|
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 240/81 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 214/2020
tal-11 ta’ Diċembru 2020
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2016]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 31bd (ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat minn:
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattament li ġej: Il-paragrafi minn 2 sa 6 tal-Artikolu 10 u l-punt (b) tal-Artikolu 13(1) ma għandhomx japplikaw għal maniġers eżistenti fir-rigward ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti eżistenti matul it-termini ta’ dawk il-fondi fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 214/2020 tal-11 ta’ Diċembru 2020. Dawk il-maniġers għandhom jiżguraw li huma jkunu kapaċi jiġġustifikaw, fi kwalunkwe ħin, is-suffiċjenza tal-fondi tagħhom stess biex iżommu kontinwità operattiva.” |
|
2. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 31be (ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat minn:
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw skont l-adattamenti li ġejjin: Il-paragrafi minn 2 sa 6 tal-Artikolu 11 l-punt (b) tal-Artikolu 14(1) ma għandhomx japplikaw għal maniġers eżistenti fir-rigward ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti eżistenti matul it-termini ta’ dawk il-fondi fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 214/2020 tal-11 ta’ Diċembru 2020. Dawk il-maniġers għandhom jiżguraw li huma jkunu kapaċi jiġġustifikaw, fi kwalunkwe ħin, is-suffiċjenza tal-fondi tagħhom stess biex iżommu kontinwità operattiva.” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2017/1991 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Sabine MONAUNI
(1) ĠU L 293, 10.11.2017, p. 1.
(*1) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.