|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/877 |
13.5.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/877
tat-12 ta’ Mejju 2025
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta’ ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-prodotti kożmetiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 15(2), ir-raba’ subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanzi bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) abbażi ta’ valutazzjoni xjentifika mwettqa mill-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. Is-sustanzi huma kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, tal-kategorija 1B jew tal-kategorija 2 skont il-livell tal-evidenza tal-proprjetajiet CMR tagħhom. |
|
(2) |
L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jipprevedi li s-sustanzi li ġew ikklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, 1B jew 2 tal-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (sustanzi CMR) għandhom jiġu pprojbiti milli jintużaw fil-prodotti kożmetiċi. Madankollu, sustanza CMR tista’ tintuża fil-prodotti kożmetiċi meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jew fl-Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Sabiex tiġi implimentata b’mod uniformi l-projbizzjoni tas-sustanzi CMR fis-suq intern, ħalli tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, b’mod partikolari għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li s-sustanzi CMR kollha jiġu inklużi fil-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u, fejn rilevanti, jitħassru mil-listi ta’ sustanzi ristretti jew permessi fl-Annessi III sa VI ta’ dak ir-Regolament. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jew fl-Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-listi ta’ sustanzi ristretti jew permessi fl-Annessi III sa VI ta’ dak ir-Regolament jiġu emendati kif xieraq. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament ikopri s-sustanzi kklassifikati bħala sustanzi CMR bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/197 (3) (“is-sustanzi rilevanti”). Ir-Regolament Delegat (UE) 2024/197 se japplika mill-1 ta’ Settembru 2025. |
|
(5) |
Ma tressqet l-ebda talba għall-użu fil-prodotti kożmetiċi bħala eċċezzjoni għas-sustanzi rilevanti. |
|
(6) |
Is-sustanza “ossidu tad-difenil(2,4,6-trimetilbenżojl)fosfina” (Nru CAS 75980-60-8), bl-isem tan-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi (INCI) “Trimethylbenzoyl Diphenylphosphine Oxide”, hija elenkata fl-entrata 311 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u, għalhekk, hija permessa għall-użu professjonali f’sistemi tad-dwiefer artifiċjali b’konċentrazzjoni massima ta’ 5 %. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-klassifikazzjoni tat-“Trimethylbenzoyl Diphenylphosphine Oxide” bħala sustanza CMR tal-kategorija 1B (Tossika għar-Riproduzzjoni), jenħtieġ li dik is-sustanza ma tibqax permessa fil-prodotti kożmetiċi. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata 311 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 titħassar u s-sustanza jenħtieġ li tiġi inkluża fil-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(8) |
Is-sustanza “2-ċjano-N-[(etilammino) karbonil]-2-(metossiimmino)aċetamid” (CAS 57966-95-7), bl-isem ISO “ċimoksanil”, li ġiet ikklassifikata bħala Tossika għar-Riproduzzjoni tal-Kategorija 2 hija elenkata fl-entrata 1580 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u, għalhekk, hija pprojbita għall-użu fil-prodotti kożmetiċi. Madankollu, l-entrata 1580 ma tinkludix l-isem kimiku addizzjonali “(2E)-2-ċjano-N-[(etilammino)karbonil]-2-(metossiimmino)aċetammid” u n-numru CAS relatat ma’ dak l-isem kimiku kif imsemmi fir-Regolament Delegat (UE) 2024/197. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, l-entrata 1580 jenħtieġ li tiġi adattata sabiex ikollha l-istess kontenut bħall-entrata korrispondenti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
|
(9) |
Bħalissa, l-ebda waħda mis-sustanzi rilevanti l-oħra ma hija elenkata fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Konsegwentement, jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(10) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma bbażati fuq il-klassifikazzjonijiet tas-sustanzi rilevanti bħala sustanzi CMR u għalhekk jenħtieġ li japplikaw mill-istess data ta’ dawk il-klassifikazzjonijiet. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1223/oj.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1272/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/197 tad-19 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fir-rigward tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati ta’ ċerti sustanzi (ĠU L, 2024/197, 5.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/197/oj).
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fl-Anness III, l-entrata 311 titħassar. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/877/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)