European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2929

28.11.2024

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2929

tas-27 ta’ Novembru 2024

li jikkoreġi l-verżjoni bil-Franċiż tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli tal-konċentrazzjoni ta’ xi sustanzi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-Franċiż tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fiha żbalji fir-rigward tal-livelli tal-konċentrazzjoni ta’ xi sustanzi, fit-tabella fl-Anness XVII, minn naħa fl-entrata 68, it-tieni kolonna, il-punt (2), it-tieni subparagrafu, il-punt (10), l-ewwel u t-tieni sentenza, u l-punt (11), l-ewwel sentenza, u min-naħa l-oħra fl-entrata 73, it-tieni kolonna, il-punti (1) u (4). L-iżbalji jaffettwaw is-sustanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

(2)

Għalhekk jenħtieġ li l-verżjoni bil-Franċiż tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Dawk l-iżbalji ddaħħlu f’żewġ atti tal-Kummissjoni, ir-Regolament (UE) 2019/957 (2) u r-Regolament (UE) 2021/1297 (3). Għalhekk, abbażi tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 biex temenda dak ir-Regolament, il-Kummissjoni qed tadotta dan l-att ta’ korrezzjoni.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/957 u tar-Regolament (UE) 2021/1297,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/957 tal-11 ta’ Ġunju 2019 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tat-(3,3,4,4,5,5,6,6,7,7,8,8,8-tridekafluworoottil) silanetrijol u TDFAs (ĠU L 154, 12.6.2019, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/957/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1297 tal-4 ta’ Awwissu 2021 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidi perfluworokarbossiliċi li fihom minn 9 sa 14-il atomu tal-karbonju fil-katina (C9-C14 PFCAs), l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs (ĠU L 282, 5.8.2021, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1297/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2929/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)