiet jibdew japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament definittiv, inkluż kull importazzjoni suġġetta għal dazji proviżorji. (31) Konsegwentement, id-dazji proviżorji miġbura definittivament u d-dazji definittivi anti-dumping imħallsa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 dwar importazzjonijiet ta' xewk tad-dahar tas-salamun fil-Komunità għandhom jiġu rimborsati jew remissi. Il-ħlas lura jew ir-remissjoni għandhom jintalbu mill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġiżlazzjoni doganali nazzjonali applikabbli. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 huwa b'dan mibdul b'li ġej: “1. Dazju definittiv tal-anti-dumping qiegħed jiġi impost hawnhekk fuq l-importazzjonijiet ta' salamun tat-trobbija (li mhux selvaġġ), disponibbli jew le bħala flett, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 0302 12 00, ex 0303 11 00, ex 0303 19 00, ex 0303 22 00, ex 0304 10 13 u ex 0304 20 13 (minn hawn ’il quddiem salamun tat-trobbija) li joriġina min-Norveġja. Ix-xewk tad-dahar tas-salamun, kompost minn xewka tad-dahar parzjalment mgħottija bil-laħam, peress li hu prodott sekondarju tal-industrija tas-sajd li jista' jittiekel, u li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 12 00, ex 0303 11 00, ex 0303 19 00, ex 0303 22 00, m'għandux ikun kopert mid-dazju definittiv anti-dumping bil-kundizzjoni li l-laħam mehmuż max-xewka tad-dahar jirrappreżenta mhux aktar minn 40% tal-piż tax-xewka tad-dahar tas-salamun. Artikolu 2 Għal oġġetti mhux koperti bl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 85/2006 kif emendat minn dan ir-Regolament, id-dazji anti-dumping definittivi imħallsa jew imdaħħla fil-kontijiet skont l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 85/2006 fil-verżjoni inizjali tiegħu u d-dazji proviżorji anti-dumping miġbura b'mod definittiv skont l-Artikolu 2 tal-istess Regolament għandhom jitħallsu lura jew jitnaqqsu. Il-ħlas lura u r-remissjoni għandhom jintalbu mill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. F'każijiet debitament ġustifikati, il-limitu ta' żmien ta' tliet snin previst fl-Artikolu 236(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità[8] għandu jiġi estiż għal perjodu ta' sentejn. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jiskadi fil-21 ta' Jannar 2006. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] [1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. [2] ĠU C 261, 23.10.2004, p. 8. [3] ĠU L 104, 23.4.2005, p. 5 [4] ĠU L 170, 1.7.2005, p. 32 [5] ĠU L 15, 20.1.2006, p. 1. [6] ĠU L 192, 19.7.2008, p. 5. [7] ĠU C 181, 18.7.2008, p. 25. [8] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.