4.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10745 — EMIL FREY / FCA CENTRAL AND EASTERN EUROPE / FIAT CHRYSLER AUTOMOBILES CR / FIAT CHRYSLER AUTOMOBILES SR)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 255/09)

1.   

Fis-27 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Emil Frey Automobil s.r.o (is-Slovakkja), (ii) Emil Frey Automobil s.r.o. (ir-Repubblika Ċeka) u (iii) Emil Frey Automobil Holding Kft. (l-Ungerija), kollha kkontrollati minn Emil Frey Holding AG (l-Iżvizzera). Emil Frey Holding AG u s-sussidjarji tagħha flimkien jikkostitwixxu l-Emil Frey Group (“Emil Frey Group”),

—

Fiat Chrysler Automobiles SR, s.r.o. (is-Slovakkja) (ii) Fiat Chrysler Automobiles ČR s.r.o. (ir-Repubblika Ċeka), (iii) FCA Central and Eastern Europe Ltd (l-Ungerija) (flimkien il-“Kumpaniji fil-Mira”), ikkontrollata minn FCA Italy S.p.A., li tappartjeni għall-grupp Stellantis.

Emil Frey Group jikseb, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-Kumpaniji fil-Mira kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Emil Frey Group huwa fuq quddiemnett fid-dinja fid-distribuzzjoni tal-karozzi. Emil Frey diġà huwa importatur u distributur tal-marki tad-ditta Stellantis Citroën, DS, Peugeot, Opel fir-Repubblika Ċeka u fis-Slovakkja u tal-marki Stellantis Citroën, Peugeot, u DS fl-Ungerija,

—

In-negozju ewlieni tal-Kumpaniji fil-Mira huwa d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ vetturi ġodda, aċċessorji, partijiet tal-bdil u appoġġ ta’ wara l-bejgħ tal-marki tad-ditta Stellantis Alfa Romeo, Fiat, Fiat Professional (LCVs), Jeep u Abarth fir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u s-Slovakkja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10745 – EMIL FREY / FCA CENTRAL AND EASTERN EUROPE / FIAT CHRYSLER AUTOMOBILES CR / FIAT CHRYSLER AUTOMOBILES SR

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).