<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-743/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0743</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:303">EU:C:2020:303</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Sharpston – Kawża C‑743/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Elme Messer Metalurgs</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20200423">23 ta’ April 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑743/18</HT></P><P>Elme Messer Metalurgs</P><P>vs</P><P>Latvijas Investīciju un attīstības aģentūra</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rēzeknes tiesa (il-Qorti Distrettwali ta’ Rēzekne, il-Latvja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Fondi strutturali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1083/2006</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 98, 57 u 2(7)</KEYWORD><KEYWORD>Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li jitwettqu korrezzjonijiet finanzjarji b’rabta ma’ irregolaritajiet</KEYWORD><KEYWORD>Durabbiltà tal-operazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Tifsira ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku</KEYWORD><KEYWORD>Insolvenza tal-uniku soċju kummerċjali tal-benefiċjarju</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-impriżi tan-negozju kollha jinvolvu element ta’ riskju. Anki l-iktar impriżi siguri jistgħu ġieli jbatu, jintilfu fl-istaġnar tar-ritmu ekonomiku jew jiġu mgħarrqa mill-isfortuni ta’ soċju jew klijent vitali. F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba teżamina sitwazzjoni li fiha proġett, kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>FEŻR<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), naqas milli jissodisfa ċerti għanijiet minħabba li l-uniku soċju tal-benefiċjarju sar insolventi. F’sitwazzjoni bħal din, il-benefiċjarju għandu jkun meħtieġ iħallas lura l-finanzjament mogħti mill-FEŻR, anki jekk in-nuqqas tiegħu li jissodisfa dawn l-għanijiet kien ir-riżultat ta’ ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, id-domanda magħmula mir-Rēzeknes tiesa (il-Qorti Distrettwali ta’ Rēzekne, il-Latvja) f’din il-kawża tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tiċċara l-portata tal-kunċett ta’ irregolarità fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE> li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 210, p. 25</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="239" PAGE.FIRST="248" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 239, p. 248</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 145, p. 38</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 164, p. 36</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="301" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 301, p. 40</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 539/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20100616">16 ta’ Ġunju 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="158" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 158, p. 1</REF.DOC.OJ>). Ir-Regolament Nru 1083/2006 ġie rrevokat, b’effett mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, bir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="320" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 320</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200" PAGE.FIRST="140" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 200, p. 140</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 66, p. 6</REF.DOC.OJ>). L-Artikolu 152 tar-Regolament Nru 1303/2013, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Dispożizzjonijiet tranżizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[d]an ir-Regolament m’għandu jaffettwa la l-kontinwazzjoni u lanqas il-modifika, inkluża l-kanċellazzjoni totali jew parzjali ta’ assistenza approvata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, jew ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil‑<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>. Dak ir-Regolament jew tali leġiżlazzjoni applikabbli oħra għandhom konsegwentement ikomplu japplikaw wara l-<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE> għal din l-għajnuna jew l-operazzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Għaldaqstant, huma d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1083/2006 li jirregolaw dawn il-proċeduri.</P></NOTE>. Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-proċedura prinċipali tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> fis-sens ta’ dan ir-regolament, li fir-rigward tagħha Stat Membru għandu jwettaq korrezzjoni finanzjarja u jirkupra l-finanzjament ikkonċernat kollu jew parti minnu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 2988/95</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2988/95<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat‑<DATE ISO="19951218">18 Diċembru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).</P></NOTE> jistabbilixxi regoli ġenerali għal sorveljanza u penali bl-għan li jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandha tfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Komunità li jirriżulta minn att jew nuqqas ta’ operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali tal-Komunità jew il-budget mmexxi minnhom, jew billi jnaqqas jew jitlef id-dħul li jakkumula minn riżorsi tagħhom stess miġbura direttament għan-nom tal-Komunità, jew permezz ta’ nefqa mhux ġustifikata.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1080/2006</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1080/2006<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20060705">5 ta’ Lulju 2006</DATE> dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 210, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li jistabbilixxi l-inkarigi tal-FEŻR, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-assistenza tiegħu fir-rigward tal-għanijiet iddefiniti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u r-regoli dwar l-eliġibbiltà għal assistenza, jistabbilixxi, fl-Artikolu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Skond l-Artikolu 160 tat-Trattat u r-Regolament (KE) Nru 1083/2006, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ l-għajnuna li timmira għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali billi jiġu rimedjati l-iżbilanċi reġjonali prinċipali permezz ta’ sostenn għall-iżvilupp u l-aġġustament strutturali ta’ l-ekonomiji reġjonali, inklużi l-konversjoni ta’ reġjuni industrijali fi stat ta’ deklin u reġjuni li baqgħu lura, u sostenn għall-koperazzjoni trans-konfinali, transnazzjonali u inter-reġjonali.</ALINEA><ALINEA>Waqt li jagħmel dan, il-FEŻR għandu jagħti effett lill-prijoritajiet tal-Komunità, u b’mod partikolari l-ħtieġa li jissaħħu l-kompetittività u l-innovazzjoni, li jinħolqu u jiġu salvagwardjati impjiegi sostenibbli, u li jiġi żgurat żvilupp sostenibbli.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1083/2006</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1083/2006 stabbilixxa r-regoli ġenerali li jirregolaw il-FEŻR, kif ukoll il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (flimkien, iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Fondi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), għall-perijodu 2007‑2013. Dan jistabbilixxi, inter alia, il-prinċipji u r-regoli dwar ġestjoni finanzjarja, sorveljanza u kontroll fuq il-bażi ta’ responsabbiltajiet maqsuma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-premessi 22, 28, 60, u 61 tar-Regolament Nru 1083/2006 jispjegaw li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>(22)</NO.P><TXT>L-attivitajiet tal-Fondi u l-operazzjonijiet li huma jgħinu jiffinanzjaw għandhom ikunu koerenti mal-linji politiċi l-oħra tal-Komunità u jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(28)</NO.P><TXT>Taħt l-Artikolu 274 tat-Trattat, fil-kuntest ta’ tmexxija kondiviża, il-kondizzjonijiet li jippermettu lill-Kummissjoni twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha għall-implementazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jiġu speċifikati u r-responsabbiltajiet ta’ koperazzjoni mill-Istati Membri jiġu ċċarati. Bl-applikazzjoni ta’ dawn il-kondizzjonijiet il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tiżgura li l-Istati Membri jużaw il-Fondi b’mod legali u regolari u skond il-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba fis-sens tar-Regolament Finanzjarju.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(60)</NO.P><TXT>Skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u suġġett għall-eċċezzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 […] fir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20060705">5 ta’ Lulju 2006</DATE> dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 210, p. 12</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>] u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament (KE) Nru 1084/2006 tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE> li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/94 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="79" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 210, p. 79</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>], għandu jkun hemm regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà ta’ l-infiq.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(61)</NO.P><TXT>Sabiex ikunu żgurati l-effikaċja, il-ġustizzja u l-impatt sostenibbli ta’ l-intervent tal-Fondi, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet li jiggarantixxu li l-investmenti fin-negozji jdumu fit-tul u li jimpedixxu l-użu ta’ dawn il-Fondi għal skopijiet ta’ vantaġġ mhux dovut. Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-investmenti li jgawdu minn għajnuna mogħtija taħt il-Fondi jistgħu jitħassru matul perjodu twil biżżejjed.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006 jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (f’termini mhux dissimili għal dawk tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95) bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku li għandu, jew li kieku jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea billi tiġi addebitata nefqa mhux ġustifikata lill-baġit ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1), azzjoni meħuda mill-Unjoni skont dak li issa huwa l-Artikolu 174 TFUE għandha tkun imfassla sabiex issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Unjoni mkabbra sabiex jitmexxa ’l quddiem l-iżvilupp armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli tal-Unjoni. Din l-azzjoni għandha tkun immirata sabiex tnaqqas id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali li żviluppaw b’mod partikolari f’pajjiżi u reġjuni li l-iżvilupp tagħhom għadu lura u b’rabta mar-ristrutturazzjoni ekonomika u soċjali u max-xjuħija tal-popolazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara wkoll il-premessa 1.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza mill-Fondi tkun konsistenti mal-attivitajiet, politiki u prijoritajiet tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 9(5), operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi għandhom josservaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u tal-atti adotatti skontu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 tar-Regolament Nru 1083/2006, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Eliġibbiltà tan-nefqa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="056.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Infiq, inkluż għal proġetti kbar, għandu jkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi jekk ġie verament imħallas bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programmi operattivi lill-Kummissjoni jew mill‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, skond liema data tiġi l-ewwel, u l‑<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>. L-operazzjonijiet m’għandhomx ikunu tlestew qabel id-data tal-bidu għall-eliġibbiltà.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="056.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi fil-każ biss fejn kellha titħallas għal operazzjonijiet deċiżi mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm operattiv konċernat jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, skond il-kriterji stabbiliti mill-kumitat ta’ sorveljanza.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="056.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ l-infiq għandhom ikunu stabbiliti fil-livell nazzjonali suġġett għall-eċċezzjoni prevista fir-Regolamenti speċifiċi għal kull Fond. Huma għandhom ikopru n-nefqa pubblika kollha ddikjarata taħt il-programm operattiv.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 57 tar-Regolament Nru 1083/2006, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>It-tul ta’ żmien ta’ l-operazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="057.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw li operazzjoni li tinkludi investiment fl-infrastruttura jew investiment produttiv tibqa’ żżomm il-kontribuzzjoni mill-Fondi biss jekk dik l-operazzjoni, fi żmien ħames snin qabel it-tlestija tagħha, ma ġġarrabx modifika sostanzjali kkawżat minn bidla fid-dritt ta’ proprjetà ta’ xi element ta’ infrastruttura jew mill-waqfien ta’ xi attività produttiva u li taffettwa n-natura jew il-kondizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni jew tagħti lil xi kumpannija jew korp pubbliku xi vantaġġ mhux dovut.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 1083/2006:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-implementazzjoni tal-programm operattiv skond il-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u b’mod partikolari sabiex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tiżgura li l-operazzjonijiet jiġu magħżula għall-finanzjament skond il-kriterji applikabbli għall-programm operattiv u li jikkonformaw mar-regoli Komunitarji u nazzjonali applikabbli għall-perjodu sħiħ ta’ l-implementazzjoni tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tivverifika li l-prodotti u s-servizzi ko-finanzjati ġew konsenjati u li n-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji għall-operazzjonijiet tkunu saret tassew u tkun konformi mar-regoli Komunitarji u nazzjonali; […]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 70 tar-Regolament Nru 1083/2006, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Ġestjoni u kontroll<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="070.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi operattivi b’mod partikolari permezz tal-miżuri li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-programmi operattivi huma stabbiliti skond l-Artikoli 58 sa 62 u jaħdmu b’mod effettiv;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jipprevjenu, jindividwaw u jikkorreġu rregolaritajiet u jirkupraw ammonti li tħallsu indebitament flimkien ma’ l-imgħax fuq ħlasijiet li saru tard fejn ikun il-każ. Huma għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni, u jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-proċedimenti amminstrattivi u legali.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="070.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta ammonti mħallsa indebitament lil benefiċjarju ma jistgħux jiġu rkuprati, l-Istat Membru huwa responsabbli sabiex jirrimborża l-ammonti mitlufa lill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, meta jiġi stabbilit li t-telf iġġarrab minħabba tort jew negliġenza tiegħu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 88(1) tar-Regolament Nru 1083/2006 jipprovdi, inter alia, li, għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>operazzjoni tkun meqjusa lesta fejn l-attivitajiet li jaqgħu taħtha jkunu saru tassew u li l-infiq kollu mill-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti jkunu tħallsu.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 98(1) ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jerfgħu r-responsabbiltà sabiex jinvestigaw irregolaritajiet, waqt li jaġixxu fuq il-provi ta’ kull bidla maġġuri li taffettwa n-natura ta’ jew il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni jew il-kontroll ta’ operazzjonijiet jew programmi operattivi u jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara wkoll il-premessa 65.</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 98(2), l-Istat Membru għandu jagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa rigward l-irregolaritajiet individwali jew sistematiċi li jiġu individwati f’operazzjonijiet jew programmi operattivi. Dawn il-korrezzjonijiet jinkludu l-kanċellament tal-kontribuzzjoni pubblika kollha jew parti minnha għall-programm operattiv, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju għall-Fondi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1828/2006</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1828/2006<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat‑<DATE ISO="20061208">8 ta’ Diċembru 2006</DATE> li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="371" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 371, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="045" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 45, p. 3</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1083/2006 u tar-Regolament Nru 1080/2006 fir-rigward, inter alia, ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u irregolaritajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1828/2006, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Awtorità ta’ ġestjoni u kontrolluri<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ l-għażla u ta’ l-approvazzjoni ta’ l-operazzjonijiet taħt l-Artikolu 60(a) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura ruħha li l-benefiċjarji jkunu informati dwar il-kondizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-prodotti jew is-servizzi li għandhom jiġu fornuti taħt l-operazzjoni, il-pjan ta’ finanzjament, il-limitu ta’ żmien għall-eżekuzzjoni, u l-informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra li għandha tinżamm u tiġi kkomunikata.</ALINEA><ALINEA>Għandha tkun żgura li l-benefiċjarju jkollu l-kapaċità li jissodisfa dawn il-kondizzjonijiet qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta’ l-approvazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1828/2006, fit-Taqsima 4 tiegħu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>L-irregolaritajiet<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kwalunkwe persuna fiżika jew legali jew entità oħra li tieħu sehem fl-implimentazzjoni ta’ għajnuna mill-Fondi, ħlief għal Stat Membru li jeżerċita l-prerogattivi tiegħu bħala awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 1828/2006 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kwalunkwe irregolaritajiet li kienu s-suġġett ta’ sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, bl-ispeċifikazzjoni, inter alia, tad-dispożizzjoni li ġiet miksura, il-prattiki użati fit-twettiq tal-irregolaritajiet u, fejn applikabbli, jekk il-prattika tirriżultax f’suspett ta’ frodi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Punt 16.1 tar-Regolament tal-Kabinett Nru 200, li jikkonċerna l-ewwel stadju ta’ selezzjoni ta’ proposti għal proġetti relatati mal-attività <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Investimenti ta’ valur miżjud għoli<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fl-Anness 2.1.2.4 tal-programm operazzjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Intrapriżi u Innovazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>investimenti fit-tul għandhom ikunu eliġibbli biss jekk jintużaw fil-post tal-eżekuzzjoni tal-proġett imsemmi fl-applikazzjoni u fil-kuntest tal-attività ekonomika tal-benefiċjarju<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Punt 17.1 ta’ dan ir-regolament jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>fil-kuntest tal-attività, l-infiq segwenti jitqies infiq eliġibbli: infiq relatat max-xiri ta’ apparat (u impjant) ġdid li huwa direttament marbut mal-proċess ta’ produzzjoni jew il-provvista ta’ servizzi fis-settur li fih il-proġett għandu jiġi implimentat […]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Punt 2.1 tar-Regolament tal-Kabinett Nru 740 dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Proċeduri għar-rappurtar ta’ irregolaritajiet individwati fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea, għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-użu tal-finanzjament mogħti u l-irkupru ta’ nfiq irregolari<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>irregolarità għandha tiġi interpretata bħala kwalunkwe att li jikser kwalunkwe dispożizzjoni tad-dritt Latvjan jew tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1774 tal-Kodiċi Ċivili Latvjan jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>mhux meħtieġ li telf aċċidentali jiġi kkumpensat minn xi ħadd. Għaldaqstant, jekk ostakolu mhux previst jipprevjeni persuna milli twettaq obbligu li hija tkun assumiet, din il-persuna għandha titqies li wettqet l-obbligu, sakemm hija ma tkunx aċċettat f’kuntratt ir-riskju ta’ telf aċċidentali.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20100407">7 ta’ April 2010</DATE>, ir-rikorrenti fil-proċedura prinċipali, SIA <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Elme Messer Metalurgs<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>EMM<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>), ikkonkludiet kuntratt mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Latvijas Investīciju un attīstības aģentūra<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> (l-Aġenzija tal-Latvja għall-Investiment u l-Iżvilupp, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>) li skontu EMM ingħatat kofinanzjament mill-FEŻR għal proġett intiż sabiex joħloq faċilità ġdida għall-produzzjoni ta’ ċerti gassijiet industrijali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>). Kien previst li din il-faċilità tifforma parti mill-operazzjoni tal-impjant metallurġiku ta’ AS <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Liepājas Metalurgs<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>LM<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>), li wkoll kienet parti fil-kuntratt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>L-obbligi ta’ LM skont il-kuntratt kienu limitati għall-kiri ta’ proprjetà.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-implimentazzjoni tal-proġett bdiet dakinhar stess u kellha titlesta sas‑<DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>. L-apparat neċessarju nxtara u ġie installat, l-esperti ġew irreklutati u mħarrġa, u l-faċilità tal-produzzjoni bdiet topera. Sabiex tikseb dan, EMM investiet EUR <FT TYPE="NUMBER">12283</FT> 579.00 mill-fondi tagħha stess, kif ukoll l-assistenza finanzjarja tal-FEŻR mogħtija lilha permezz ta’ pagamenti provviżorji, li ammontaw għal EUR <FT TYPE="NUMBER">2212</FT> 511.14.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20130103">3 ta’ Jannar 2013</DATE>, EMM issottomettiet rapport finali ta’ eżekuzzjoni dwar il-proġett lill-Aġenzija, li ssupplimentatu fis‑<DATE ISO="20130207">7 ta’ Frar 2013</DATE>, b’talba sabiex il-pagament finali ta’ EUR 737 488.86 permezz ta’ assistenza tal-FEŻR jiġi ttrasferit lilha skont il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fil-bidu tal‑2013, LM beda jkollha problemi ta’ likwidità. Minħabba li l-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ EMM stabbiliti fil-pjan kummerċjali tagħha kien direttament dipendenti fuq l-attività kummerċjali ta’ LM, l-Aġenzija esprimiet tħassib li EMM tista’ tkun inkapaċi li twettaq l-obbligi tagħha skont il-kuntratt u li tissodisfa dawn l-obbligi – jiġifieri li żżomm produzzjoni ta’ mhux inqas minn madwar 50.5 miljun m<HT TYPE="SUP">3</HT> kull sena, u li tiżgura żieda medja fil-volum ta’ dħul mill-bejgħ ta’ almenu 20 % matul l-ewwel sentejn wara t-twettiq tal-proġett. L-Aġenzija għaldaqstant issospendiet il-pagament tal-assistenza finanzjarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20131112">12 ta’ Novembru 2013</DATE>, tħabbar li nbdew proċeduri ta’ insolvenza kontra LM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ddatata t‑<DATE ISO="20140728">28 ta’ Lulju 2014</DATE> l-Aġenzija talbet li EMM tipprovdi dokumenti li jinkludu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-proġett, bl-indikazzjoni li hija tista’ tittermina l-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-impjant metallurġiku ta’ LM ġie akkwistat f’xi punt minn KVV <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Liepājas Metalurgs<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Bħala konsegwenza, EMM ma setgħetx tkompli l-attività ekonomika tagħha. Hija informat lill-Aġenzija dwar dan u pproponiet għażliet ta’ ristrutturazzjoni kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20160331">31 ta’ Marzu 2016</DATE>, l-Aġenzija kitbet lil EMM. Wara li identifikat ċerti problemi bl-impjant metallurġiku Liepājas Metalurgs, hija nnotifikat lil EMM li kienet qiegħda tittermina l-kuntratt unilateralment. L-Aġenzija ġġustifikat din it-terminazzjoni minħabba li, waqt l-implimentazzjoni tal-proġett, EMM wettqet ksur serju, speċifikament billi naqset sostanzjalment mill-obbligi stabbiliti fil-pjan kummerċjali ta’ EMM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>EMM ippreżentat rikors kontra l-Aġenzija fil-qorti tar-rinviju, fejn talbet li l-avviż li ttermina l-kuntratt jiġi ddikjarat invalidu. Hija ddikjarat li, bit-terminazzjoni unilaterali tal-kuntratt, l-Aġenzija kisret il-prinċipju ta’ bona fide, minħabba li EMM ma kisritx l-obbligi kuntrattwali tagħha u huwa paċifiku li hija użat l-assistenza finanzjarja mogħtija lilha għal inkarigi assoċjati mal-implimentazzjoni tal-proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>L-Aġenzija tissottometti li l-problemi finanzjarji ta’ LM u l-interruzzjoni tal-attività ekonomika tagħha ma għandhomx jitqiesu bħala ostakolu mhux prevedibbli fis-sens tal-Artikolu 1774 tal-Kodiċi Ċivili Latvjan. Minflok, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-proċedura prinċipali għandha titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006 u Punt 2.1 tar-Regolament tal-Kabinett Nru 740. Bħala konsegwenza, l-Aġenzija kienet intitolata tirkupra l-finanzjament diġà mogħti skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kabinett Nru 740.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-Aġenzija għaldaqstant ressqet kontrotalba kontra EMM, li permezz tagħha hija qiegħda tfittex li tirkupra t-totalità tal-assistenza finanzjarja diġà mħallsa lil din tal-aħħar – jiġifieri, EUR <FT TYPE="NUMBER">2212</FT> 511.14 – kif ukoll l-interessi moratorji miżjuda matul il-perijodu mit‑<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE> sal‑<DATE ISO="20170214">14 ta’ Frar 2017</DATE>, li jammontaw għal EUR 670 390.53.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>EMM issostni li r-Regolament Nru 1083/2006, li jistabbilixxi li irregolarità hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi [tal-Unjoni] li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, ma jistax jiġi applikat f’din il-kawża. Is-sitwazzjoni li fiha EMM ma setgħetx tuża l-faċilità ta’ produzzjoni bħala parti mill-attività ekonomika tagħha ma seħħitx b’riżultat ta’ att jew ommissjoni attribwibbli lil EMM, iżda minħabba li l-impjant <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Liepājas Metalurgs<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> waqaf jopera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-konklużjoni tal-proċedura prinċipali tiddependi ħafna fuq jekk seħħitx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> jew le fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006. Fil-fehma tagħha, huwa biss jekk tiġi stabbilita irregolarità bħal din li l-Aġenzija tkun intitolata tirrifjuta li tkompli l-finanzjament u tirkupra l-finanzjament diġà mogħti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi r-Rēzeknes tiesa (il-Qorti Distrettwali ta’ Rēzekne) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>L-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni li fiha l-benefiċjarju tal-finanzjament ma jkunx fil-pożizzjoni li jilħaq il-livell ta’ volum ta’ dħul mill-bejgħ previst matul il-perijodu rilevanti, minħabba li matul dan il-perijodu seħħ il-waqfien tal-attività kummerċjali jew l-insolvenza tal-uniku soċju tiegħu, għandha tiġi kkunsidrata bħala att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku (benefiċjarju tal-finanzjament) li għandu, jew jista’ jkollu bħala konsegwenza li jiġi ppreġudikat il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea?<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Ġew sottomessi osservazzjonijiet bil-miktub minn EMM, l-Aġenzija, il-Gvern Estonjan u l-Gvern Latvjan, u l-Kummissjoni Ewropea. Fis-seduta li nżammet fil‑<DATE ISO="20191211">11 ta’ Diċembru 2019</DATE>, dawn il-partijiet, kif ukoll il-Gvern Ċek, għamlu sottomissjonijiet orali u wieġbu għad-domandi magħmula lilhom mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Gvern Estonjan issottomettew li ċerti elementi tal-kuntest fattwali u legali tal-proċedura prinċipali ma jistgħux jiġu inferiti mid-deċiżjoni tar-rinviju. Dan iqajjem il-mistoqsija jekk it-talba għal deċiżjoni preliminari hijiex ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li, fil-kuntest tal-kooperazzjoni stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, il-qorti nazzjonali hija marbuta li tosserva bir-reqqa r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari u li jissemmew b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun ta’ użu għall-qorti nazzjonali u sabiex tippermetti lill-gvernijiet tal-Istati Membri kif ukoll lill-partijiet interessati l-oħra jippreżentaw osservazzjonijiet skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Audace <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑114/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:813">EU:C:2016:813</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. F’dan il-kuntest, peress li t-talba għal deċiżjoni preliminari sservi ta’ bażi għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa indispensabbli li l-qorti nazzjonali tispjega, f’din it-talba, inter alia, il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-proċedura prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, f’dan is-sens, id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Google Ireland u Google Italy</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑322/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:672">EU:C:2016:672</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Madankollu, minħabba l-ispirtu ta’ kooperazzjoni li jeżisti fir-relazzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari, l-assenza ta’ ċerti konstatazzjonijiet magħmula minn qabel mill-qorti tar-rinviju ma twassalx neċessarjament għall-inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari jekk, minkejja dawn in-nuqqasijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl tal-elementi li jirriżultaw mill-proċess, jidhrilha li tkun f’pożizzjoni li tagħti risposta utli lill-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Google Ireland u Google Italy</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑322/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:672">EU:C:2016:672</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Huwa veru li l-informazzjoni pprovduta fid-deċiżjoni tar-rinviju hija inqas minn eżawrjenti f’ċerti aspetti, partikolarment fir-rigward tal-kontenut preċiż u n-natura tal-obbligi ta’ EMM skont il-kuntratt. Minkejja dan, nikkunsidra li d-deċiżjoni tar-rinviju tinkludi materjal fattwali u legali suffiċjenti li jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi risposta li tkun ta’ użu għall-qorti tar-rinviju fis-soluzzjoni tat-tilwima quddiemha. B’mod partikolari, huwa ċar mill-materjal quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-konklużjoni tat-tilwima fil-proċedura prinċipali fil-fatt tiddependi fuq jekk seħħitx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> jew le. Interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett, fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006, hija għaldaqstant essenzjali sabiex tippermetti lill-qorti tar-rinviju ssolvi t-tilwima quddiemha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf jekk sitwazzjoni bħal dik fil-proċedura prinċipali – li fiha benefiċjarju ta’ assistenza finanzjarja mill-FEŻR ma jkunx jista’ jilħaq ċerti għanijiet tal-operazzjoni inkwistjoni minħabba li l-uniku soċju kummerċjali jew klijent tiegħu waqqaf l-attività ekonomika tiegħu jew sar insolventi – tikkostitwixxix irregolarità fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Irregolarità, kif iddefinita minn din id-dispożizzjoni, tinkludi tliet elementi. Għandu jkun hemm (i) ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, (ii) li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku, (iii) li għandu, jew li kieku jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni billi tiġi addebitata nefqa mhux iġġustifikata lil dan il-baġit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ irregolarità fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006, huwa għaldaqstant neċessarju li jiġi ddeterminat jekk kull waħda minn dawn it-tliet kundizzjonijiet (kumulattivi) ġietx issodisfatta.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> għandu jiġi interpretat li jkopri mhux biss ksur tad-dritt tal-Unjoni iżda wkoll ksur ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli għall-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Județul Neamț</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑260/14 u C‑261/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:360">EU:C:2016:360</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u l-konklużjonijet tal-Avukat Ġenerali Bot f’dawn il-kawżi (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:7">EU:C:2016:7</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija sostnuta kemm mill-kuntest leġiżlattiv kif ukoll mill-għanijiet tar-Regolament Nru 1083/2006. B’mod partikolari, l-Artikolu 60(a) tar-Regolament Nru 1083/2006 jeħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jiżguraw li operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>jikkonformaw mar-regoli [tal-Unjoni] u nazzjonali applikabbli għall-perjodu sħiħ ta’ l-implementazzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> (enfasi miżjuda minni). Jekk ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, li jikkontribwixxu sabiex jiġi żgurat li d-dritt tal-Unjoni rigward il-ġestjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jiġi applikat b’mod xieraq, ma setax jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006, dan jista’ jipperikola għan prinċipali mfittex mil-leġiżlatur tal-Unjoni f’dan il-qasam, jiġifieri li jiġi żgurat li fondi tal-Unjoni jintużaw b’mod xieraq u effettiv sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Județul Neamț</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑260/14 u C‑261/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:360">EU:C:2016:360</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> fl-Artikolu 2(36) tar-Regolament Nru 1303/2013 issa tirreferi espressament għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>kwalunkwe ksur tal-liġi tal-Unjoni jew ta’ liġi nazzjonali relatata mal-applikazzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> (enfasi miżjuda minni).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha taċċerta jekk seħħx ksur tad- tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward l-applikazzjoni tal-finanzjament tal-FEŻR f’din il-kawża. B’mod partikolari, hija din il-qorti li għandha tiddetermina jekk, kif l-Aġenzija tissottometti fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, EMM kisritx il-kuntratt u dispożizzjonijiet varji tad-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>F’dan ir-rigward, l-Aġenzija tiċċita, inter alia, l-Artikolu 15(2)(1) tal-Eiropas Savienības struktūrfondu un Kohēzijas fondu vadības likums (il-Liġi Latvjana dwar il-Ġestjoni tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea), li skontu l-benefiċjarju ta’ sussidju huwa meħtieġ li jiżgura li l-proġett iffinanzjat minn fond tal-Unjoni jitwettaq skont it-termini ta’ kuntratt ta’ dritt ċivili. Għaldaqstant, skont l-Aġenzija, EMM awtomatikament kisret din id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali billi naqset milli tosserva t-termini tal-kuntratt.</P></NOTE> billi naqset milli twettaq attività ekonomika bl-apparat akkwistat fil-kuntest tal-operazzjoni inkwistjoni u billi naqset milli tilħaq l-għanijiet ta’ din l-operazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li s-sistema ta’ sussidji żviluppata fir-regoli tal-Unjoni hija bbażata, inter alia, fuq it-twettiq mill-benefiċjarju ta’ serje ta’ obbligi li jagħtuh dritt għall-ġbir tal-għajnuna finanzjarja prevista. Jekk il-benefiċjarju ma jwettaqx dawn l-obbligi kollha li għalihom ġie suġġett l-għoti ta’ assistenza, huwa ma jistax jibbaża ruħu fuq il-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba bil-għan li jikseb il-pagament tal-bqija tal-ammont totali tal-għajnuna inizjalment mogħtija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080313">13 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging Nationaal Overlegorgaan Sociale Werkvoorziening <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑383/06 sa C‑385/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:165">EU:C:2008:165</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti nazzjonali għandha tevalwa jekk l-elementi tal-kuntratt li EMM allegatament kisret kinux fil-fatt (i) termini formali tal-kuntratt, minflok dikjarazzjonijiet ta’ xewqa, u (ii) (jekk iva) termini essenzjali tiegħu, mill-perspettiva li jiġi żgurat li l-fondi tal-Unjoni jintużaw b’mod xieraq u effettivament sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Huwa biss meta ż-żewġ kundizzjonijiet jiġu ssodisfatti li tista’ tkun twettqet irregolarità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Għaldaqstant, pereżempju, ksur ta’ terminu li ż-żoni ta’ reception kollha ta’ bini għandhom jitpenġew bl-abjad billi għall-kuntrarju jitpenġew magnolja jaf ma jissodisfax il-kundizzjoni (i) u ċertament ma jissodisfax il-kundizzjoni (ii).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali għandha tivverifika wkoll jekk il-benefiċjarju kienx suffiċjentement informat mill-Aġenzija dwar l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-operazzjoni inkwistjoni. Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1828/2006, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarji jkunu informati, inter alia, dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-prodotti jew servizzi li għandhom jiġu pprovduti skont l-operazzjoni u t-terminu għall-eżekuzzjoni. Iktar minn hekk, fejn benefiċjarju ta’ assistenza finanzjarja mill-Fondi ma huwiex f’pożizzjoni li jaċċerta b’mod inekwivoku x’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħu u li jieħu passi xierqa, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi invokazzjoni ta’ dawn l-obbligi kontra l-benefiċjarju, sakemm huwa possibbli li tiġi stabbilita l-bona fide tal-benefiċjarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>ROM‑projecten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑158/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:370">EU:C:2007:370</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>L-Aġenzija tiddikjara wkoll li EMM kisret ir-rekwiżit ta’ durabbiltà stabbilit fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament Nru 1083/2006 u għaldaqstant kisret id-dritt tal-Unjoni kif ukoll id-dritt nazzjonali. Skont il-materjal quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ma jidhirlix li din id-dispożizzjoni tista’ tiġi invokata hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Kif il-premessa 61 tar-Regolament 1083/2006 tagħmilha ċara, ir-rekwiżit ta’ durabbiltà stabbilit fl-Artikolu 57(1) ta’ dan ir-regolament huwa intiż li jiżgura li l-investimenti mill-Fondi jkollhom impatt fit-tul fuq ir-reġjuni inkwistjoni u ma jintużawx sabiex jiġi introdott vantaġġ mhux dovut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-Artikolu 57(1) tar-Regolament Nru 1083/2006 għaldaqstant jipprevedi li l-Istat Membru jew awtorità ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw li operazzjonijiet li jinkludu investiment fl-infrastruttura jew investiment produttiv iżommu l-kontribut mill-Fondi biss jekk dawn l-operazzjonijiet ma jwettqux modifika sostanzjali, filwaqt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni, fi żmien ħames snin mit-twettiq tagħhom. L-Artikolu 57(1) għaldaqstant jiskatta biss meta operazzjoni legalment tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>lesta<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>L-Artikolu 88(1) tar-Regolament Nru 1083/2006 jipprevedi li, għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament, operazzjoni titqies lesta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>fejn l-attivitajiet li jaqgħu taħtha jkunu saru tassew u li l-infiq kollu mill-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti jkunu tħallsu<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, operazzjoni ma titqiesx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>lesta<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> għall-għanijiet tar-Regolament Nru 1083/2006 jekk tkun meħtieġa iktar attività sabiex tlesti l-operazzjoni jew ikun għad fadal iktar pagamenti xi jsiru lill-benefiċjarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara wkoll in-nota ta’ gwida tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20100421">21 ta’ April 2010</DATE> relatata ma’ għeluq parzjali (skont l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006) (COCOF 08/0043/03), p. 3.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Kif il-Kummissjoni indikat fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, ma huwiex ċar mid-deċiżjoni tar-rinviju jekk EMM effettivament wettqitx l-attivitajiet skont l-operazzjoni inkwistjoni. Din hija kwistjoni li l-qorti nazzjonali għandha tistabbilixxi u jiena bl-ebda mod ma jien ser nagħti ġudizzju fuqha. Li huwa ċar mid-dokumenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja huwa li l-kontribuzzjoni pubblika ma ġietx imħallsa bis-sħiħ. Kif l-Aġenzija indikat fl-osservazzjonijeit bil-miktub tagħha, hija ma ttrasferixxietx lil EMM il-pagament finali previst skont il-kuntratt, li jammonta għal EUR 737 488.86.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Minħabba li l-kontribuzzjoni pubblika ma ġietx imħallsa bis-sħiħ, isegwi li l-operazzjoni ma tlestietx fis-sens tal-Artikolu 88(1) tar-Regolament Nru 1083/2006. L-Artikolu 57(1) ta’ dan ir-regolament għaldaqstant ma ġiex skattat, minħabba li r-rekwiżit ta’ durabbiltà li dan jistabbilixxi japplika għall-perijodu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>fi żmien ħames snin mid-data tat-tlestija ta’ l-operazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ir-rabta bejn ir-rekwiżit tad-durabbiltà u l-pagament tal-kontribuzzjoni pubblika hija iktar espliċita fir-Regolament Nru 1303/2013, li l-Artikolu 71(1) tiegħu jipprovdi li r-rekwiżit dwar id-durabbiltà tal-operazzjonijiet għandu japplika għall-perijodu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>fi żmien ħames snin mill-pagament finali lill-benefiċjarju<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> (enfasi miżjud).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Jiena nżid li, apparti li jmur kontra t-testi applikabbli, jidhrili li jkun ukoll irraġonevoli, fil-fehma tiegħi, li jiġi impost tali rekwiżit fuq benefiċjarju li għadu ma rċeviex il-kontribuzzjoni pubblika sħiħa li tikkorrispondi għall-infiq eliġibbli li huwa wettaq fir-rigward tal-operazzjoni inkwistjoni. Mingħajr aċċess għall-miżura sħiħa ta’ din l-assistenza finanzjarja l-benefiċjarju jista’ ma jkollux il-mezzi sabiex jiżgura d-durabbiltà fit-tul ta’ din l-operazzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>It-tieni kundizzjoni kumulattiva stabbilita fid-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006 hija li l-ksur għandu jirriżulta minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma huwiex iddefinit fir-Regolament Nru 1083/2006. Madankollu, l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1828/2006, li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1083/2006, jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>kwalunkwe persuna fiżika jew legali jew entità oħra li tieħu sehem fl-implimentazzjoni ta’ għajnuna mill-Fondi, ħlief għal Stat Membru li jeżerċita l-prerogattivi tiegħu bħala awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Sitwazzjoni li fiha benefiċjarju ta’ assistenza mill-Fondi jikser dispożizzjoni ta’ dritt tal-Unjoni jew dispożizzjoni rilevanti ta’ dritt nazzjonali minħabba li l-uniku soċju jew klijent tiegħu jwaqqaf attività jew isir insolventi, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>att jew ommissjoni minn [dan l-]operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-fehma sostnuta minn EMM fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>att jew ommissjoni<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006 ma huwiex limitat għal atti intenzjonalment frawdolenti. Il-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam tagħmel distinzjoni ċara bejn il-kategorija wiesgħa ta’ irregolaritajiet, li sempliċement jinvolvu miżura amministrattiva li tirtira l-vantaġġ miksub indebitament, u s-subkategorija iktar dejqa ta’ irregolaritajiet intenzjonali jew dawk ikkawżati b’negliġenza, li tista’ tattira penali amministrattivi jew – fil-każ ta’ irregolaritajiet frawdolenti – tirriżulta fi proċeduri kriminali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament Nru 2988/95, dwar irregolaritajiet inġenerali u irregolaritajiet intenzjonali jew dawk ikkawżati b’negliġenza, rispettivament. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat f’Județul Neamț, peress li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>r-Regolamenti Nru 2988/95 u Nru 1083/2006 jagħmlu parti mill-istess dispożittiv, li jiżgura l-ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ din tal-aħħar, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 u tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006, jitlob interpretazzjoni uniformi<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Județul Neamț</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑260/14 u C‑261/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:360">EU:C:2016:360</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’mod partikolari, kif l-Aġenzija indikat tajjeb fis-seduta, ir-rekwiżit ta’ rappurtar fl-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 1828/2006 jirrikjedi li l-Istat Membru kkonċernat jispeċifika lill-Kummissjoni jekk irregolarità partikolari tinvolvix suspett ta’ frodi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>[F]rodi suspettat<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1828/2006 bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>irregolarità li tagħti lok għall-bidu ta’ proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji fuq livell nazzjonali sabiex tiġi stabbilita l-preżenza ta’ mġiba intenzjonata, fi frodi partikolari, kif jissemma fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1 (1) tal-Konvenzjoni mfassla a bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>.</P></NOTE>. Dan ma jkunx neċessarju jekk il-frodi kienu element essenzjali ta’ irregolarità. Għaldaqstant, irregolarità tista’ tiġi stabbilita anki jekk l-att jew l-ommissjoni inkwistjoni jkunu nieqsa minn kwalunkwe intenzjoni frawdolenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara Justyna Łacny, Lech Paprzycki u Eleonora Zielińska, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>The System of Vertical Cooperation in Administrative Investigations Cases<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, Toward a Prosecutor for the European Union, Volume 1: A Comparative Analysis, Hart Publishing, 2013, pp. 805‑807.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Madankollu, bl-inklużjoni tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> fid-definizzjoni ta’ irregolarità, il-leġiżlatur impona kundizzjoni li l-ksur inkwistjoni għandu jkun attribwibbli għal att jew ommissjoni mill-operatur innifsu. Fi kliem ieħor, għandu jkun hemm rabta adegwata ta’ kawżalità bejn il-ksur u l-att jew ommissjoni imputabbli lill-operatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Il-verżjonijiet ta’ lingwi varji tar-Regolament Nru 1083/2006 jużaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>resulting from<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>résultant de<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>als Folge<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>derivante da<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>, u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>correspondiente a<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> fil-verżjoni Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana u Spanjola rispettivament, li kollha jikkonfermaw li rabta kawżali hija meħtieġa bejn il-ksur u l-att jew ommissjoni inkwistjoni.</P></NOTE>. Għaldaqstant, f’Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li sitwazzjoni fejn rifużjoni fuq l-esportazzjoni tkun tħallset indebitament lil operatur minħabba żball tal-awtoritajiet nazzjonali, ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> fis-sens tar-Regolament Nru 2988/95, minħabba li l-ħlas żejjed indebitu ma rriżultax minn att jew ommissjoni ta’ dan l-esportatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑281/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:6">EU:C:2009:6</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-konklużjonijiet tiegħi f’dik il-kawża, jiena esplorajt jekk l-esportatur setax madankollu wettaq irregolarità permezz ta’ ommissjoni billi jonqos milli jivverifika l-ammont imħallas lilu u li jindika l-iżball lill-awtoritajiet nazzjonali (konklużjonijiet f’Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank, <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑281/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:522">EU:C:2008:522</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, puni 35 u 36). Il-konsegwenza li ma jiġix ikkonstatat li twettqet irregolarità kienet li l-perijodu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin applikabbli għal irregolaritajiet ma intervjeniex sabiex jipproteġi lill-esportatur mill-irkupru tardiv tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni mħallsa indebitament.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jidhirlix li jista’ jingħad li ksur jirriżulta minn att jew ommissjoni imputabbli lill-operatur meta l-kawża aħħarija ta’ dan tkun tibsab f’ċirkustanzi esterni li huma lil hinn mill-kontroll tal-operatur, bħall-insolvenza tal-uniku sieħeb kummerċjali tiegħu. Ikun mod ieħor biss jekk, minkejja l-eżistenza ta’ dawn iċ-ċirkustanzi esterni, il-ksur jista’ madankollu jkun attribwit b’mod xieraq għall-imġiba tal-operatur – fejn, pereżempju, naqas milli jeżerċita l-attenzjoni kollha xierqa sabiex jevita l-konsegwenzi ta’ dawn iċ-ċirkustanzi. F’sitwazzjoni bħal din, il-ksur fil-fatt jirriżulta mill-imġiba tal-operatur (l-att jew l-ommissjoni tiegħu) iktar milli miċ-ċirkustanzi esterni bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija konformi mal-għan ġenerali tal-Fondi, u tal-FEŻR b’mod partikolari. L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1083/2006 jindika li dan huwa t-tnaqqis tad-disparitajiet li rriżultaw partikolarment f’pajjiżi u reġjuni li l-iżvilupp tagħhom għadu lura permezz, inter alia, tal-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjieg f’dawn il-pajjiżi u r-reġjuni. Wieħed mill-metodi li bih jintlaħaq dan l-għan huwa billi jiġu sostnuti l-intrapriżi u l-innovazzjoni f’dawn l-oqsma. Fil-fatt, il-programm operazzjonali li skontu ngħatat l-assistenza għall-operazzjoni inkwistjoni kien intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>Intrapriżi u Innovazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Ikun imur kontra dan l-għan ta’ promozzjoni tat-tkabbir u l-impjieg, u b’mod partikolari li jiġu sostnuti l-intrapriżi u l-innovazzjoni, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>att jew ommissjoni<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006 jiġi interpretat bħala li jkopri sitwazzjoni li fiha benefiċjarju ta’ assistenza finanzjarja mill-Fondi huwa meħtieġ iħallas lura din l-assistenza jekk, b’riżultat ta’ ċirkustanzi esterni lil hinn mill-kontroll tiegħu u minkejja li jeżerċita l-attenzjoni xierqa kollha, huwa ma jkunx jista’ jilħaq l-għanijiet kollha tal-operazzjoni. Ir-riskju huwa element inerenti ta’ kull impriża kummerċjali u s-suċċess fit-tul tal-maġġoranza tal-proġetti ma jistax ikun iggarantit. Imprendituri u innovaturi jistgħu għaldaqstant raġonevolment joqogħdu lura milli jfittxu assistenza mill-Fondi jekk jistgħu jiġu meħtieġa jħallsu lura l-assistenza kollha rċevuta f’każ li ċirkustanzi esterni lil hinn mill-kontroll tagħhom għamluhom inkapaċi li jilħqu l-għanijiet stabbiliti tagħhom minkejja li jkunu eżerċitaw l-attenzjoni xierqa kollha. Din l-interpretazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>att jew ommissjoni<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> jista’ għaldaqstant ikollha effett tal-biża’ fuq it-tkabbir u l-impjieg fil-pajjiżi u r-reġjuni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>L-għan tal-promozzjoni tat-tkabbir u impjieg reġjonali għandu, madankollu, jiġi bbilanċjat mal-għan li jiġi żgurat li l-fondi tal-Unjoni jintużaw tajjeb u effettivament sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan l-għan tal-aħħar jiġi mminat jekk operatur ikun jista’ jiġġustifika, minħabba ċirkustanzi esterni, ksur li fil-fatt kien ir-riżultat tan-negliġenza jew nuqqas ta’ azzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fejn iseħħ ksur b’riżultat ta’ ċirkustanzi esterni lil hinn mill-kontroll tal-operatur inkwistjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk il-ksur jistax madankollu jiġi attribwit b’mod xieraq għal att jew ommissjoni tal-operatur minħabba li b’mod negliġenti jkun ippermetta li tirriżulta din is-sitwazzjoni, jew minħabba li jkun naqas milli jieħu miżuri xierqa u raġonevoli sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni. B’mod partikolari, dan ikun il-każ meta l-operatur ikun naqas milli jeżerċita l-attenzjoni xierqa kollha, fikun naqas milli jipprevedi din is-sitwazzjoni u jieħu miżuri sabiex itaffi l-konsegwenzi tagħha jew, wara li rriżultat is-sitwazzjoni, ikun naqas milli jieħu miżuri xierqa u raġonevoli sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni u jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-operazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Analoġija utli tista’ forsi ssir mas-sitwazzjoni fejn, skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</P></NOTE>, linji tal-ajru huma eżenti mill-obbligu tagħhom li jħallsu kumpens fejn il-kanċellazzjoni ta’ titjira tkun minħabba ċirkustanzi straordinarji li ma setgħux jiġu previsti anki jekk kull miżura raġonevoli tkun ittieħdet. Fis-sentenza tagħha f’Wallentin‑Hermann, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, essenzjalment, li, sabiex tingħata eżenzjoni, għandu jiġi stabbilit li ċ-ċirkustanzi straordinarji inkwistjoni ma setgħux jiġu evitati permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>miżuri adatta għas-sitwazzjoni, jiġifieri permezz ta’ dawk il-miżuri li, meta seħħew dawn iċ-ċirkustanzi straordinarji, kienu jissodisfaw b’mod partikolari kundizzjonijiet teknikament u ekonomikament sostenibbli għat-trasportatur tal-ajru kkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Wallentin‑Hermann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑549/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:771">EU:C:2008:771</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’mod simili, meta kkonfrontat b’ċirkustanzi esterni lil hinn mill-kontroll tiegħu li jheddu l-abbiltà tiegħu li jissodisfa l-obbligi tiegħu b’rabta mal-operazzjoni inkwistjoni, benefiċjarju ta’ assistenza mill-Fondi għandu, fil-fehma tiegħi, jieħu l-miżuri raġonevoli kollha xierqa għas-sitwazzjoni fil-mument li dawn iċ-ċirkustanzi jqumu sabiex jissodisfa dawn l-obbligi u jevita ksur. Nuqqas milli jagħmel dan jikkostitwixxi ommissjoni min-naħa tiegħu u jkun ġie stabbilit ksur fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>L-Aġenzija ssostni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha li EMM naqset milli tissodisfa l-għanijiet tal-proġett inkwistjoni hawnhekk mhux minħabba l-insolvenza ta’ LM iżda b’riżultat ta’ att intenzjonali u ommissjoni sussegwenti min-naħa tagħha. Hija tissottometti, l-ewwel nett, li EMM għażlet b’mod liberu li tibbaża l-mudell kummerċjali tagħha fuq il-manifattura ta’ prodotti f’forma waħda u adattata għal klijent wieħed (LM), mingħajr ma evalwat ir-riskji kummerċjali marbuta mal-possibbiltà li dan il-klijent jidħol f’diffikultajiet finanzjarji. L-Aġenzija tallega wkoll li EMM qarrqet biha meta stqarret li, fil-futur, bl-akkwist ta’ installazzjoni addizzjonali, hija tkun tista’ tipproduċi prodotti ta’ gass illikwifikat u tbigħ il-produzzjoni tagħha lil klijent ieħor, f’każ li tonqos it-talba minn LM. It-tieni nett, l-Aġenzija tissottometti li EMM naqset milli tirristruttura l-kummerċ tagħha, tfassal pjan ta’ azzjoni u tibda tbigħ prodotti lil konsumaturi oħra, minkejja t-talbiet irrepetuti tal-Aġenzija sabiex hija tagħmel dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina dawn l-argumenti fid-dettall u taċċerta jekk il-ksur allegat fil-proċedura prinċipali jistax finalment jiġi attribwit għal att jew ommissjoni ta’ EMM. B’mod partikolari, dik il-qorti nazzjonali għandha tiddetermina jekk EMM naqsitx milli teżerċita l-attenzjoni xierqa kollha fl-għażla li tibbaża fuq LM bħala l-uniku klijent tagħha jew milli tipprevedi l-insolvenza ta’ LM jew jekk, wara li l-problemi finanzjarji ta’ LM saru ċari, EMM naqsitx milli tieħu l-miżuri raġonevoli kollha xierqa għas-sitwazzjoni sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha u tevita ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Madankollu, ma jidhirlix li, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, EMM neċessarjament uriet nuqqas ta’ diliġenza billi bbażat il-mudell kummerċjali tagħha fuq il-provvista ta’ prodotti tal-gass lil LM, bħala l-uniku klijent tagħha, b’mod li l-allegat ksur jista’ jiġi attribwit għal din l-għażla. L-ibbażar fuq klijent wieħed huwa bla dubju assoċjat ma’ ċerti riskji kummerċjali. Dan mhux neċessarjament juri nuqqas ta’ diliġenza madankollu, partikolarment f’industriji fejn in-numru ta’ klijenti potenzjali huwa limitat jew<?PAGE NO="14"?> fejn il-metodu ta’ produzzjoni u provvista jiddetta rabta b’saħħitha ma’ klijent wieħed. F’dan ir-rigward, EMM spjegat fis-seduta li prodotti tal-gass bħal dawk li forniet lil LM la jistgħu jiġu maħżuna u lanqas ittrasportati. Għal din ir-raġuni, faċilitajiet ta’ produzzjoni normalment jiġu installati viċin klijenti kbar. Iktar minn hekk, kif ġie nnotat fid-deċiżjoni tar-rinviju, fl‑2008 l-Istat Latvjan iggarantixxa self ta’ madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">160000000</FT> lil LM, wara evalwazzjoni intensiva mill-Ministeru Latvjan għall-Finanzi u t-Teżor tal-Istat. F’dan l-isfond, ma jidhirlix li huwa evidenti – minkejja li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika – li EMM naqset milli teżerċita l-attenzjoni xierqa kollha meta bbażat fuq LM bħala l-uniku klijent tagħha jew li setgħet raġonevolment tipprevedi, fil-mument li ġie konkluż il-kuntratt, li l-istat finanzjarju ta’ LM kien se jiddeterjora sal-punt ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Infakkar ukoll li l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1828/2006 jeħtieġ li l-awtorità ta’ ġestjoni tkun żgurat ruħha, qabel ma tapprova operazzjoni proposta, li l-benefiċjarju għandu l-kapaċità jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar, inter alia, il-prodotti jew is-servizzi li għandhom jiġu fornuti skont l-operazzjoni u t-terminu għall-eżekuzzjoni. Jidhirli li d-dipendenza qawwija tal-mudell kummerċjali ta’ EMM, fuq il-provvista ta’ prodotti tal-gass f’forma waħda lil klijent wieħed, kellu jkun evidenti fil-proposta li hija ssottomettiet lill-Aġenzija. B’mod partikolari huwa ċar mid-deċiżjoni tar-rinviju li l-faċilità ta’ produzzjoni prevista kellha tifforma parti mill-operazzjoni tal-impjant metallurġiku ta’ Liepājas Metalurgs u kienet ser tforni, permezz ta’ pajp dirett, il-gassijiet neċessarji għall-operazzjoni ta’ dan tal-aħħar. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma narax kif l-Aġenzija setgħet tkun f’xi dubju, meta hija approvat l-operazzjoni, li s-suċċess tal-operazzjoni ta’ EMM kien marbut b’mod inerenti mal-operazzjoni kontinwa tal-impjant ta’ Liepājas Metalurgs. Bl-approvazzjoni tal-operazzjoni proposta, l-Aġenzija għaldaqstant kellha tkun żgura li EMM kienet kapaċi, bl-użu ta’ dan il-mudell kummerċjali, tissodisfa l-għanijiet tal-operazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>L-Aġenzija ma tistax sussegwentement tiddikjara li EMM naqset milli tevalwa r-riskji kummerċjali ta’ dan il-mudell kummerċjali, mingħajr ma timplika li l-aġenzija naqset milli tevalwa dawk ir-riskji fl-approvazzjoni tal-operazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li, kif tissottometti l-Aġenzija, EMM emendat il-proposta inizjali tagħha sabiex tiċċara li ma tistax tibqa’ tipproduċi gass illikwifikat bl-apparat li kellu jiġi akkwistat. Peress li l-Aġenzija approvat il-proposta emendata, hija kellha tkun żgura li, anki b’dawn it-tibdiliet meħuda inkunsiderazzjoni, EMM xorta kienet ser tkun tista’ tissodisfa l-għanijiet tal-operazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Indur għall-argument tal-Aġenzija li l-allegat ksur jista’ jiġi attribwit għal ommissjoni ta’ EMM, fejn, ikkonfrontata bid-diffikultajiet finanzjarji ta’ LM, hija naqset milli tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li tkun tista’ tkompli tissodisfa l-għanijiet tal-operazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>F’sitwazzjoni fejn l-uniku soċju kummerċjali jew klijent ta’ operatur isir insolventi, jew l-insolvenza tiegħu tkun raġonevolment prevedibbli, nuqqas minn dan l-operatur li jieħu l-miżuri xierqa u raġonevoli kollha sabiex jirrimedja s-sitwazjoni u jevita ksur ċertament ikun jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>ommissjoni<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> għall-għan tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006. Finalment hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk, f’din il-kawża, kienx hemm miżuri xierqa u raġonevoli li EMM setgħet tadotta sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Skont il-materjal quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ma huwiex evidenti għalija li EMM naqset milli tieħu l-miżuri kollha xierqa u raġonevoli, meta kkonfrontata bl-insolvenza ta’ LM, sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni u tissodisfa l-obbligi skont il-kuntratt. B’mod partikolari, ma huwiex evidenti li l-miżuri li l-Aġenzija ssostni li EMM kellha tieħu, jiġifieri li tirristruttura l-kummerċ tagħha sabiex tipproduċi gass illikwifikat li jista’ jinbiegħ lil klijenti oħra, kienu miżuri xierqa u raġonevoli li kienu ser jippermettu lil EMM tissodisfa l-għanijiet tal-operazzjoni. Il-faċilità ta’ produzzjoni ta’ EMM kienet biswit u kienet tifforma parti mill-operazzjoni tal-impjant ta’ Liepājas Metalurgs. EMM iddikjarat, mingħajr ma ġiet<?PAGE NO="15"?> kontradetta mill-Agenzija, li l-faċilità ta’ produzzjoni tagħha hija konnessa ma’ din tal-aħħar permezz ta’ sistema fissa ta’ pajpijiet. Jekk EMM setgħet raġonevolment tistenna li dan l-impjant jerġa’ jibda l-operazzjonijiet, ma huwiex evidenti li l-bidu ta’ ristrutturazzjoni radikali u għalja tal-kummerċ tagħha kien raġjonevoli jew xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, nikkonkludi li sitwazzjoni fejn il-benefiċjarju tal-assistenza finanzjarja mill-FEŻR ma jkunx fil-pożizzjoni li jilħaq il-livell ta’ volum ta’ dħul mill-bejgħ previst matul il-perijodu rilevanti, minħabba li, matul dan il-perijodu, twaqqfet l-attività kummerċjali tal-uniku soċju tiegħu jew dan is-soċju sar insolventi, ma tikkostitwixxix att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku, fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006, fejn</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>din is-sitwazzjoni ma kinitx raġonevolment prevedibbli mill-benefiċjarju fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt li jagħti l-finanzjament;</P></ITEM><ITEM><P>il-benefiċjarju ma aġixxiex b’mod negliġenti meta ppermetta s-sitwazzjoni tirriżulta; u</P></ITEM><ITEM><P>il-benefiċjarju ma setgħax jirrimedja s-sitwazzjoni u jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward ta’ din l-assistenza minkejja li ħa l-miżuri raġjonevoli u xierqa kollha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Preġudizzju, jew preġudizzju potenzjali, għall-baġit ġenerali tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>It-tielet element ta’ irregolarità, fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006, huwa li l-ksur inkwistjoni għandu jkun tali li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>għandu, jew li kieku jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea billi tiġi addebitata nefqa mhux ġustifikata lill-baġit ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex neċessarju li tintwera l-eżistenza ta’ impatt finanzjarju speċifiku; il-ksur għandu sempliċement ikun kapaċi, bħala tali, ikollu impatt fuq il-baġit<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171206">6 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Compania Naţională de Administrare a Infrastructurii Rutiere</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑408/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:940">EU:C:2017:940</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Kif diġà spjegajt, għandi dubji jekk il-ksur allegat fil-proċedura prinċipali jistax jiġi attribwit għal att jew ommissjoni ta’ EMM. Jekk il-qorti tar-rinviju madankollu tikkonkludi li l-ksur inkwistjoni ġie stabbilit, u li jista’ jiġi attribwit għal att jew ommissjoni ta’ EMM, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddetermina jekk dawk l-istanzi ta’ ksur jistgħux ikollhom impatt fuq il-baġit tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, EMM issostni li, sabiex tissodisfa r-rekwiżit li jkun hemm preġudizzju, jew preġudizzju potenzjali għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, in-nefqa imposta fuq il-baġit tal-Unjoni minħabba l-għoti tal-finanzjament inkwistjoni għandha tkun mhux ġustifikata mill-bidu (jiġifieri mill-punt li l-finanzjament ingħata). Għaldaqstant, minħabba li l-finanzjament mogħti lil EMM fl‑2010 ngħata debitament, u fil-fatt intuża debitament sal‑2013, meta LM waqqfet l-attività ekonomika tagħha, l-ebda nfiq mhux ġustifikat ma seta’ jiġi impost fuq il-baġit tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Għaldaqstant issir ħsara lill-baġit tal-Unjoni jekk jingħataw fondi għall-bini ta’ skola li qatt ma titlesta, minkejja li l-pedamenti jkunu tpoġġew u l-qafas ikun ittella’.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Jiena ma naqbilx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, infiq mhux ġustifikat jista’ jiġi impost fuq il-baġit tal-Unjoni anki jekk finanzjament, minkejja li mogħti debitament, u anki inizjalment użat debitament, sussegwentement jintuża b’mod li ma jaqbilx mal-għan li għalih ikun ingħata dak il-finanzjament. B’mod partikolari, ikun hemm preġudizzju għall-baġit tal-Unjoni jekk ikollha ssostni nfiq marbut ma’ proġett li ma jiġix implimentat bis-sħiħ jew li, jekk jitlesta, ma jirrispettax ir-rekwiżit ta’ durabbiltà stabbilit fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament Nru 1083/2006.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jekk it-tliet elementi ta’ irregolarità humiex stabbiliti fil-kawża inkwistjoni fil-proċedura prinċipali. Minħabba li dawn l-elementi huma kumulattivi, huwa biss jekk it-tlieta li huma jiġu stabbiliti li korrezzjoni finanzjarja tista’ titwettaq fuq il-bażi tal-Artikolu 98(2) tar-Regolament Nru 1083/2006.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ma tirreferixxix espressament fid-domanda preliminari tagħha għall-kwistjoni dwar kif kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja għandha tiġi kkalkolata f’każ li tiġi stabbilita irregolarità. F’din il-kawża, l-Aġenzija qiegħda tfittex li tapplika korrezzjoni ta’ 100 %, li tirkupra l-finanzjament kollu mogħti lil EMM għall-operazzjoni inkwistjoni. Il-kwistjoni għaldaqstant timmerita eżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 98(2) tar-Regolament Nru 1083/2006, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa b’rabta mal-irregolaritajiet identifikati fl-operazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>L-Artikolu 98 tar-Regolament Nru 1083/2006 jikkostitwixxi minnu nnifsu bażi legali suffiċjenti għal Stati Membri sabiex iwettqu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa f’każ ta’ irregolaritajiet, mingħajr ma hemm bżonn għal awtorità separata sabiex jagħmlu dan skont id-dritt nazzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080313">13 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging Nationaal Overlegorgaan Sociale Werkvoorziening <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/06 sa C‑385/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:165">EU:C:2008:165</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-kalkolu ta’ tali korrezzjoni finanzjarja, huma għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni tliet kriterji, jiġifieri (i) in-natura tal-irregolaritajiet, (ii) il-gravità tagħhom u (iii) it-telf finanzjarju għall-Fondi. Fejn irregolarità speċifika, u mhux sistematika, tkun inkwistjoni, dan ir-rekwiżit neċessarjament jinvolvi eżami każ b’każ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi konkreti kollha li huma rilevanti fid-dawl [ta’ dawn il-kriterji]<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Wrocław – Miasto na prawach powiatu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑406/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:562">EU:C:2016:562</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, korrezzjonijiet finanzjarji għandhom josservaw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Dan huwa espliċitu fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 2988/95, li jeħtieġ li verifiki amministrattivi, miżuri u penali jiġu introdotti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-liġi tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> u biex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex jipprovdu protezzjoni adekwata għall-interessi finanzjarji tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/>. Għalhekk, korrezzjonijiet finanzjarji ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa effettivament meħtieġ fid-dawl tan-natura u l-gravità tal-ksur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi f’Wrocław – Miasto na prawach powiatu (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑406/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:761">EU:C:2015:761</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 98 tar-Regolament Nru 1083/2006 taqbel mal-preċiżazzjonijiet introdotti mil-leġiżlatur tal-Unjoni fir-Regolament Nru 1303/2013, li espressament jeħtieġu lill-Istati Membri japplikaw korrezzjonijiet finanzjarji li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>proporzjonati<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/>.</P></NOTE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar korrezzjonijiet finanzjarji maħruġa skont ir-Regolament Nru 1083/2006 jenfasizzaw ukoll il-bżonn li jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju tal-proporzjonalità. Huma jirrakkomandaw li l-Istati Membri japplikaw ukoll il-kriterji u r-rati stabbiliti f’dawn il-linji gwida fil-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet identifikati mis-servizzi tagħhom stess, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>sakemm ma jixtiqux japplikaw regoli iktar iddettaljati, li jirrispettaw dawn il-linji gwida u l-prinċipju tal-proporzjonalità<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Dawn il-linji gwida jirrakkomandaw korrezzjoni b’rata fissa ta’ 100 % biss fil-każ ta’ irregolarità li hija serja tant li tikkostitwixxi falliment totali ta’ osservanza tar-regoli, tant li tagħmel il-pagamenti rilevanti kollha irregolari (ara t-Taqsima 2.3 ta’ dawk il-linji gwida). Dwar il-valur legali ta’ tali linji gwida, ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140903">3 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Baltlanta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-410/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2134">EU:C:2014:2134</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, paragrafu 64 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Finalment, filwaqt li l-korrezzjoni applikata ma għandhiex għalfejn tikkorrispondi preċiżament mal-impatt finanzjarju fuq il-baġit, dan l-impatt għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, partikolarment jekk hemm sempliċi riskju dgħajjef ta’ impatt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Wrocław – Miasto na prawach powiatu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑406/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:562">EU:C:2016:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Jekk tiġi stabbilita irregolarità fil-proċedura prinċipali u tkun meħtieġa korrezzjoni finanzjarja, fil-kalkolu ta’ din il-korrezzjoni għandhom għalhekk jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi speċifiċi kollha tal-kawża li huma rilevanti fid-dawl tal-kriterji tan-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju għall-Fondi, kif ukoll tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-fatturi rilevanti f’tali evalwazzjoni hawnhekk ikunu jinkludu l-portata tar-responsabbiltà tal-benefiċjarju għall-irregolarità u kwalunkwe<?PAGE NO="17"?> responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni, l-impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-Unjoni (attwali jew potenzjali), u sa liema punt l-irregolarità invalidat l-operazzjoni, (pereżempju jekk l-operazzjoni ġietx implimentata korrettement u inizjalment kellhiex suċċess u jekk intlaħqux xi għanijiet jew l-għanijiet kollha tal-proġett).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, jekk neċessarju, jekk il-korrezzjoni finanzjarja inkwistjoni fil-proċedura prinċipali, jiġifieri korrezzjoni ta’ 100 %, hijiex xierqa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Jiena għaldaqstant nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi d-domanda magħmula mir-Rēzeknes tiesa (il-Qorti Distrettwali ta’ Rēzekne, il-Latvja) bil-mod segwenti:</TXT><P>Sitwazzjoni fejn il-benefiċjarju tal-assistenza finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ma jkunx fil-pożizzjoni li jilħaq il-livell ta’ volum ta’ dħul mill-bejgħ previst matul il-perijodu rilevanti minħabba li, matul dan il-perijodu, twaqqfet l-attività kummerċjali tal-uniku soċju tiegħu jew dan is-soċju sar insolventi ma tikkostitwixxix att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku li għandu, jew li kieku jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE> li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 539/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20100616">16 ta’ Ġunju 2010</DATE>, fejn</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>din is-sitwazzjoni ma kinitx raġonevolment prevedibbli mill-benefiċjarju fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt li jagħti l-finanzjament;</P></ITEM><ITEM><P>il-benefiċjarju ma aġixxiex b’mod negliġenti meta ppermetta s-sitwazzjoni tirriżulta; u</P></ITEM><ITEM><P>il-benefiċjarju ma setgħax jirrimedja s-sitwazzjoni u jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward ta’ din l-assistenza minkejja li ħa l-miżuri raġjonevoli u xierqa kollha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>