<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-272/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0272</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:562">EU:C:2018:562</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Campos Sánchez -Bordona — Kawża C-272/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Zyla</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez-Bordona</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20180711">11 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-272/17</HT></P><P>K.M. Zyla</P><P>bl-intervent ta’:</P><P>Staatssecretaris van Financiën</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Domanda preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Trattament ugwali</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq id-dħul</KEYWORD><KEYWORD>Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tat-taxxa u tal-kontribuzzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiem li jbiddel il-post ta’ residenza tiegħu matul is-sena kalendarja</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> skont il-perijodu assigurat</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-moviment liberu tal-ħaddiema, li huwa mħares fl-Artikolu 45 tat-Trattat FUE, jipprekludi miżuri li l-effett tagħhom ikun li jiskoraġġixxi liċ-ċittadini li jkunu jridu jitilqu mill-Istat ta’ oriġini tagħhom biex jaħdmu fi Stat Membru ieħor. Dan jipproteġi wkoll lil min, wara li jkun ħadem bi ħlas bħala impjegat fil-pajjiż fejn ikun mar, imur lura fl-Istat ta’ oriġini tiegħu, ta’ mill-inqas fir-rigward tar-relazzjonijiet ġuridiċi li jkunu nħolqu minħabba din ir-relazzjoni ta’ impjieg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kohll u Kohll-Schlesser</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-300/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:361">EU:C:2016:361</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fost dawn il-miżuri disważivi jista’ jkun hemm dawk ta’ natura fiskali u dawk li jirrigwardaw il-kontribuzzjonijiet soċjali. Għalkemm ir-regoli dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi u dawk li jirregolaw l-assigurazzjoni soċjali normalment ikollhom mezzi ta’ komputazzjoni separati, fil-Pajjiżi l-Baxxi d-dikjarazzjoni annwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>dikjarazzjoni IB/PVV<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></NOTE> (u l-kalkolu tar-rati) tad-dħul taxxabbli u tal-kontribuzzjonijiet soċjali ssir b’mod konġunt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>K. M. Zyla, li hija ċittadina Pollakka, ħadmet għal kważi nofs is-sena 2013 fil-Pajjiżi l-Baxxi, fejn ħallset il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali Olandiżi u ħallset it-taxxa fuq id-dħul. Meta mmarret lura l-Polonja, skont l-informazzjoni fil-proċess, hija ma kellhiex dħul suffiċjenti matul it-tieni parti ta’ dik l-istess sena biex tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali Pollakka u lanqas biex tkun suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul f’dak il-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet fiskali Olandiżi, meta kkalkulaw it-tnaqqis previst fil-liġi, li kellhom japplikaw fuq il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali diġà mħallsa minn K. M. Zyla, applikawlha tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT>, abbażi tal-perijodu (sitt xhur) li għalih kienet ħallset il-kontribuzzjonijiet fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Quddiem il-qrati Olandiżi qamet il-kwistjoni jekk l-Artikolu 45 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja b’rabta mat-tassazzjoni diretta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza Schumacker<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</P></NOTE>, jobbligax lill-awtoritajiet tal-Pajjjiżi l-Baxxi jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi personali u familjari ta’ K. M. Zyla fil-Polonja sabiex tingħata t-tnaqqis inkwistjoni fit-totalità tiegħu u mhux biss b’mod proporzjonat għaż-żmien li ħadmet hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>It-tilwima bejn K. M. Zyla (li tikkontesta l-komputazzjoni li saritilha) u l-awtoritajiet tat-taxxa Olandiżi tressqet quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) li għamlet din it-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 141 p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa għandu jgawdi l-istess benefiċċji soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 ta’ dan tal-aħħar:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-fergħat li ġejjin tas-sigurtà soċjali:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>benefiċċji marbutin mal-mard;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>benefiċċji ta’ maternità u benefiċċji ekwivalenti ta’ paternità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>benefiċċji marbutin ma’ l-invalidità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>benefiċċji marbuta ma’ l-età;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom igawdu l-istess benefiċċji u għandhom ikunu suġġetti għall-istess obbligi taħt il-leġislazzjoni ta’ kull Stat Membru daqs li kieku kienu ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 jimponi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, u fid-dawl tad-disposizzjonijiet speċjali ta’ implimentazzjoni stabbiliti, għandu japplika dan li ġej:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta, taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, ir-riċeviment ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u ta’ dħul ieħor joħloq ċerti effetti legali, id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dik il-leġislazzjoni għandhom japplikaw ukoll għar-riċeviment ta’ benefiċċji ekwivalenti miksuba taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor u għal dħul miksub fi Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fit-Titolu II (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, l-Artikolu 11(1) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss. Din il-leġislazzjoni għandha tkun determinata skond dan it-Titolu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(3) jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-Artikolu 12 sa 16:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]”.</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>kull persuna oħra li għaliha ma japplikawx is-subparagrafi (a) sa (d) [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Il-punti (b), (ċ) u (d) jirreferu rispettivament għal uffiċjali, dawk qiegħda u dawk li jissejħu għas-servizz militari fi Stat Membru.</P></NOTE>] għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fil-Pajjiżi l-Baxxi:, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Wet op de inkomstenbelasting 2001<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (iktar’ il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Liġi IB<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), tirregola t-taxxa fuq id-dħul u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Wet financiering sociale verzekeringen<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>WFSV<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), il-finanzjament tas-sistema tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 8.1 tal-Liġi IB jirriżulta li, biex tiġi stabbilita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>taxxa kkombinata<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jingħaddu flimkien it-taxxa fuq id-dħul mix-xogħol (u minn sorsi oħra, bħalma huma l-akkomodazzjoni u t-tfaddil) u l-kontribuzzjonijiet soċjali, elementi li fuqhom jiġu applikati r-rati korrispondenti. Hekk kif it-taxxa kkombinata tiġi stabbilita b’dan il-mod, jiġi applikat ukoll tnaqqis ikkombinat għal dawn iż-żewġ elementi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8.10 tal-Liġi IB, il-kontribwent jista’ jibbenefika minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>tnaqqis ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 tal-WFSV, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Il-kontribuzzjonijiet huma rregolati mill-Algemene Ouderdomswet (il-Liġi dwar l-assigurazzjoni ġenerali għax-xjuħija), l-Algemene Nabestaandenwet (il-Liġi dwar l-assigurazzjoni ġenerali għall-pensjonijiet”) u l-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (il-Liġi dwar l-assigurazzjoni ġenerali għall-ispejjez speċjali tal-mard).</P></NOTE> huma kkalkolati billi t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>tnaqqis ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jitnaqqas mill-ammont tal-kontribuzzjonijiet imħallsa f’kull perijodu ta’ taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-WFSV jispjega kif isir it-tnaqqis korrispondenti għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Il-paragrafu 3 tiegħu jispeċifika li hija intitolata għal dan it-tnaqqis il-persuna li tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet għas-sena kalendarja kollha, waqt li r-regoli għall-kalkolu tat-tnaqqis għandhom jiġu approvati b’digriet ministerjali meta l-persuni taxxabbli jkunu kkontribwixxew biss matul parti mis-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Dan il-mandat twettaq permezz tad-Digriet ministerjali ta’ implimentazzjoni tal-WFSW<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Regeling Wet financiering sociale verzekeringen<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Digriet Ministerjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>).</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 2.6a, għall-persuni li ma humiex suġġetti għall-obbligu li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali matul parti mis-sena kalendarja (għal raġuni oħra apparti mewt), it-tnaqqis tat-taxxa ġenerali jiġi kkalkulat <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT>, jiġifieri proporzjonalment mal-perijodu effettiv ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet matul is-sena kalendarja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>K. M. Zyla, li hija ta’ nazzjonalità Pollakka, ħadmet bi ħlas bħala impjegata fil-Pajjiżi l-Baxxi, mill-1 ta’ Jannar sal-<DATE ISO="20130621">21 ta’ Ġunju 2013</DATE>. Matul dan il-perijodu, hija kienet affiljata fuq bażi obbligatorja taħt l-iskema tas-sigurtà soċjali ġenerali u, għalhekk, kienet suġġetta għall-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Wara l-21 ta’ Ġunju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Waqt is-seduta, il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi ġibed l-attenzjoni għal żball li daħal fil-proċess matul il-kawża fid-diversi istanzi, peress li jidher li K. M. Zyla marret lura fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha fil-<DATE ISO="20130721">21 ta’ Lulju 2013</DATE>. Jidher li din l-ispjegazzjoni tista’ sservi biex jinftiehmu aħjar iċ-ċifri ppreżentati mill-qorti tar-rinviju, li huma riprodotti fil-paragrafu li ġej.</P></NOTE>, hija marret lura l-Polonja, fejn ma kellha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Il-fatti ppreżentati mill-qorti Olandiża ma humiex ċari ħafna f’dan ir-rigward. Matul is-seduta, id-difiża ta’ K. M. Zyla ddikjarat li hija ma għamlet ebda xogħol bi ħlas fil-Polonja. Fi kwalunkwe każ, kieku kellha dħul, dan ma kienx jippermettilha li tħallas il-kontribuzzjonijiet u li tikseb benefiċċji tas-sigurtà soċjali Pollakka.</P></NOTE> ebda xogħol bi ħlas matul l-2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Għall-attività ta’ xogħol tagħha fil-Pajjiżi l-Baxxi matul is-sena finanzjarja 2013, hija rċeviet dħul ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">9401</FT>, li minnhom inqatgħulha EUR <FT TYPE="NUMBER">1399</FT> bħala taxxa fuq id-dħul mill-impjieg. Il-kontribuzzjonijiet tagħha għall-iskema tas-sigurtà soċjali laħqu s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2928</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>K. M. Zyla għażlet li japplikaw ir-regoli Olandiżi (tal-liġi IB) għall-persuni taxxabbli nazzjonali. Għal dan il-għan, hija ppreżentat il-prospett IB/PVV tagħha għas-sena finanzjarja 2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għall-komputazzjoni finali IB/PVV, l-awtoritajiet tat-taxxa Olandiżi applikawlha: a) it-tnaqqis fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul, fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1254</FT>; u (b) tnaqqis fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, fl-ammont ta’ EUR 840. Din tal-aħħar kienet tirriżulta mill-applikazzjoni tal-kriterju ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> fi proporzjon mal-perijodu li fih hija kienet effettivament ħallset il-kontribuzzjonijiet soċjali għas-sena finanzjarja 2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-persuna kkonċernata kkontestat, mingħajr suċċess, il-komputazzjoni quddiem ir-Rechtbank Zeeland-West-Brabant (qorti tal-ewwel istanza ta’ Zealand u l-Punent ta’ Brabant, fil-Pajjiżi l-Baxxi) u, fuq appell, quddiem il-Gerechtshof’s-Hertogenbosch (il-Qorti tal-Appell ta’ Hertogenbosch, il-Pajjiżi l-Baxxi). Fiż-żewġ istanzi ġie diskuss jekk K. M. Zyla kinitx intitolata għall-ammont sħiħ tat-tnaqqis, biex b’hekk tqajjem dubju dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 2.6a tad-Digriet Ministerjali mal-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-qorti tal-appell iddeċidiet li ma kien hemm l-ebda diskriminazzjoni, u għalhekk ma setgħetx tiġi invokata s-sentenza Schumacker iżda setgħet, għall-kuntrarju, tiġi invokata s-sentenza Blanckaert<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE> (<NO.CASE>C‑512/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:516">ECLI:EU:C:2005:516</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>sentenza Blanckaert<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</P></NOTE>. Fil-fehma tagħha, l-Artikolu 2.6a tad-Digriet Ministerjali kien iġġustifikat minħabba d-disparità oġġettiva bejn is-sitwazzjoni ta’ persuna affiljata mal-iskema tas-sigurtà soċjali Olandiża u dik ta’ min ma huwiex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Quddiem il-Hoge Raad (il-Qorti Suprema), K. M. Zyla kompliet issostni li l-Artikolu 2.6a tad-Digriet Ministerjali jwassal għal differenza inaċċettabbli fit-trattament bejn ir-residenti u dawk li ma humiex residenti, u li dan jikkostitwixxi ostaklu għall-moviment liberu tal-ħaddiema kif previst fl-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tieħu bħala premessa li r-residenti mhux affiljati mal-iskema Olandiża tas-sigurtà soċjali ma għandhomx dritt għal tnaqqis sħiħ. Għalhekk, ma hemm ebda rabta diretta mar-residenza. Barra minn hekk, l-applikazzjoni biex K. M. Zyla tiġi ttrattata bħala kontribwent nazzjonali taffettwa biss it-taxxa fuq id-dħul u mhux il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, is-soluzzjoni tal-kwistjoni tista’ tintlaħaq minn żewġ angoli, b’soluzzjonijiet li jmorru kontra xulxin. Minn naħa, tista’ tiġi applikata s-sentenza Blanckaert, fejn ġie kkonstatat li persuna affiljata mal-iskema tas-sigurtà soċjali Olandiża u persuna li ma hijiex jinsabu f’sitwazzjonijiet oġġettivament differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 50.</P></NOTE>. Din id-diverġenza fis-sitwazzjonijiet tiġġustifika (fid-dawl tal-moviment liberu tal-kapital) il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva t-tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet soċjali għall-persuni taxxabbli li jkunu affiljati ma’ dik l-iskema<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 37.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju temmen li huwa vijabbli approċċ ieħor, li jikkwalifika dak it-tnaqqis bħala vantaġġ fiskali <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT>. Minn din il-perspettiva, l-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> tal-leġiżlazzjoni Olandiża għal persuna li tkun irċeviet id-dħul kollu tagħha fil-Pajjiżi l-Baxxi hija ekwivalenti għal distinzjoni bejn persuni residenti u mhux residenti, li tmur kontra l-prinċipju ta’ moviment liberu tal-persuni, inkwantu persuna taxxabbli suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul li tkun għexet matul is-sena kollha f’dak l-Istat Membru tkun intitolata għal tnaqqis sħiħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>B’riferiment għas-sentenza Schumacker.</P></NOTE>. F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tirrileva li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet personali u familjari tal-persuna taxxabbli għandha tkopri s-sena fiskali kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Skont is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, għalkemm ma jistax jiġi eskluż li jistgħu jitqiesu fuq bażi <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Isir riferiment għas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-283/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:102">EU:C:2017:102</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li għandha l-konsegwenza li ħaddiem li, fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1408/71 jew tar-Regolament Nru 883/2004, ikun affiljat matul parti mis-sena kalendarja ma’ sistema ta’ assigurazzjoni soċjali f’dan l-Istat Membru u li, meta jinġabru dawn il-kontribuzzjonijiet għal din l-assigurazzjoni soċjali, huwa jkollu biss dritt għal porzjon mill-parti tat-tnaqqis ġenerali ta’ taxxa marbut mal-kontribuzzjonijiet, li huwa stabbilit prorata temporis b’rabta mal-perijodu ta’ affiljazzjoni, jekk, matul il-kumplament tas-sena kalendarja, dan il-ħaddiem ma kienx affiljat mas-sistema ta’ assigurazzjoni soċjali ta’ dan l-Istat Membru u kien jirrisjedi fi Stat Membru ieħor filwaqt li għamel it-totalità (jew kważi t-totalità) tad-dħul annwali tiegħu fl-ewwel Stat Membru msemmi?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Id-digriet tar-rinviju wasal fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, u ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn K. M. Zyla, mill-Gvern Olandiż u mill-Kummissjoni, li ħadu sehem fis-seduta li saret fit-<DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sinteżi tal-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Skont K. M. Zyla, is-sentenza Blanckaert ma tapplikax għaliha. Filwaqt li tirrikonoxxi l-validità tal-premessi tagħha, hija tifhem li din il-ġurisprudenza għandha limitu meta jintlaħaq punt fejn ebda Stat Membru ma jkun ikkunsidra l-kapaċità kontributtiva u s-sitwazzjoni personali u familjari tal-kontribwent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Renneberg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑527/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:566">EU:C:2008:566</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Hija tfakkar li, f’każijiet bħal dawn, id-diskriminazzjoni tikkonsisti fil-fatt li s-sitwazzjoni personali u familjari ta’ persuna li tirċievi, fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun residenti, il-parti l-kbira tad-dħul tagħha u kważi t-totalità tad-dħul familjari tagħha, ma tiġix ikkunsidrata la fl-Istat ta’ residenza u lanqas fl-Istat fejn hija impjegata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Dan ikun il-każ tagħha, jekk ma tingħatax totalment it-tnaqqis inkwistjoni, peress li la l-Polonja u lanqas il-Pajjiżi l-Baxxi ma jqisu s-sitwazzjoni personali u familjari tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Olandiż, is-sitwazzjoni ta’ ħaddiem taxxabbli li jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi hija differenti minn dik ta’ persuna mhux residenti li ma tirċievi ebda dħul minn xogħol bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha f’dak l-Istat Membru. Hija tibbaża ruħha fuq dawn l-argumenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Fl-ewwel lok, l-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004 jorbot il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar is-sigurtà soċjali mal-Istat Membru ta’ impjieg. Peress li K. M. Zyla, wara li telqet mill-Pajjiżi l-Baxxi u waqfet taħdem hemm, marret lura fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha, hija ma kinitx suġġetta għas-sistema tas-sigurtà soċjali Olandiża mill-jum meta telqet, peress li minn dak il-punt hija waqqfet tħallas il-kontribuzzjonijiet tagħha.</P></ITEM><ITEM><P>Fit-tieni lok, il-ġustifikazzjoni għad-differenza fit-trattament fl-għoti ta’ vantaġġ fiskali, bħal dak inkwistjoni, tirrifletti d-differenza fiċ-ċirkustanzi oġġettivi li fihom jinsabu, rispettivament, il-persuna affiljata mas-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ Stat Membru u l-persuna li ma hijiex.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż jiċħad li s-sentenza Schumacker hija rilevanti għal dan il-każ, peress li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>F’dik is-sentenza ġiet evalwata bħala fattur relevanti l-kapaċità kontributtiva, filwaqt li l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma jsirx abbażi ta’ dik il-kapaċità.</P></ITEM><ITEM><P>Il-fatt li ħaddiem ikun suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ impjieg jipprekludi li Stat Membru ieħor ikun jista’ jitlob kontribuzzjonijiet għall-istess attività<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>de Ruyter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-623/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:123">EU:C:2015:123</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Peress li, malli K. M. Zyla ħarġet mit-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi, dak il-pajjiż tilef is-setgħa ta’ tassazzjoni tiegħu, għaldaqstant ma huwiex possibbli li ssir talba lill-awtoritajiet tiegħu biex japplikaw tnaqqis jew benefiċċji oħra li l-istess K. M. Zyla setgħet tibbenefika minnhom kieku baqgħet affiljata mas-sistema tas-sigurtà soċjali Olandiża.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tibda billi tiħċad li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tmur kontra l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, peress li K. M. Zyla setgħet titqies bħala ħaddiema, fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE, biss waqt li kienet impjegata fil-Pajjiżi l-Baxxi, kwalità li hija tilfet malli marret lura l-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-Kummissjoni, l-Artikolu 2.6a tad-Digriet Ministerjali japplika prinċipalment għal persuni ta’ nazzjonalità differenti minn dik Olandiża. Huma dawn li l-iktar ta’ spiss jitilqu mill-Pajjiżi l-Baxxi fit-tmiem ta’ relazzjoni ta’ impjieg, filwaqt li l-Olandiżi jibqgħu f’pajjiżhom, inkluż meta jieqfu jaħdmu, u b’hekk dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jnaqqsu għal kollox it-tnaqqis fiskali għall-kontribuzzjonijiet soċjali. Għall-kuntrarju, min bħal K. M. Zyla jkun ħallas il-kontribuzzjonijiet biss għal parti mis-sena, jispiċċa jħallas proporzjonalment iktar lill-iskema tas-sigurtà soċjali, li jikkostitwixxi ostaklu għall-moviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni targumenta favur l-applikazzjoni b’analoġija tal-ġurisprudenza li tqis li l-issuġġettar għaż-żamma tar-residenza fl-Istat Membru tal-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali huwa ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema, jekk dan jiskoraġġixxi lill-ħaddiem milli jitlaq mill-imsemmi pajjiż, billi tkun imposta kontrih kontribuzzjoni ikbar għas-sigurtà soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990126">26 ta’ Jannar 1999</DATE>, <NAME.CASE>Terhoeve</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-18/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:22">EU:C:1999:22</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, jew jekk jiċċaħħad mid-dritt ta’ rifużjoni tal-ammont ta’ taxxa mħallas żejjed, li għaliha hija intitolata l-persuna taxxabbli residenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900508">8 ta’ Mejju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Biehl</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-175/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:186">EU:C:1990:186</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Finalment, hija tispeċifika li peress li l-biċċa l-kbira tad-dħul ta’ K. M. Zyla kien minn Stat Membru differenti minn dak fejn hija tinsab residenti, mingħajr ma ttieħdet inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u familjari tagħha, hija applikabbli l-ġurisprudenza Schumacker.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, nosserva li huwa paċifiku bejn il-partijiet li l-Artikolu 45 TFUE huwa applikabbli. Peress li l-każ huwa dwar ċittadina Pollakka li marret fil-Pajjiżi l-Baxxi biex twettaq attività ta’ impjieg, ma jidhirx li dan huwa każ li jaqa’ taħt xi waħda mil-libertajiet l-oħra ta’ moviment, apparti dik li tirrigwarda l-ħaddiema<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Petersen u Petersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:124">EU:C:2013:124</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Lanqas ma hemm dubju li K. M. Zyla kienet ħaddiema, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tfisser kwalunkwe persuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>li twettaq attivitajiet li jkunu effettivi u ġenwini, […] il-karatteristika tar-relazzjoni ta’ impjieg hija l-fatt li għal ċertu żmien, persuna twettaq, favur persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha, servizzi li bħala korrispettiv għalihom hija tirċievi remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990608">8 ta’ Ġunju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Meeusen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:284">EU:C:1999:284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Teoretikament, jista’ jiġi kkunsidrat jekk ir-ritorn lejn l-Istat Membru ta’ oriġini tagħha, mingħajr ma eżerċitat hemmhekk xi impjieg jew attività oħra, ipoġġix is-sitwazzjoni tagħha taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-moviment liberu tal-persuni taħt l-Artikolu 21 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kohll u Kohll-Schlesser</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑300/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:86">EU:C:2016:86</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> punt 42).</P></NOTE>. Madankollu, peress li hija tinvoka d-dritt li jiġi applikata għaliha tnaqqis sħiħ, minħabba ż-żmien li hija ħadmet fil-Pajjiżi l-Baxxi, it-talba tagħha hija marbuta direttament mal-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-preżenza ta’ regoli tal-Unjoni stipulati fl-iżvilupp ta’ din il-libertà tobbliga l-eżaminazzjoni tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, kemm ma’ dawn tal-aħħar (f’dan il-każ, mar-Regolamenti Nri 883/2004 u 492/2011) jew direttament mad-dritt primarju, jiġifieri mal-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Kif tafferma l-Kummissjoni, ir-Regolament Nru 883/2004 prattikament ma jinkludi xejn iktar minn ġabra ta’ regoli ta’ kunflitt, sabiex jiġi evitat li l-ħaddiem li jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu fl-Unjoni jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali ta’ diversi Stati Membri, jew li ma jaqa’ taħt l-ebda waħda minnhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>de Ruyter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑623/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:123">EU:C:2015:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, B’hekk ikun neċessarju li l-validità tar-regola nazzjonali inkwistjoni titkejjel fid-dawl tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004, li jeżiġi trattament ugwali, u b’mod speċjali n-nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 jipprovdi li l-ħaddiem tal-Unjoni li jeżerċita d-dritt ta’ moviment liberu għandu wkoll dritt li jirċievi l-istess benefiċċji soċjali u fiskali. B’hekk dan ma jagħmel xejn għajr li jikkonferma l-prinċipju ta’ trattament ugwali, mingħajr ma jagħtih iktar kontenut sostantiv, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li jinkludi d-diskriminazzjonijiet indiretti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020620">20 ta’ Ġunju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑299/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:394">EU:C:2002:394</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fl-aħħar mill-aħħar, peress li l-applikazzjoni taż-żewġ Regolamenti ma tinvolvi xejn sinjifikattiv, peress li l-fattur importanti hawnhekk huwa jekk wieħed jistax jinvoka direttament il-libertà rikonoxxuta fl-Artikolu 45 TFUE, bla ħsara għall-fatt li l-analiżi tal-eventwali diskriminazzjoni, fid-dawl tal-imsemmi kunċett, tinkorpora xi riferiment għal dawk ir-regolamenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fit-tielet u l-aħħar lok, it-tilwima nazzjonali (u r-rinviju preliminari nnifsu) jiffoka l-iktar fuq l-impatt tas-sentenzi ċċitati iktar’ il fuq Blanckaert u Schumacker:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Skont l-ewwel waħda, ir-relazzjoni ta’ resident ta’ Stat Membru mal-iskema tiegħu ta’ sigurtà soċjali hija element distintiv suffiċjenti sabiex is-sitwazzjoni tiegħu ma titqisx bħala ekwivalenti għal dik ta’ min ikun telaq minn dak l-Istat Membru biex jistabbilixxi ruħu f’ieħor. Dan l-approċċ jiffavorixxi l-argument tal-Gvern Olandiż fit-tilwima.</P></ITEM><ITEM><P>Skont it-tieni sentenza, l-Istat Membru li jimponi t-taxxa jista’ jkun meħtieġ li jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u familjari (b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-vantaġġi fiskali) ta’ min, għalkemm ma jkunx residenti f’dak il-pajjiż, ikun jirċievi l-parti l-kbira tad-dħul tiegħu hemmhekk, filwaqt li d-dħul tal-kontribwent fl-Istat Membru fejn ikun residenti ma jkunx jippermettilu jaċċedi għal benefiċċji simili. K. M. Zyla targumenta favur din id-duttrina.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Is-soluzzjoni ta’ dan id-dibattitu ma tista’ tinjora ebda waħda minn dawn is-sentenzi, u fin-nuqqas ta’ parametru legali tad-dritt sekondarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Dan huwa l-mod normali ta’ proċediment. Ara, pereżempju, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050915">15 ta’ Settembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Ioannidis</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:559">EU:C:2005:559</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, ir-relevanza tagħhom għall-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 45 TFUE għandha ssir b’osservanza tal-metodoloġija proprja tal-analiżi tal-libertajiet ta’ moviment.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-eżami tad-domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-allegata diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità bejn ħaddiema tal-Istati Membri fir-rigward tal-impjieg, tar-rimunerazzjoni u tal-kundizzjonijiet l-oħra tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Eschenbrenner</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑496/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:152">EU:C:2017:152</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Bħala prinċipju, la fil-kliem u lanqas fl-ispirtu tal-Artikolu 2.6a tad-Digriet Ministerjali ma nara elementi li jindikaw rieda ta’ diskriminazzjoni diretta (li toħloq żvantaġġ) kontra ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni. It-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> japplika għal kull ħaddiem li, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu, ikun ġie suġġett għall-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet fl-iskema ta’ assigurazzjoni soċjali Olandiża matul perijodu ta’ inqas minn sena kalendarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Tista’, madankollu, tiġi kklassifikata bħala diskriminazzjoni indiretta? Jitqiesu bħala tali dawk li, min-natura tagħhom stess, jistgħu jaffettwaw iktar lill-ħaddiema migranti milli l-ħaddiema nazzjonali (f’dan il-każ, tal-Pajjiżi l-Baxxi) u li, konsegwentement, jinvolvu r-riskju li jippreġudikaw b’mod partikolari lil dawn tal-ewwel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Larcher</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑523/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2458">EU:C:2014:2458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-allegata diskriminazzjoni teħtieġ:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Li jiġi preżunt, fuq bażi preliminari, li huwa iktar frekwenti li l-ħaddiema migranti jitilqu minn dak l-Istat Membru qabel l-għeluq tas-sena fiskali, li ma jidhirlix li jista’ jiġi preżunt u li, fi kwalunkwe każ, ma ġiex stabbilit.</P></ITEM><ITEM><P>Li jiġi aċċettat li, billi jiġu suġġetti għal dan it-tnaqqis proporzjonali, iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra jġarrbu żvantaġġ speċifiku, minħabba d-Digriet Ministerjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pöpperl</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑187/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:194">EU:C:2016:194</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li jeħtieġ li tiġi indagata l-eżistenza ta’ restrizzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ostaklu għall-moviment liberu tal-ħaddiema?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-għan tad-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa li jiffaċilita t-twettiq ta’ attivitajiet professjonali ta’ kull tip fit-territorju tal-Unjoni minn ċittadini tal-Unjoni. Għalhekk huma preklużi l-miżuri li jistgħu jqegħduhom f’sitwazzjoni żvantaġġuża, meta huma jkunu jixtiequ jwettqu attività fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-oriġini tagħhom. Minn dan isegwi li l-Artikolu 45 TFUE jipprekludi kwalunkwe miżura nazzjonali li tista’ xxekkel jew tirrendi inqas attraenti l-eżerċitar, miċ-ċittadini tal-Unjoni, ta’ din il-libertà fundamentali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170718">18 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Erzberger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑566/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:562">EU:C:2017:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Għandu jitqies, madankollu, li d-dritt tal-Unjoni ma jistax jiggarantixxi lil ħaddiema li l-ispostament tiegħu minn Stat Membru għal ieħor se jkun newtrali fir-rigward tas-sigurtà soċjali, minħabba d-diverġenzi li jeżistu bejn l-iskemi u l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri (punt 34 tal-istess sentenza).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2.6a tad-Digriet jkollu dan l-effett jekk ir-regola li hemm fih tisfavorixxi lill-ħaddiema li jispostaw ruħhom taħt l-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-iżvantaġġ</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Jekk fhimtha b’mod korrett, il-miżura inkwistjoni hija strutturata b’dan il-mod<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Hawnhekk insegwi l-ispjegazzjonijiet tal-Gvern Olandiż fil-punti 4 u 17 sa 19 tan-nota ta’ osservazzjonijiet tiegħu. Waqt is-seduta, dan il-Gvern ikkonferma li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni hija identika għas-sentenza Blanckaert, ħlief fir-rigward tal-kalkolu tat-tnaqqis fuq bażi ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT>.</P></NOTE>: it-tnaqqis li għalih kull persuna hija intitolata kull sena fiskali huwa maqsum f’żewġ partijiet: waħda minnhom tirrigwarda d-dħul taxxabbli; u l-oħra dik li tirrigwarda l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Hija din it-tieni parti, li minnha jibbenefikaw biss dawk il-persuni li huma affiljati ma’ din is-sistema tas-sigurtà soċjali, li tista’ tkun suġġetta għal varjazzjonijiet skont il-klawsola ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> li tinsab fl-Artikolu 2.6a tad-Digriet Ministerjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Din l-aħħar osservazzjoni tista’ twassal biex wieħed jaħseb li t-tnaqqis għal kontribuzzjonijiet soċjali għandha n-natura ta’ benefiċċju soċjali, peress li taffettwa speċifikament u direttament il-finanzjament tas-sigurtà soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>de Ruyter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑623/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:123">EU:C:2015:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Madankollu, minn perspettiva oħra, hija miżura inkwadrata fid-dikjarazzjoni u l-komputazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi, li l-bażi tagħha tinsab fl-eżerċitar tas-setgħat fiskali tal-Istat Olandiż. Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat jekk l-effett tagħha fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema għandux jiġi evalwat ukoll fid-dawl tal-ġurisprudenza dwar il-miżuri fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Eschenbrenner</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑496/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:152">EU:C:2017:152</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Minħabba r-rabta’ stretta tiegħu mal-kontribuzzjonijiet, jien inqis li t-tnaqqis ikkontestat huwa pjuttost ta’ natura soċjali, anki jekk tintuża t-teknika fiskali għall-eżekuzzjoni tiegħu. Għalkemm l-awtoritajiet tat-taxxa Olandiżi jiġbru t-taxxa fuq id-dħul u l-kontribuzzjonijiet soċjali flimkien, b’tali mod li t-tnaqqis applikabbli għal dawn tal-aħħar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>jistgħu għaldaqstant ukoll jinbidlu f’riduzzjonijiet fit-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza Blanckaert, punti 15 u 16.</P></NOTE>, madankollu t-tnejn li huma jżommu n-natura proprja tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, ma jidhirlix li s-sistema ta’ tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> timplika, fil-verità, żvantaġġ. Jekk, kif jidher, l-applikazzjoni tagħha hija għal kollox proporzjonata mat-tul taż-żmien tal-kontribuzzjonijiet, b’tali mod li ma hemm l-ebda diskrepanza fl-ammonti li jistgħu jitnaqqsu (jiġifieri li l-persuna affettwata mir-regola inkwistjoni ma tikkontribwixxix proporzjonalment iktar), ma hemm l-ebda żvantaġġ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160713">13 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pöpperl</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑187/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:550">EU:C:2016:550</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>It-tnaqqis inkwistjoni f’din il-kawża huwa intiż li jikkumpensa, b’mod indirett, l-isforz ekonomiku li jkun għamel il-kontribwent permezz tal-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali. Għalhekk, it-tnaqqis ta’ dawn tal-aħħar jaffettwa, b’mod pożittiv għall-benefiċjarju, il-piż annwali. Minn din il-perspettiva, xejn ma jipprekludi li t-taffija konsegwenti ta’ dan il-piż tkun tikkorrispondi għat-tul ta’ żmien meta jkunu tħallsu l-kontribuzzjonijiet. Waqt is-seduta, il-Gvern Olandiż indika li l-għan tal-leġiżlazzjoni kien li jingħata inċentiv lill-ħaddiem biex ikompli jaħdem, billi jingħata vantaġġ dejjem skont iż-żmien li jkun realment ħadem. Hu x’inhu l-każ, jinżamm paralleliżmu bejn il-kontribuzzjonijiet u t-tnaqqis tagħhom, meta jiġu kkalkolati r-rati finali fil-prospett IB/PVV: jekk dawk ikunu akbar (għaliex ikopru tnax-il xahar), it-tnaqqis ikun akbar, u viċe-versa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk jiġi aċċettat, għall-grazzja tal-argument, li t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fuq bażi ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> huwa ta’ żvantaġġ għall-persuni mhux residenti, minħabba li għandu impatt iktar baxx fuq id-dikjarazzjoni tad-dħul ta’ dawn tal-aħħar (<HT TYPE="ITALIC">quod non</HT>), għandha titfakkar il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Ikun hemm diskriminazzjoni f’każ ta’ applikazzjoni ta’ regoli differenti għal sitwazzjonijiet paragunabbli jew meta sitwzzjonijiet differenti jkunu suġġetti għall-istess regola<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P>Id-diskriminazzjoni bejn persuni residenti u mhux residenti sseħħ biss jekk, minkejja li jkunu residenti fi Stati Membri differenti, iż-żewġ kategoriji ta’ persuni taxxabbli jkunu f’sitwazzjoni komparabbli, fir-rigward tal-għan u tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-283/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:102">EU:C:2017:102</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li l-eżami tal-komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet għandu jsir indipendentement minn jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix sempliċement benefiċċju soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Eschenbrenner</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑496/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:152">EU:C:2017:152</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> jew tkunx taqa’ taħt l-ambitu tat-taxxa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Skont dawn il-linji gwida, jista’ tabilħaqq jingħad li min ma jkunx għadu jaħdem fil-Pajjiżi l-Baxxi, peress li jkun telaq lejn Stat Membru ieħor, u jkun għaldaqstant waqaf iħallas il-kontribuzzjonijiet soċjali, jinsab fl-istess sitwazzjoni bħal min, filwaqt li jkun żamm ir-residenza tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi, ikun kompla jaħdem hemmhekk jew ikun waqaf jaħdem?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali japplika l-prinċipju ta’ uniċità, li huwa stabbilit, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 883/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara l-punt 11 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Skont l-imsemmi artikolu, il-persuni li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tas-sigurtà soċjali huma rregolati mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss. L-għan tal-imsemmi artikolu, kif affermat il-Kummissjoni f’kuntest ieħor, ma huwiex li jiġi armonizzat id-dritt sostantiv tal-Istati Membri, iżda li tiġi stabbilita sistema ta’ regoli ta’ kunflitt li jkollhom l-effett li jneħħu lil-leġiżlatur nazzjonali l-fakultà li jiddetermina l-portata u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu f’dan il-qasam<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160604">4 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:436">EU:C:2016:436</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddikjarat l-istess idea, f’termini simili, f’sentenza tas-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>de Ruyter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑623/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:123">EU:C:2015:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, b’rabta mar-Regolament Nru 1408/71<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata tiegħu u aġġornata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98 tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 308).</P></NOTE>, li kien il-predeċessur tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li Stat Membru ma jistax ibiddel ir-regoli dwar min huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni soċjali, fis-sens li jinkludi fost il-persuni suġġetti għas-sistema tiegħu ta’ sigurtà soċjali lil persuni residenti fi Stat Membru ieħor jew li ma jkunu jwettqu ebda attività bi ħlas fit-territorju tiegħu. Jekk jagħmel dan, ikun qiegħed jikser l-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 u, għaldaqstant, il-prinċipju ta’ uniċità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Din ir-regola ma timponix kriterju marbut mar-<HT TYPE="ITALIC">residenza</HT> fl-Istat Membru ta’ impjieg, iżda wieħed marbut mas-<HT TYPE="ITALIC">suġġettar tal-persuna għas-sistema tas-sigurtà soċjali</HT>, permezz ta’ attività bi ħlas fit-territorju ta’ dak l-Istat. Fin-nuqqas ta’ din ir-rabta, dak l-Istat Membru ma jkollux is-setgħa li jimponi kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fuq dik il-persuna. Minn dan isegwi li, meta ma jkunx hemm din ir-rabta jew jekk — bħal fil-każ preżenti — din ir-rabta tkun biss waħda temporanja, il-ħaddiema residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi għal sena sħiħa jinsab f’sitwazzjoni differenti minn dik tal-ħaddiem residenti f’pajjiż ieħor (pereżempju l-Polonja) li ma jkunx ħallas kontribuzzjonijiet fil-Pajjiżi l-Baxxi jew ikun ħallas kontribuzzjonijiet għal ċertu żmien, matul l-istess sena fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>F’dan ir-rigward huwa xieraq li tiġi ċċitata s-sentenza Blanckaert, punt 45.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonferma li ħaddiem li, wara li jkun eżerċita attività bi ħlas fil-Pajjiżi l-Baxxi għal parti minn sena kalendarja, iżomm ir-residenza tiegħu f’dak il-pajjiż iżda f’sitwazzjoni ta’ qgħad matul il-kumplament ta’ dik is-sena, huwa suġġett għas-sistema tas-sigurtà soċjali u huwa obbligat li jikkontribwixxi għas-sigurtà soċjali Olandiża għall-perijodu annwali kollu. Din hija preċiżament id-differenza miċ-ċirkustanzi ta’ K. M. Zyla li ma tippermettix li tiġi evalwata l-kumparabbiltà tas-sitwazzjonijiet: il-persuni qiegħda — bħalha — li jkunu residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi jkomplu jikkontribwixxu u, għaldaqstant, jibbenefikaw minn tnaqqis korrispondenti tal-kontribuzzjonijiet (annwali) li effettivament jitħallsu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-leġiżlazzjoni Olandiża, fi kliem il-Qorti tal-Ġustizzja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[i]l-persuni affiljati ma’ din l-iskema [tas-sigurtà soċjali] jibbenefikaw biss mir-riduzzjonijiet fit-taxxa taħt l-assigurazzjonijiet soċjali f’każijiet eċċezzjonali. Fil-fatt, huwa biss fl-ipotesi fejn persuna affiljata ma tistax tkopri r-riduzzjonijiet fit-kontribuzzjonijiet bil-kontribuzzjonijiet dovuti li hija tista’ titlob dawn ir-riduzzjonijiet fit-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenza Blanckaert, punt 47.</P></NOTE>,</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Jekk dan huwa l-każ, huma biss il-persuni li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali Olandiża matul is-sena kollha li jibbenefikaw mill-allegat benefiċċju fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ir-rata tat-taxxa tonqos billi l-kontribuzzjonijiet soċjali jitnaqqsu mill-ammont ta’ kontribuzzjonijiet akkumulati matul is-sena.</P></NOTE> jekk is-somma tal-kontribuzzjonijiet effettivi tagħhom tkun inqas mit-tnaqqis. Min-naħa l-oħra, jekk dan jingħata b’mod sħiħ, mingħajr ma jitqies iż-żmien ta’ affiljazzjoni <HT TYPE="ITALIC">reali</HT> tagħhom, it-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet soċjali għal min kien affiljat mas-sistema Olandiża tas-sigurtà soċjali għal ftit xhur matul sena fiskali, dak il-bilanċ pożittiv ikun jista’ jitnaqqas iktar faċilment: billi jkunu kkontribwixxew inqas f’termini assoluti, jirriżulta li huwa iktar probabbli li l-ammont li jifdal jagħtihom bilanċ pożittiv: F’każ bħal dan, sitwazzjonijiet differenti jiġu ttrattati bl-istess mod, peress li, nirrepeti, il-persuni affiljati ma’ din l-iskema <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>jibbenefikaw biss eċċezzjonalment mit-tnaqqis tat-taxxa għall-assigurazzjoni soċjali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-kriterju <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> tal-Artikolu 2.6a tad-Digriet Ministerjali, għalkemm tista’ tiġi kkwalifikata bħala żvantaġġuża għal persuni fis-sitwazzjoni ta’ K. M. Zyla, hija implimentata f’ċirkustanzi li ma humiex kumparabbli ma’ dawk tal-persuni li huma suġġetti matul sena fiskali sħiħa għall-obbligu li jikkontribwixxu għas-sigurtà soċjali. In-nuqqas ta’ konnessjoni mas-sigurtà soċjali matul parti mis-sena huwa, għaldaqstant, biżżejjed biex jiġi kkonstatat in-nuqqas ta’ kumparabbiltà tas-sitwazzjonijiet ta’ dawk li jikkontribwixxu matul dawk il-perijodi mnaqqsa ma’ ta’ dawk li jżommu dik ir-rabta matul is-sena fiskali sħiħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, ma nara ebda ksur tal-Artikolu 45 TFUE u lanqas tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 jew tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011. L-ebda waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet ma tipprekludi regola bħal dik li tinsab fl-Artikolu 2.6a tad-Digriet Ministerjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-rilevanza tal-ġurisprudenza Schumacker</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>L-analiżi li ddeskrivejt ma tkunx kompluta jekk ma tiġix imqabbla mal-ġurisprudenza Schumacker, li K. M. Zyla tinvoka favur tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Skont dak li qalet, b’mod konformi mal-imsemmija sentenza, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>fir-rigward ta’ persuna mhux residenti li tkun tikseb fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun residenti l-biċċa l-kbira tad-dħul tagħha u kważi d-dħul kollu tal-familja tagħha, id-diskriminazzjoni tikkonsisti fil-fatt li s-sitwazzjoni personali u familjari ta’ dik il-persuna mhux residenti ma titteħidx inkunsiderazzjoni la fl-Istat tar-residenza u lanqas fl-Istat tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Sentenza Schumacker, punt 38.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Prima facie</HT> din tidher li hija s-sitwazzjoni ta’ K. M. Zyla. Madankollu, għad hemm nuqqas ta’ paragunabbiltà oġġettiva tas-sitwazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Nirreferi għall-punti 57 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, nuqqas li s-sentenza Schumacker taċċetta bħala ġustifikazzjoni għall-possibbiltà ta’ trattament differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Sentenza Schumacker, punt 37.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, ma naqbilx mal-applikazzjoni b’analoġija tal-ġurisprudenza Schumacker kif issostni l-Kummissjoni. F’dak il-każ, il-persuna taxxabbli kienet residenti matul il-perijodu li għalih jirreferu l-fatti esklużivament fil-Belġju u rċeviet dħul minn attività tagħha fil-Ġermanja biss, mingħajr ma kien hemm spostament tar-residenza abitwali. Min-naħa l-oħra, K. M. Zyla kienet domiċiljata<?PAGE NO="13"?> fil-Pajjiżi l-Baxxi matul il-parti tas-sena kalendarja 2013 li fiha hija kellha dħul mill-impjieg, filwaqt li kienet residenti f’dak l-Istat Membru. Iktar tard, il-post tad-dħul u tar-residenza kienu l-istess sakemm hija marret lura lejn il-Polonja, fejn hija ma ħadmitx f’dik is-sena. Iċ-ċirkustanzi tat-tluq għalhekk ma jippermettux li l-prinċipji tas-sentenza Schumacker jiġu applikati b’analoġija għal dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sussidjarjament: dwar ġustifikazzjoni possibbli</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2.6a tad-Digriet Ministerjali, li japplika r-regola ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> għat-tnaqqis fiskali fuq il-kontribuzzjonijiet soċjali għall-persuni li, bħal K. M. Zyla, ikunu ħallsuhom biss parzjalment matul sena fiskali, huwa koerenti mas-sistema tiegħu ta’ finanzjament tas-sigurtà soċjali, li tirkeb fuq il-komputazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Effettivament, dak it-tnaqqis japplika b’mod proporzjonat għaż-żmien maħdum matul is-sena fiskali: il-perċentwal huwa ta’ 100 % għal min ikun ħallas is-sena sħiħa u jonqos <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> għal min ikun ikkontribwixxa għal xi xhur. L-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi għalhekk għandhom tendenza li jaġġustaw proporzjonalment l-isforz ekonomiku li timplika għall-kontribwent iż-żamma f’ras il-għajn — jew il-ħlas fix-xahar — tal-kontribuzzjonijiet soċjali permezz ta’ tnaqqis tal-obbligi annwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Peress li, skont il-prinċipju ta’ uniċità, kif diġà msemmi, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sigurtà soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara, b’mod partikolari, il-punt 60 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, il-Pajjiżi l-Baxxi ma għandhomx kompetenza biex iżommu f’ras il-għajn il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa mill-impjegati, bħal K. M. Zyla, fi Stat Membru ieħor, il-konfigurazzjoni tat-tnaqqis fiskali stabbilit fil-leġiżlazzjoni kkontestata tirrifletti loġika simetrika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑250/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:793">EU:C:2011:793</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Jekk ma jiġix applikat it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT>, il-persuni fis-sitwazzjoni ta’ K. M. Zyla jiksbu vantaġġ indebitu, għaliex b’hekk it-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet soċjali tagħhom jikkumpensahom b’mod sproporzjonat fil-konfront tal-kontribwenti l-oħra għas-sena fiskali sħiħa, u dan imur kontra l-objettiv li jitqassam b’mod proporzjonat l-isforz ekonomiku miksub mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet. Għalhekk, teżisti rabta bejn it-tnaqqis fiskali u l-piż (il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali) inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’konformità mal-ġurisprudenza, li hekk teħtieġ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 76 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>, din tkun tnaqqis tat-tnaqqis mogħti lill-istess persuna fil-qafas tal-istess taxxa. Għaldaqstant teżisti rabta diretta, personali u materjali, bejn l-elementi tas-sistema fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Timac Agro Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑388/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:829">EU:C:2015:829</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, fejn it-tnaqqis tat-tnaqqis jirrappreżenta l-pern li jiggarantixxi aġġustament bejn il-piż u t-tnaqqis, fuq il-bażi ta’ ċirkustanzi oġġettivi. Biex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-ġurisprudenza meħtieġa, għandu jiġi stmat biss li s-sistema tat-tnaqqis stabbilita fl-Artikolu 2.6a tad-Digriet Ministerjali hija ġġustifikata mill-ħtieġa li tiġi ggarantita l-koerenza tas-sistema leġiżlattiva Olandiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Dejjem jekk dik il-miżura taħdem b’mod simetriku (u ma jkun hemm ebda element fil-proċess li jqajjem dubju dwar dan), jiġifieri, li din tkun perfettament proporzjonata maż-żmien maħdum fil-Pajjiżi l-Baxxi, ma tikkawżax trattament żvantaġġuż għall-persuna affiljata li għaliha tapplika, li tkompli żżomm it-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tagħha, iżda skont iż-żmien li matulu hija ħallset il-kontribuzzjonijiet qabel ma telqet mill-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Il-miżura kkontestata hija għalhekk <HT TYPE="ITALIC">xierqa</HT> għall-iskop tagħha, minkejja l-limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha, u hija <HT TYPE="ITALIC">neċessarja</HT> biex jiġu allinjati strettament il-kontribuzzjonijiet maż-żmien li matulu ma jkunux tħallsu kontribuzzjonijiet fl-Istat Membru. Dan ma jimponix piż akbar, kif diġà indikajt, fuq il-persuna taxxabbli li tħallas proporzjonalment, meta mqabbel ma’ min ikun ħallas il-kontribuzzjonijiet għal sena sħiħa: dan tal-ewwel ma jħallasx iktar minn dan tal-aħħar għaż-żmien li kien marbut mas-sistema tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 2.6a tad-Digriet Ministerjali, jekk wieħed jassumi li din tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema skont l-Artikolu 45 TFUE, tkun iġġustifikata mill-ħtieġa li tiġi ggarantita l-koerenza tas-sistema fiskali u hija proporzjonata mal-għan li għandu jinkiseb.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) tkun kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Meta ħaddiem kien affiljat għal parti minn sena kalendarja mas-sistema tas-sigurtà soċjali fi Stat Membru, fejn ikun kiseb kważi d-dħul kollu tiegħu li jikkorrispondi għal dik is-sena fiskali, u wara jkun ittrasferixxa ruħu lejn Stat Membru ieħor, fejn ikun għex għall-kumplament tal-istess sena, l-Artikolu 45 TFUE ma jipprekludix leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema l-ewwel Stat Membru jillimita perċentwalment it-tnaqqis ġenerali applikabbli għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, fil-kuntest tal-komputazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, skont iż-żmien li matulu l-ħaddiem ikun ħallas dawk il-kontribuzzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>