Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea /* JOIN/2013/025 final - 2013/0230 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007
tas-27 ta’ Marzu 2007 jagħti effett lill-miżuri
previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK
tat-22 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi
kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ("il-Korea ta’
Fuq"). Fit-22 ta’ April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni
2013/183/PESK li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni
2010/800/PESK. (2)
Skont id-Deċiżjoni 2013/183/PESK l-Unjoni
għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti
rilevanti li għandhom ikunu inklużi fil-listi ta’ prodotti msemmija
fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament 329/2007. Il-lista, li tidher fl-Anness Ia ta'
dak ir-Regolament, għandha tiżdied biex tinkludi aktar oġġetti. (3)
Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet
Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni għandhom għalhekk
jipproponu li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 kif
xieraq. 2013/0230 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007
dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu
tal-Korea IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara
li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari
l-Artikolu 215(1), tiegħu, Wara li kkunsidra
d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi
kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar
id-Deċiżjoni 2010/800/PESK[1]. Wara li kkunsidra
l-proposta konġunta tar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni
għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) L-Anness I tar-Regolament
(KE) Nru 329/2007 jelenka l-affarijiet, il-materjali, it-tagħmir,
il-prodotti u t-teknoloġija kollha, inkluż softwer, li huma prodotti
jew teknoloġija b’użu doppju kif definit fir-Regolament (KE) Nru 428/2009
tal-5 ta’ Mejju 2009[2]
li huma pprojbiti milli jinbiegħu, jiġu fornuti, ittrasferiti jew
esportati, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Repubblika Demokratika
Popolari tal-Korea ('il-Korea ta' Fuq') jew biex jintużaw hemm,
f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 329/2007. (2) L-Anness Ia jelenka
oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija
oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’
Fuq marbuta mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’
missili ballistiċi li wkoll huma pprojbiti milli jinbiegħu, jiġu
fornuti, ittrasferiti jew esportati. Huwa l-kompitu tal-Unjoni li tieħu
l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti
rilevanti li għandhom jiġu inklużi f’dak l-Anness. (3) Il-lista
tal-oġġetti fl-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 329/2007
għandha tiġi emendata biex tiżdied il-lista
tal-oġġetti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. (4) Ir-Regolament (UE)
Nru 329/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament
Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej: L-Anness Ia tar-Regolament (UE)
Nru 329/2007 huwa emendat skont it-test li jidher fl-Anness ta’ dan
ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum
tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS L-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru
329/2007 huwa emendat kif ġej: (1)
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom
jiddaħħlu wara l-annotazzjoni I.A1.024: “IA.A1.025 || Liegi tat-Tantalum, minbarra dawk speċifikati f’1C002 u 1C202. || 1C002 1C202 IA.A1.026 || Żirkonju u liegi taż-żirkonju, minbarra dawk speċifikati f’1C011, 1C111 u 1C234. || 1C011 1C111 1C234 I.A1.027 || Materjali splussivi minbarra dawk speċifikati f’1C239 fil-lista ta’ tagħmir militari, jew materjali jew taħlitiet li aktar minn 2 % tal-piż tagħhom huwa tali materjal splussivi, b’densità kristallina ogħla minn 1,5 g/cm3 u li għandhom veloċità ta’ detonazzjoni ogħla minn 5 000 m/s.” || 1C239” (2)
L-annotazzjoni I.A2.002 għandha tiġi
ssostitwita b'dan li ġej: “I.A2.002 || Għodda tal-magni, minbarra dawk speċifikati f’2B001 jew 2B201 u kwalunkwe taħlita tagħhom, għat-tneħħija (jew il-qtugħ) ta’ metalli, ċeramika jew “kompożiti” li, skont l-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b’apparat elettroniku għall-“kontroll numeriku”, li jkollhom preċiżjoni ta’ pożizzjonar ta’ daqs jew inqas (aħjar) minn 30 μm skont ISO 230/2 (1988) (1) jew ekwivalenzi nazzjonali fuq kwalunkwe assi lineari. || 2B001 2B201” (3)
L-annotazzjoni li ġejja għandha
tiddaħħal wara l-annotazzjoni I.A6.012: “IA.A6.013 || Lejżers, minbarra dawk speċifikati f’6A005 u 6A205. || 6A005 6A205” [1] ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52. [2] ĠU L 134, 29.5.2009, p1.