<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑721/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TO0721</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:829">EU:T:2015:829</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAS-<DATE ISO="20151027">27.10.2015</DATE> – KAWŻA T‑721/14</P><P>IL-BELĠJU vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20151027">27 ta’ Ottubru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi tal-logħob tal-ażżard online</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi u protezzjoni tal-minorenni minn dan il-logħob</KEYWORD><KEYWORD>Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T‑721/14,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju</HT>, irrappreżentat minn L. Van den Broeck u M. Jacobs, bħala aġenti, assistiti minn P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn H. Tserepa-Lacombe u F. Wilman, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/478/UE, tal-<DATE ISO="20140714">14 ta’ Lulju 2014</DATE>, dwar prinċipji għall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għall-protezzjoni tal-minorenni mil-logħob tal-azzard onlajn (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="214" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2014">ĠU L 214, p. 38</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. E. Martins Ribeiro (Relatur), President, S. Gervasoni u L. Madise, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140714">14 ta’ Lulju 2014</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea adottat ir-Rakkomandazzjoni 2014/478/UE dwar prinċipji għall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għall-protezzjoni tal-minorenni mil-logħob tal-azzard onlajn (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="214" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2014">ĠU L 214, p. 38</REF.DOC.OJ>), iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>rakkomandazzjoni inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Wara li esponiet fil-qosor, fil-premessi 1 sa 7 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, elementi tal-kuntest tagħha, li huma bbażati b’mod partikolari, minn naħa, fuq konsultazzjoni pubblika li tressqet fl-2011, fuq Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tat-<DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Lejn qafas Ewropew komprensiv għal-logħob tal-azzard online<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, kif ukoll fuq ir-Resoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-<DATE ISO="20130910">10 ta’ Settembru 2013</DATE>, fuq il-logħob tal-azzard online fis-suq intern u, min-naħa l-oħra, fuq il-ġurisprudenza li tipprovdi li, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fuq livell tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri jistgħu, fil-prinċipju, jiddefinixxu liberament l-għanijiet tal-politika tagħhom fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, kif ukoll il-livell ta’ protezzjoni mfittxija għas-saħħa tal-konsumaturi, filwaqt li huwa mifhum li madankollu l-Qorti tal-Ġustizzja ħarġet gwida ġenerali fuq l-interpretazzjoni li għandha tingħata lil-libertajiet fundamentali ggarantiti mis-suq intern fis-settur tal-logħob tal-ażżard u definiti mir-regoli bażiċi għall-komunikazzjonijiet kummerċjali fuq tali servizzi, il-Kummissjoni stabbilixxiet dan li ġej fil-premessi 8, 9, 14 u 15 tal-imsemmija rakkomandazzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(8)</NO.P><TXT>Ir-regoli u l-politiki li l-Istati Membri introduċew sabiex isegwu l-objettivi tal-interess pubbliku jvarjaw b’mod konsiderevoli. Azzjoni fil-livell tal-Unjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha, b’mod partikolari fid-dawl tar-riskji assoċjati mal-logħob tal-azzard li jinkludu l-iżvilupp ta’ tip ta’ disturb tal-logħob tal-azzard jew għal konsegwenzi personali u soċjali negattivi oħrajn.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>L-għan ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-konsumaturi u tal-ġugaturi u għaldaqstant anki li tiġi minimizzata l-ħsara ekonomika li tista’ tirriżulta mil-logħob tal-azzard kompulsiv jew eċċessiv. Għal dan il-għan, hija tirrakkomanda prinċipji għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, tal-ġugaturi u tal-minorenni fir-rigward tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn. Fit-tħejjija ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni qieset il-prattiki tajbin fl-Istati Membri.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>L-operaturi tal-logħob tal-azzard onlajn stabbiliti fl-Unjoni għandhom dejjem aktar liċenzji madwar diversi Stati Membri li għażlu sistemi bbażati fuq il-liċenzji fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-logħob tal-azzard. Huma jistgħu jibbenefikaw minn approċċ aktar komuni. Barra minn hekk, il-multiplikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ konformità tista’ toħloq duplikazzjoni mhux meħtieġa ta’ rekwiżiti tal-infrastruttura u kostijiet li jirriżultaw f’piż amministrattiv żejjed fuq ir-regolaturi.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Huwa xieraq li l-Istati Membri jiġu mistiedna jressqu regoli li jipprovdu lill-konsumaturi b’informazzjoni dwar il-logħob tal-azzard onlajn. Dawn ir-regoli għandhom jevitaw l-iżvilupp ta’ disturbi relatati mal-logħob tal-azzard u jipprebjenu li l-minnoreni jkollhom aċċess għal faċilitajiet ta’ logħob tal-azzard u jiskoraġġixxu lill-konsumaturi milli jagħmlu użu ta’ offerti li mhumiex permessi u għalhekk li potenzjalment huma ta’ ħsara.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-rakkomandazzjoni inkwistjoni tinkludi 54 paragrafu, li jidhru taħt tnax-il punt.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Taħt il-punt I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Skop<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, il-paragrafi 1 u 2 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.P><TXT>L-Istati Membri huma rrakkomandati li jiksbu livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi, il-ġugaturi u l-minorenni permezz tal-adozzjoni ta’ prinċipji għas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għal komunikazzjonijiet kummerċjali responsabbli ta’ dawk is-servizzi, sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa u sabiex tiġi minimizzata wkoll il-ħsara ekonmika eventwali li tista’ tirriżulta minn logħob tal-azzard kompulsiv jew eċċessiv.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din ir-Rakkomandazzjoni ma xxekkilx id-dritt tal-Istati Membri li jirregolaw is-servizzi tal-logħob tal-azzard.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-punti III sa X tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni ttrattaw, rispettivament, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>rekwiżiti tal-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>minorenni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>reġistrazzjoni u kont ta’ ġugatur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>attività tal-ġugatur u appoġġ<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, iż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>żmien ta’ waqfien u awtoesklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>komunikazzjoni kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[i]sponsorjar<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, kif ukoll l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>edukazzjoni u sensibilizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-paragrafu 51 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, li jidher taħt il-punt XI, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Superviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, huwa indikat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[l]-Istati Membri huma mistiedna jaħtru awtoritajiet regolatorji tal-logħob tal-azzard meta japplikaw il-prinċipji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni sabiex jiżguraw u jissorveljaw b’mod indipendenti l-konformità effettiva mal-miżuri nazzjonali meħuda għall-appoġġ tal-prinċipji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Finalment, taħt il-punt XII, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Rappurtar<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, il-paragrafi 52 sa 54 huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>52.</NO.P><TXT>L-Istati Membri huma mistiedna jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull miżura li tittieħed skont din ir-Rakkomandazzjoni sad-<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE> sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-Istati Membri huma mistiedna jiġbru dejta annwali affidabbli għal skopijiet ta’ statistika dwar:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-miżuri protettivi applikabbli b’mod partikulari l-għadd ta’ kontijiet ta’ ġugatur (miftuħin u magħluqin), l-għadd ta’ ġugaturi awtoesklużi, dawk li jesperjenzaw disturb tal-logħob tal-azzard u lmenti minn ġugaturi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>komunikazzjoni kummerċjali skont il-kategorija u skont it-tip ta’ ksur tal-prinċipji;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>L-Istati Membri huma mistiedna jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba sad-<DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni sad-<DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20141013">13 ta’ Ottubru 2014</DATE>, ir-Renju tal-Belġju ppreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE>, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>. Ir-Renju tal-Belġju ppreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar din l-eċċezzjoni fl-<DATE ISO="20150220">20 ta’ Frar 2015</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-12 u fis-<DATE ISO="20150116">16 ta’ Jannar 2015</DATE> rispettivament, ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika Portugiża talbu li jintervjenu f’din il-proċedura insostenn tat-talbiet tar-Renju tal-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara r-rikors ammissibbli jew, sussidjarjament, tgħaqqad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mal-mertu u tistabbilixxi t-terminu biex tressaq it-talbiet għall-bqija tal-kawża jew, iktar sussidjarjament, tiddeċiedi fuq l-ammissibbiltà biss wara li tkun semgħet il-partijiet prinċipali u l-intervenjenti;</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>tilqa’ r-rikors u tannulla r-rakkomandazzjoni inkwistjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara r-rikors inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, jekk il-konvenuta tagħmel talba għal dan il-għan, il-Qorti Ġenerali tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-inammissibbiltà mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża. F’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali tqis li mill-atti tal-proċess hija għandha informazzjoni biżżejjed u tiddeċiedi li ma hemmx lok li titkompla l-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni teċċepixxi l-inammissibbiltà ta’ dan ir-rikors minħabba li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni ma tikkostitwixxix att li jista’ jiġi kkontestat skont l-Artikolu 263 TFUE. Essenzjalment, hija tqis li, kemm fil-forma tagħha kif ukoll fil-kontenut tagħha, ir-rakkomandazzjoni inkwistjoni hija rakkomandazzjoni li għandha tapplika fis-sens tal-Artikolu 288 TFUE, li ma torbotx u ma timponi ebda obbligu vinkolanti. Billi tikkonferma l-preżentazzjoni formali ta’ din ir-rakkomandazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 292 TFUE, il-formulazzjoni tagħha f’termini mhux imperattivi u kundizzjonali kif ukoll il-premessa 5 tagħha u l-paragrafu 2 tagħha. Il-Kummissjoni żżid tgħid li ebda wieħed mill-argumenti mqajma mir-Renju tal-Belġju fir-rikors ma jista’ jinvalida din il-kwalifika tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni bħala att li ma jistax jiġi kkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju argumenta li dan ir-rikors huwa ammissibbli. Essenzjalment, peress li jibbaża b’mod partikolari fuq is-sentenzi tal-<DATE ISO="19710331">31 ta’ Marzu 1971</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>AETR<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (22/70, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1971:32">EU:C:1971:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="19891213">13 ta’ Diċembru 1989</DATE>, Grimaldi (C‑322/88, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:646">EU:C:1989:646</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll fuq il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, josserva li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni tista’ tkun is-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju. L-ewwel nett, jallega li din ir-rakkomandazzjoni tipproduċi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>effetti legali negattivi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> sa fejn, kif din tirriżulta mill-ewwel, it-tielet u r-raba’ motivi mqajma fir-rikors, tikser il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-prinċipju tal-kompetenza ta’ attribuzzjoni u l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali bejn istituzzjonijiet tal-Unjoni u bejn dawn u l-Istati Membri. It-tieni nett, josserva, fil-kuntest tat-tieni u l-ħames motivi mqajma insostenn ta’ dan ir-rikors, li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni tipproċedi bl-intenzjoni li tarmonizza l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE fil-qasam tal-logħob tal-ażżard u tikkostitwixxi, fir-realtà, direttiva moħbija, li huwa l-obbligu tal-Qorti Ġenerali li tikkontrolla. F’dan il-kuntest, huwa jżid jgħid li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni tipproduċi effetti legali indiretti, peress li, minn naħa, l-Istati Membri huma obbligati, minħabba l-obbligu tagħhom ta’ kooperazzjoni leali, minn obbligu ta’ motivi li jirrispettawha u li, minn naħa l-oħra, il-qrati nazzjonali ser ikollhom jieħdu din ir-rakkomandazzjoni inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita, jirriżulta li huma kkunsidrati bħala atti li jistgħu jiġu kkontestati fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE kull dispożizzjoni adottata mill-istituzzjonijiet, tkun xi tkun il-forma, li huma intiżi li jipproduċu effetti tad-dritt obbligatorji (sentenza AETR, punt 15 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1971:32">EU:C:1971:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42; tat-<DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C‑463/10 P u C‑475/10 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:656">EU:C:2011:656</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36, u tat-<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, L‑Ungerija vs Il‑Kummissjoni, C‑31/13 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:70">EU:C:2014:70</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma jkunx suġġett għal stħarriġ ġudizzjarju previst fl-Artikolu 263 TFUE kull att li ma jipproduċix effetti legali obbligatorji, bħall-atti preparatorji, l-atti konfermattivi u l-atti ta’ pura eżekuzzjoni, is-sempliċi rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet, kif ukoll, fil-prinċipju, l-istruzzjonijiet interni [ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, Reynolds Tobacco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, C‑131/03 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:541">EU:C:2006:541</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata, u d-digriet tal-<DATE ISO="20120514">14 ta’ Mejju 2012</DATE>, Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) vs Il‑Kummissjoni, C‑477/11 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:292">EU:C:2012:292</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52].</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza, il-kapaċità ta’ att li jipproduċi effetti tad-dritt u, għaldaqstant, li jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE jimplika li jiġu eżaminati l-kliem tiegħu u l-kuntest li fih jiddaħħal (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19970320">20 ta’ Marzu 1997</DATE>, Franza vs Il‑Kummissjoni, C‑57/95, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:164">EU:C:1997:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18, u tal-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, L-Italja vs Il‑Kummissjoni, C‑301/03, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:727">EU:C:2005:727</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 21 sa 23), is-sustanza tiegħu (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Il‑Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni, C‑147/96, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:335">EU:C:2000:335</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19901009">9 ta’ Ottubru 1990</DATE>, Franza vs Il‑Kummissjoni, C‑366/88, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:348">EU:C:1990:348</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23; tat-<DATE ISO="19911113">13 ta’ Novembru 1991</DATE>, Franza vs Il‑Kummissjoni, C‑303/90, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:424">EU:C:1991:424</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 18 sa 24, u tas-<DATE ISO="19930616">16 ta’ Ġunju 1993</DATE>, Franza vs Il‑Kummissjoni, C‑325/91, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:245">EU:C:1993:245</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 20 sa 23) kif ukoll l-intenzjoni tal-awtur tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20100126">26 ta’ Jannar 2010</DATE>, Internationaler Hilfsfonds vs Il‑Kummissjoni, C‑362/08 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:40">EU:C:2010:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52, u tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Athinaïki Techniki vs Il‑Kummissjoni, C‑521/06 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-att ikkontestat huwa rakkomandazzjoni, li ġiet adottata mill-Kummissjoni fil-kunsiderazzjoni legali tal-Artikolu 292 TFUE u li ġiet ippubblikata b’mod integrali fis-Serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Kif dan jirriżulta b’mod partikolari mill-premessi tagħha 2, 9 u 15, ir-rakkomandazzjoni inkwistjoni, li tikkombina aspetti relatati, minn naħa, mal-protezzjoni tal-konsumaturi, inklużi minuri, fil-qasam tas-servizzi tal-logħob tal-ażżard online u, min-naħa l-oħra, mal-komunikazzjonijiet kummerċjali responsabbli fuq dawn is-servizzi, għandha bħala għan li tipproteġi s-saħħa tal-konsumaturi u tal-ġugaturi u li tnaqqas kemm jista’ jkun il-ħsara ekonomika li tista’ twassal għal aġir ta’ logħob kompulsiv jew eċċessiv. Skont il-kliem tagħha, din ir-rakkomandazzjoni tenfasizza prinċipji biex tiggarantixxi protezzjoni għolja tal-konsumaturi, tal-ġugaturi u tal-minuri fl-ambjent tal-logħob tal-ażżard online u tistieden l-Istati Membri biex jipproponu regoli għall-informazzjoni tal-konsumaturi fuq il-logħob tal-ażżard online.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li, ċertament, mill-ħames paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE jirriżulta li r-rakkomandazzjonijiet ma humiex vinkolanti. Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, l-għażla tal-forma ma tistax tbiddel in-natura ta’ att, b’mod li wieħed għandu jistaqsi lilu nnifsu jekk il-kontenut tal-att jikkorrispondi tajjeb mal-forma li ngħatatlu (ara s-sentenza Grimaldi, punt 15 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:646">EU:C:1989:646</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, u barra minn hekk għall-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 16 sa 18 iktar ’il fuq, għandu jiġi osservat li l-unika fatt li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni hija formalment indikata bħala rakkomandazzjoni u li ġiet adottata taħt il-kunsiderazzjoni legali tal-Artikolu 292 TFUE ma hijiex ta’ natura li teskludi awtomatikament il-kwalifika tagħha ta’ att li jista’ jiġi kkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi nnutat li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni hija fformulata, essenzjalment, fi kliem mhux imperattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, kemm il-premessi kif ukoll il-paragrafi tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni huma fil-maġġoranza tagħhom ifformulati fil-kundizzjonal, kif jillustra b’mod partikolari l-użu ta’ kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>għandu/għandhom<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (bid-Daniż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>bør<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, bil-Ġermaniż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>sollte/sollten<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, bl-Estonjan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>peaks/peaksid<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, bl-Ispanjol <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>debería/deberían<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, bit-Taljan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>dovrebbe/dovrebbero<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, bl-Olandiż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>zou moeten/zouden moeten<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, bil-Pollakk <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>powinien/powinno/powinny<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, bl-Isvediż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>bör<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u bl-Ingliż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>should<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-paragrafi 1, 18, 20, 37, 47, 49 u 51 sa 53 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, għandhom jiġu rrilevati l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>huwa rakkomandat lill-Istati Membri li<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> (bid-Daniż, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Medlemsstaterne anbefales<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, bl-Estonjan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Liikmesriikidel soovitatakse<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, bit-Taljan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>si raccomanda agli Stati membri<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, bil-Pollakk <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>zaleca się<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, bil-Portugiż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>recomenda-se aos Estados-Membros<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, bl-Isvediż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Medlemsstaterna rekommenderas<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, bl-Ingliż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Member States are recommended to<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>l-Istati Membri huma inkoraġġuti li<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> (bit-Taljan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>gli Stati membri sono incoraggiati<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, bil-Pollakk <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>zachęca się<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, bil-Portugiż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>os Estados-Membros são incentivados/encorajados<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, bl-Ingliż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>Member States are encouraged to<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>) jew ukoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>l-Istati Membri huma mistiedna li<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> (bid-Daniż, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>Medlemsstaterne opfordres<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, bl-Estonjan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>Liikmesriike kutsutakse üles<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, bit-Taljan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>gli Stati membri sono invitati<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, bil-Portugiż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>os Estados-Membros são convidados<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, bl-Isvediż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>Medlemsstaterna uppmanas<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, bl-Ingliż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>Member States are invited to<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Tali formulazzjonijiet jikkostitwixxu indikazzjoni ċara minħabba li l-kontenut tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni ma huwiex intiż li jipproduċi effetti tad-dritt obbligatorji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza L-Italja vs Il‑Kummissjoni, punt 18 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:727">EU:C:2005:727</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 21 u 22).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li, fil-verżjoni Portugiża tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, jidhru l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>deve<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> (għandu), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>devem<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> (għandhom), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>deverá<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> (ser ikollu) u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>deverão<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> (ser ikollhom).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-paragrafi 1, 20, 37, 49, 51 sa 53 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni huma, għall-inqas parzjalment, ifformulati fi kliem iktar imperativ fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra, b’mod partikolari fil-verżjoni Ġermaniża, Spanjola u Olandiża. Fil-fatt, jekk uħud minn dawn il-punti jistabbilixxu rakkomandazzjonijiet sempliċi kif jikkonferma l-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>den Mitgliedstaaten wird empfohlen<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> (huwa rakkomandat lill-Istati Membri) li tidher fil-paragrafu 1 tal-imsemmija rakkomandazzjoni fil-verżjoni Ġermaniża, l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>se recomienda/anima/invita a los Estados miembros<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> (huwa rrakkomandat lill-Istati Membri, l-Istati Membri huma inkoraġġuti/mistiedna) li jidhru fil-paragrafi 1, 18, 20, 37, 47 u 51 sa 53 ta’ din ir-rakkomandazzjoni fil-verżjoni Spanjola kif ukoll l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>de lidstaten wordt aanbevolen<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> (huwa rrakkomandat lill-Istati Membri) u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>de lidstaten worden aangemoedigd<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> (l-Istati Membri huma inkorraġġuti) li jidhru fil-paragrafi 1, 18, 20, 37, 47 u 49 tal-istess rakkomandazzjoni fil-verżjoni Olandiża, paragrafi oħrajn li jinkludu verbi b’konnotazzjoni iktar imperattiva. Dan japplika b’hekk il-verbi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>anhalten<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> (ilaqqa’) u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>auffordern<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> (jistieden jew jordna) li jidhru fil-paragrafi 20, 37, 47, 49 u 51 sa 53 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni fil-verżjoni Ġermaniża, il-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>instar<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> (iħeġġeġ b’mod urġenti jew jitlob) li jidher fil-paragrafu 49 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni fil-verżjoni Spanjola, kif ukoll il-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>verzoeken<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> (jistieden), li jidher fil-paragrafi 51 sa 53 tar-rakkomandazzjoni kkonċernata fil-verżjoni Olandiża, li l-konnotazzjoni tagħha hija iktar imperativa minn dik tal-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>uitnodigen<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, li tifforma t-traduzzjoni normali tal-verb Franċiż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>inviter<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li dawn id-diverġenzi huma ta’ skala żgħira, peress li, minbarra l-fatt li l-parti l-kbira tal-verżjonijiet lingwistiċi rrilevati hawn fuq huma fformulati fi kliem mhux vinkolanti, il-verżjonijiet lingwistiċi ċċitati fil-punt 26 iktar ’il fuq, huma, b’xi eċċezzjonijiet rari, ukoll ifformulati fi kliem essenzjalment mhux vinkolanti.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li huwa ta’ ġurisprudenza stabbilita għall-finijiet li tiġi żgurata interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tal-istess test fejn il-verżjoni f’lingwa tal-Unjoni Ewropea hija differenti minn dawk stabbiliti fil-lingwi l-oħra, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tkun interpretata abbażi tal-kuntest u tal-għan tal-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (ara, s-sentenza tas-<DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, DR u TV2 Danmark, C‑510/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:244">EU:C:2012:244</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu għalhekk jiġi rrilevat li jirriżulta wkoll mill-kontenut tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni li dan l-att ma huwa b’ebda mod intiż li jipproduċi effetti legali vinkolanti u li l-Kummissjoni b’ebda mod ma kellha l-intenzjoni li tagħtiha dawn l-effetti.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat, qabelxejn, li jirriżulta mill-premessi 9 u 15 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni li din tal-aħħar għandha bħala suġġett li tqiegħed ’il quddiem prinċipji biex tiggarantixxi protezzjoni għolja lill-konsumaturi, lill-ġugaturi u lill-minuri fl-ambjent tal-logħob tal-ażżard u li tistieden l-Istati Membri biex jipproponu regoli għall-informazzjoni tal-konsumaturi fuq il-logħob tal-ażżard online. Bl-istess mod, jirriżulta mingħajr ekwivoku mill-paragrafu 1 ta’ din ir-rakkomandazzjoni li huwa rrakkomandat lill-Istati Membri li jadottaw prinċipji intiżi, essenzjalment, biex jilħqu dan l-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi rrilevat li, fil-paragrafu 2 tar-Rakkomandazzjoni inkwistjoni, huwa speċifikat espliċitament li din hija mingħajr ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jirregolaw is-servizzi tal-logħob tal-ażżard, li minnu għandu jiġi dedott li l-Kummissjoni ma kellha l-intenzjoni b’ebda mod li tissostitwixxi lilha nfisha għal dawn tal-aħħar biex tirregola dawn is-servizzi billi tadotta regoli vinkolanti. Fl-istess sens, minbarra dan, għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni fakkret, fil-premessi 5 u 6 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, li l-ġurisprudenza tipprovdi li, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu, fil-prinċipju, jiddefinixxu b’mod liberu l-għanijiet tal-politika tagħhom fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, kif ukoll il-livell tal-protezzjoni mfittxija għas-saħħa tal-konsumaturi, filwaqt li huwa mifhum li l-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ħarġet orjentazzjonijiet ġenerali fuq l-interpretazzjoni li għandha tingħata lil-libertajiet fundamentali ggarantiti mis-suq intern fis-settur tal-logħob tal-ażżard u tiddefinixxi regoli bażiċi għall-komunikazzjonijiet kummerċjali fuq dawn is-servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Finalment, wieħed għandu jżid jgħid li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni ma tinkludi ebda indikazzjoni espliċita li tipprovdi li l-Istati Membri huma obbligati jadottaw u japplikaw il-prinċipji li hija tistabbilixxi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, ċertament, il-paragrafi 51 sa 53 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni jagħmlu riferiment għall-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-prinċipji inklużi f’din ir-rakkomandazzjoni. Fil-fatt, minn naħa, il-paragrafu 51 tal-imsemmija rakkomandazzjoni jirrigwarda l-ħatra ta’ awtoritajiet regolatorji tal-logħob tal-ażżard u ta’ kontroll kompetenti biex jiggarantixxu l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri nazzjonali adottati b’applikazzjoni tal-imsemmija prinċipji u li jiżguraw il-monitoraġġ tiegħu. Min-naħa l-oħra, il-paragrafi 52 u 53 ta’ din l-istess rakkomandazzjoni jipprevedu n-notifika, lill-Kummissjoni, ta’ kull miżura adottata b’applikazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni, biex tippermetti lil din tal-aħħar li tevalwa l-implementazzjoni, kif ukoll il-ġabra ta’ ċerta data u t-trażmissjoni tagħha lejha.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, minbarra l-fatt li l-paragrafi 51 sa 53 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni ma jistabbilixxux obbligu b’responsabbiltà tal-Istati Membri biex japplikaw effettivament il-prinċipji li dan l-att jistabbilixxi, għandu jitfakkar għal darb’oħra li, kif din diġà ġiet irrilevata fil-punt 31 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni speċifikat espliċitament, fil-paragrafu 2 tal-imsemmija rakkomandazzjoni, li din kienet mingħajr ħsara għas-setgħa regolatorja tal-Istati Membri fil-qasam. Madankollu, moqrija flimkien ma’ dan l-aħħar paragrafu, ma jirriżultax mill-paragrafi 51 sa 53 ta’ din ir-rakkomandazzjoni li stedina, indirizzata lill-Istati Membri, li jadottaw ir-regoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fis-settur tal-logħob tal-ażżard online, bl-esklużjoni ta’ kull obbligu biex jikkonforma lilhom innifishom mal-prinċipji li dan l-att jistabbilixxi.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minbarra dan, fir-rigward tan-notifika tal-miżuri adottati b’applikazzjoni tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni u tat-trażmissjoni ta’ ċerta data lill-Kummissjoni, għandu jiġi kkunsidrat li, minkejja l-formulazzjoni tal-paragrafi 52 u 53 tal-imsemmija rakkomandazzjoni fi kliem vinkolanti rrilevat f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi (ara l-punt 26 iktar ’il fuq), din ma tistabbilixxi ebda obbligu f’dan is-sens. Tali interpretazzjoni timponi lilha nfisha, fil-fatt, mhux biss fid-dawl ta’ paragun mal-verżjonijiet lingwistiċi oħra tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, iżda wkoll fid-dawl tal-intenzjoni tal-Kummissjoni, kif riflessa, kif din tirriżulta b’mod partikolari mill-punti 30 u 31 iktar ’il fuq, permezz ta’ dan l-att.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tielet nett, wieħed għandu jżid jgħid li l-analiżi tal-kliem u tal-kontenut tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni kif ukoll l-intenzjoni segwita mill-Kummissjoni hija kkonfermata mill-analiżi tal-kuntest li fih tiddaħħal, kif huwa deskritt mill-partijiet. B’hekk, jirriżulta mill-atti tagħhom li l-imsemmija rakkomandazzjoni ssegwi diskussjonijiet li jitressqu b’mod partikolari fi ħdan il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni. B’mod partikolari, minn naħa, fl-eċċezzjoni tagħha ta’ inammissibbiltà, il-Kummissjoni ssemmi, mingħajr ma din tkun ikkontestata mir-Renju tal-Belġju, estratt tal-komunikazzjoni tagħha tat-<DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li jipprovdi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>[f]l-intier tiegħu, ma jidhirx opportun, f’dan l-istadju, li tiġi proposta leġiżlazzjoni tal-[Unjoni] speċifika għas-settur<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] tal-logħob tal-ażżard online. Min-naħa l-oħra, ġiet ibbażata konklużjoni analoga f’analiżi tal-impatt li akkumpanja r-rakkomandazzjoni inkwistjoni (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>analiżi tal-impatt<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>), iċċitata f’dan is-sens kemm mir-Renju tal-Belġju fir-rikors kemm mill-Kummissjoni fl-eċċezzjoni tagħha tal-inammissibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-kliem, tal-kontenut u tal-kuntest tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, għandu jiġi konkluż li din la tipproduċi lanqas ma hija intiża li tipproduċi effetti tad-dritt obbligatorji, b’mod li ma tistax tiġi kklassifikata bħala att li jista’ jiġi ikkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, wieħed għandu għal darb’oħra jżid jgħid li l-unika pubblikazzjoni tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni fis-Serje L tal-Ġurnal Uffiċjali, u mhux fis-Serje C tiegħu, ma hijiex ta’ natura li tikkonfuta l-konklużjoni li tipprovdi li l-imsemmija rakkomandazzjoni ma hijiex intiża li tipproduċi effetti legali obbligatorji.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament ta’ att ippubblikat fis-Serje L tal-Ġurnal Uffiċjali, minħabba li dan l-att ma kienx intiż li jipproduċi effetti tad-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19960430">30 ta’ April 1996</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kunsill, C‑58/94, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:171">EU:C:1996:171</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27), li minnu għandu jiġi dedott li l-unika ċirkustanza li att ikun ippubblikat fis-Serje L tal-Ġurnal Uffiċjali ma hijiex ta’ natura li tikkaratterizza effetti tad-dritt obbligatorji li jrendu dan l-att li jkun jista’ jiġi kkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kunsiderazzjoni stabbilita fil-punt 38 iktar ’il fuq timponi lilha nfisha ukoll fid-dawl tal-ġurisprudenza stabbilita li tipprovdi li l-forma li fiha att jew deċiżjoni huma adottati hija, fil-prinċipju, indifferenti għall-ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament. Skont din il-ġurisprudenza, huwa għaldaqstant, fil-prinċipju, mingħajr effett fuq il-klassifikazzjoni tal-att ikkonċernat li dan jissodisfa jew le ċerti rekwiżiti formali, jiġifieri b’mod partikolari jekk huwa debitament intitolat mill-awtur tiegħu jew jekk isemmi d-dispożizzjonijiet li jikkostitwixxu l-bażi legali tiegħu jew jekk ma ġiex innotifikat, bi ksur tar-regoli applikabbli, bill dan il-vizzju ma jistax jemenda s-sustanza tal-imsemmi att (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE>, NDSHT vs Il‑Kummissjoni, C‑322/09 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:701">EU:C:2010:701</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata). Minn dan isegwi li l-unika pubblikazzjoni ta’ att, skont il-każ, fis-Serje C jew fis-Serje L tal-Ġurnal Uffiċjali huwa mingħajr effett inkwantu għall-kwistjoni jekk l-att inkwistjoni jistax jipproduċi effetti legali obbligatorji (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Infront WM vs Il‑Kummissjoni, T‑33/01, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:461">EU:T:2005:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 110).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-konklużjoni meħuda mill-punt 37 iktar ’il fuq ma hijiex lanqas imminata mill-argumenti tar-Renju tal-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-Renju tal-Belġju jislet argument tal-effetti legali li rakkomandazzjoni tista’ tipproduċi peress li l-qorti nazzjonali għandha, fid-dawl tal-ġurisprudenza, tieħu inkunsiderazzjoni bl-għan li taqta’ l-kawżi li hija adita bihom u li l-awtoritajiet nazzjonali huma, minħabba l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali li jaqa’ fuq l-Istati Membri, obbligati li jirrispettawha. Fil-fehma tiegħu, l-assenza formali ta’ natura vinkolanti tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni hija mingħajr rilevanza fid-dawl tal-konsegwenzi legali sinjifikattivi li din ir-rakkomandazzjoni tipproduċi għall-finijiet ta’ interpretazzjoni, permezz ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid jew permezz tal-obbligu tal-kooperazzjoni leali.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta ċertament li, anki jekk ir-rakkomandazzjonijiet ma humiex maħsuba li jipproduċu effetti vinkolanti u ma humiex f’pożizzjoni li joħolqu drittijiet li l-individwi jistgħu jinvokaw quddiem qorti nazzjonali, huma, madankollu, ma humiex nieqsa minn kull effett legali. Fil-fatt, il-qrati nazzjonali huma obbligati li jieħdu inkunsiderazzjoni r-rakkomandazzjonijiet bil-għan tas-soluzzjoni tal-kawżi li huma sottomessi lilhom, b’mod partikolari meta huma jiċċaraw l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati bil-għan li jiġi żgurat l-implementazzjoni tagħhom jew meta huma għandhom bħala għan li jikkompletaw dispożizzjonijiet tal-Unjoni li għandhom natura vinkolanti (is-sentenzi Grimaldi, punt 15 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:646">EU:C:1989:646</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 7, 16 u 18 ; tal-<DATE ISO="20030911">11 ta’ Settembru 2003</DATE>, Altair Chimica, C‑207/01, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:451">EU:C:2003:451</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41, u tat-<DATE ISO="20100318">18 ta’ Marzu 2010</DATE>, Alassini <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑317/08 sa C‑320/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:146">EU:C:2010:146</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, it-teħid inkunsiderazzjoni, bil-għan tal-evalwazzjoni tan-natura li tista’ tiġi kkontestata ta’ rakkomandazzjoni, tal-effetti legali deskritti mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 43 iktar ’il fuq twassal għall-konklużjoni li kull rakkomandazzjoni tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, tali konklużjoni tkun f’kunflitt, minn naħa, mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 263 TFUE, kif interpretat mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 16 u 17 iktar ’il fuq, li bis-saħħa tiegħu s-sempliċi rakkomandazzjonijiet, li ma jipproduċux effetti tad-dritt obbligatorji, ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament. Min-naħa l-oħra, hija tinjora wkoll il-ġurisprudenza li tipprovdi, li biex jiġi ddeterminat jekk att jipproduċi effetti legali obbligatorji, għandu jorbot mas-sustanza tiegħu (is-sentenza Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni, punt 18 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:335">EU:C:2000:335</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ma jistax jiġi dedott mill-uniċi effetti legali deskritti mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 43 iktar ’il fuq li rakkomandazzjoni, bħar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, tipproduċi effetti ta’ dritt obbligatorji u tikkostitwixxi għaldaqstant att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 16 sa 18 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għal dawn l-istess raġunijiet, it-teħid inkunsiderazzjoni, mill-qorti tal-Unjoni, tar-rakkomandazzjonijiet għall-finijiet ta’ interpretazzjoni ma jistax lanqas, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tar-Renju tal-Belġju, ikun ta’ natura li jiġġustifika l-allegazzjoni li tipprovdi li r-rakkomandazzjonijiet, bħar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, jipproduċu effetti legali obbligatorji.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat li dan japplika wkoll għall-effetti legali li jirriżultaw, skont ir-Renju tal-Belġju, mill-obbligu tal-mezzi, jekk jiġi stabbilit, li jiġu rrispettati l-prinċipji stabbiliti fir-rakkomandazzjoni inkwistjoni, li jaqa’ fuq l-Istati Membri bis-saħħa tal-obbligu tagħhom ta’ kooperazzjoni leali.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Renju tal-Belġju jargumenta essenzjalment li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni għandha tkun li tista’ tkun is-suġġett ta’ stħarriġ limitat fid-dawl tal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, fid-dawl tal-fatt li l-assenza ta’ tali stħarriġ imur kontra l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Madankollu, ir-rakkomandazzjoni inkwistjoni tipproduċi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>effetti legali negattivi<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> sa fejn hija tikser il-prinċipju ta’ għoti ta’ kompetenzi, il-bilanċ istituzzjonali u l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali bejn istituzzjonijiet u bejn dawn u l-Istati Membri, kif ukoll dak li jirriżulta mill-ewwel, it-tielet u r-raba’ motivi mqajma mir-rikors. F’dan il-kuntest, ir-Renju tal-Belġju jżid jgħid li, skont il-ġurisprudenza, anki atti mingħajr effetti legali vinkolanti adottati bi ksur tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li din l-argumentazzjoni tar-Renju tal-Belġju, jekk hija tinżamm, terġa’ tiddeduċi n-natura li tista’ tiġi kkontestata tal-att tal-illegalità eventwali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-gravità ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata jew l-importanza tal-ħsara li jirriżulta minnu f’dak li jirrigwarda r-rispett tad-drittijiet fundamentali ma jippermettix li tiġi miċħuda l-applikazzjoni tal-għanijiet ta’<?PAGE NO="10"?> inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku previsti mit-Trattat. B’hekk, ksur allegat tal-bilanċ istituzzjonali ma jippermettix li jiċċaħdu l-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tar-rikors għal annullament magħmula mit-Trattat (is-sentenza tal-<DATE ISO="20030115">15 ta’ Jannar 2003</DATE>, Phillip Morris International vs Il‑Kummissjoni, T‑377/00, T‑379/00, T‑380/00, T‑260/01 u T‑272/01, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:6">EU:T:2003:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 87; ara wkoll, b’analoġija, id-digriet tal-<DATE ISO="20010510">10 ta’ Mejju 2001</DATE>, FNAB <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill, C‑345/00 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:270">EU:C:2001:270</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 39 sa 42).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, anki jekk jkun preżunt li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni tkun ivvizzjata minn ksur tal-prinċipju ta’ għoti ta’ kompetenzi jew tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali, din iċ-ċirkustanza ma hijiex ta’ natura li ċċaħħad il-kundizzjoni ta’ ammissibbiltà tal-eżistenza ta’ att li jista’ jiġi kkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>It-tieni nett, ma jistax lanqas jintlaqa’ l-argument tar-Renju tal-Belġju bbażat fuq il-fatt li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, mis-sentenzi tat-<DATE ISO="20090212">12 ta’ Frar 2009</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja (C‑45/07, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:81">EU:C:2009:81</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, Il‑Kummissjoni vs L-Isvezja (C‑246/07, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:203">EU:C:2010:203</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li atti mingħajr natura legalment vinkolanti adottati bi ksur tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali huma suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, anki jekk wieħed jippreżumi li, bħalma argumenta r-Renju tal-Belġju, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-kontroll, fis-sentenzi msemmija fil-punt 53 iktar ’il fuq, tal-aġir mingħajr effetti legali vinkolanti fid-dawl tal-osservanza tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali li jaqa’ fuq l-Istati Membri, għandu madankollu jiġi kkonstatat li dawn is-sentenzi ngħataw fil-kuntest ta’ rikorsi għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li ġew ippreżentati skont l-Artikolu 226 KE, jiġifieri fil-kuntest ta’ rimedju li għandu bħala suġġett li jikkonstata u jwaqqaf l-aġir ta’ Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni (is-sentenza tas-<DATE ISO="19790207">7 ta’ Frar 1979</DATE>, Franza vs Il‑Kummissjoni, 15/76 u 16/76, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:29">EU:C:1979:29</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27) u li jibbaża fuq il-konstatazzjoni objettiva tan-nuqqas ta’ osservanza minn Stat Membru tal-obbligi li jimponi fuqu t-Trattat jew att tad-dritt sekondarju (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20021114">14 ta’ Novembru 2002</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, C‑140/00, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:653">EU:C:2002:653</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal-<DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE>, Il‑Kummissjoni vs L-Italja, C‑297/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:115">EU:C:2010:115</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 81 u l-ġurisprudenza), u mhux fil-kuntest ta’ rikors għal annullament fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, dawn iż-żewġ rimedji li għandhom għanijiet differenti u li jissodisfaw kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà differenti li huma adattati għalihom, ma jistax jirriżulta mill-uniku fatt, allegat mir-Renju tal-Belġju, li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tanalizza att jew aġir mingħajr effetti legali vinkolanti fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li għandu japplika wkoll f’rikors għal annullament.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, fil-kuntest tar-rikors għal annullament stabbilit fl-Artikolu 263 TFUE, l-argumentazzjoni tar-Renju tal-Belġju, li tipprovdi li att mhux vinkolanti jista’ jiġi kkontrollat fid-dawl tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali, ikun f’kunflitt mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 16, 17 u 51 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, sa fejn ir-Renju tal-Belġju jislet argument minħabba li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs L‑Isvezja, punt 53 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:203">EU:C:2010:203</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu sa fejn ir-Renju tal-Isvezja naqas milli ħa inkunsiderazzjoni pożizzjoni miftehma fi ħdan il-grupp tax-xogħol tal-Kunsill li ġie mingħajr effetti legali vinkolanti, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li ma jirriżulta bl-ebda mod li, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ippreżentat skont l-Artikolu 263 TFUE, il-legalità ta’ att nieqes minn kull effett legali vinkolanti jista’ jiġi analizzat. Fil-fatt, anki mingħajr ma jkun hemm bżonn li tittieħed pożizzjoni fuq il-possibbiltà għall-qorti li tikkonstata, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, ksur tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali minħabba li ma tteħidx inkunsiderazzjoni att nieqes minn effetti legali vinkolanti, għandu jiġi rrilevat li din il-kawża tqajjem kwistjoni differenti jekk ir-rakkomandazzjoni inkwistjoni tipproduċi effetti legali obbligatorji.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tar-riferiment għall-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li teħtieġ interpretazzjoni mhux restrittiva tal-kundizzjoni dwar l-effetti legali vinkolanti, għandu jiġi rrilevat li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk huwa minnu li, permezz tal-Artikoli 263 TFUE u 277 TFUE, minn naħa, u permezz tal-Artikolu 267 TFUE, min-naħa l-oħra, it-Trattat jistabbilixxi sistema kompleta ta’ rimedji ġudizzjarji u ta’ proċeduri intiżi li jiżguraw l-istħarriġ tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet, billi jafdha lill-qorti tal-Unjoni [is-sentenzi tat-<DATE ISO="19860423">23 ta’ April 1986</DATE>, Les Verts vs Il‑Parlament, 294/83, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:166">EU:C:1986:166</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23 ; Reynolds Tobacco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 17 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:541">EU:C:2006:541</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 80, u d-digriet Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) vs Il‑Kummissjoni, punt 17 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:292">EU:C:2012:292</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 53], xorta jibqa’ l-fatt li, għalkemm il-kundizzjoni dwar l-effetti legali vinkolanti għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni legali effettiva, tali interpretazzjoni ma tistax twassal biex tiċħad din il-kundizzjoni mingħajr ma wieħed jeċċedi l-kompetenzi attribwiti mit-Trattat lill-qrati tal-Unjoni [ara, f’dan is-sens, is-sentenza Reynolds Tobacco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 17 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:541">EU:C:2006:541</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 81, u d-digriet Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) vs Il‑Kummissjoni, punt 17 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:292">EU:C:2012:292</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54].</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, l-argumentazzjoni tar-Renju tal-Belġju, jekk kienet inżammet, għandha preċiżament bħala effett li tiċħad il-kundizzjoni fid-dawl tal-effetti legali obbligatorji.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-Renju tal-Belġju jallega, permezz tat-tieni u l-ħames motivi mqajma fir-rikors, li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxi fir-realtà strument li għandu effett ta’ armonizzazzjoni u direttiva moħbija. B’mod iktar partikolari, fil-kuntest tat-tieni motiv, li jieħu sostenn b’mod partikolari mis-sentenzi Grimaldi, punt 15 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:646">EU:C:1989:646</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, Stanleybet <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑186/11 u C‑209/11, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:33">EU:C:2013:33</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fuq il-premessi 8 u 14 u l-paragrafu 52 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, kif ukoll fuq il-passaġġi tal-valutazzjoni tal-impatt, huwa jallega li l-imsemmija rakkomandazzjoni tikkostitwixxi strument ta’ armonizzazzjoni u tal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-logħob tal-ażżard online, kuntrarjament għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE f’dan is-settur u meħud fl-assenza ta’ kull kompetenza tal-Kummissjoni għal dan il-għan. Fil-kuntest tal-ħamest motiv, huwa jallega, essenzjalment, li din ir-rakkomandazzjoni tikkostitwixxi fir-realtà strument leġiżlattiv. Huwa jagħmel riferiment, minn naħa, għall-intenzjoni sottostanti għall-istess rakkomandazzjoni, kif din tirriżulta mill-kontenut dettaljat tagħha u tal-valutazzjoni tal-impatt. Min-naħa l-oħra, huwa josserva li, permezz tas-sistema ta’ stħarriġ tad-data stabbilita mill-paragrafi 52 sa 54 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni tipproċedi fir-realtà għal armonizzazzjoni u bi ħsiebha tiffoka l-politika kif tagħmel direttiva fis-sens tal-Artikolu 288 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, qabelxejn, sa fejn, permezz tal-argumenti bbażati, fil-kuntest tat-tieni motiv, minħabba li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni tipproċedi għal armonizzazzjoni u għal liberalizzazzjoni illegali tas-suq fis-settur tal-logħob tal-ażżard online, ir-Renju tal-Belġju bi ħsiebha tagħmel użu mill-ġurisprudenza li bis-saħħa tagħha l-qorti tivverifika, bil-għan li tiddetermina jekk att jistax jiġi kkontestat, jekk dan l-att huwa intiż li jipproduċi effetti legali ġodda meta mqabbla ma’ dawk li jinkludu l-applikazzjoni tal-prinċipji fundamentali tat-Trattat, billi jiġi analizzat il-kontenut tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Franza vs Il‑Kummissjoni, punt 18 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:424">EU:C:1991:424</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 10; Franza vs Il‑Kummissjoni, punt 18 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:164">EU:C:1997:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 9, u tal-<DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni, T‑258/06, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:214">EU:T:2010:214</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27) u billi jiġi apprezzat jekk dan l-att sempliċement jispjega l-imsemmija prinċipji jew jekk jistabbilixxi obbligi speċifiċi jew ġodda meta mqabbla ma’ dawn (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi, Franza vs Il-Kummissjoni punt 18 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:245">EU:C:1993:245</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14; Franza vs Il-Kummissjoni, punt 18 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:164">EU:C:1997:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 13, u Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:214">EU:T:2010:214</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28), għandu jitfakkar li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni hija, essenzjalment, ifformulata fi kliem mhux vinkolanti u ma hijiex intiża, fid-dawl tal-kliem tagħha, għall-kontenut u għall-kuntest tagħha, li tipproduċi effetti legali vinkolanti. Min-naħa l-oħra, fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi Franza vs Il‑Kummissjoni, punt 18 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:424">EU:C:1991:424</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), Franza vs Il Kummissjoni, punt 18 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:245">EU:C:1993:245</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), Franza vs Il Kummissjoni, punt 18 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:164">EU:C:1997:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u Il‑Ġermanja vs<?PAGE NO="12"?> Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:214">EU:T:2010:214</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-atti inkwistjoni jew, mill-inqas, il-passaġġi kkontestati u analizzati mill-qorti, kienu fformulati fi kliem imperattivi u kienu jistabbilixxu obbligi fir-responsabbiltà tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex neċessarju, f’dan il-każ, li wieħed jikkonfronta l-kontenut tal-premessi u prinċipji li jidhru fir-rakkomandazzjoni inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, kif interpretati mill-ġurisprudenza, sabiex jiġi vverifikat jekk l-imsemmija rakkomandazzjoni tistabbilixxi prinċipji differenti minn dawk li ħarġu mit-Trattat u mill-ġurisprudenza. Fil-fatt, anki jekk wieħed jippreżumi li dan huwa l-każ, xorta jibqa’ l-fatt li, fid-dawl tal-kliem, tal-kontenut u tal-kuntest ta’ din ir-rakkomandazzjoni, il-prinċipji inklużi fiha ma humiex intiżi li jipproduċu effetti legali obbligatorji.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi nnutat li, b’mod superfluwu, l-argumenti tar-Renju tal-Belġju, ibbażat fuq il-fatt li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni twassal għal armonizzazzjoni u għal liberalizzazzjoni illegali tas-suq fis-settur tal-logħob tal-ażżard online, li tipproċedi minn qari manifestament żbaljata tal-imsemmija rakkomandazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>B’hekk, minn naħa, huwa żball li r-Renju tal-Belġju jiddeduċi mill-premessi 8 u 14 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni li din għandha bħala għan li tarmonizza u li tilliberalizza s-suq tal-logħob tal-ażżard online. Ċertament, il-Kummissjoni ssemmi l-fatt li r-regoli u l-politiki introdotti mill-Istati Membri jvarjaw b’mod kunsiderevoli, li l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tinkuraġġihom li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni fit-territorji tagħhom u li approċċ iktar armonizzat jista’ jkun ta’ profitt għall-operaturi tas-servizzi tal-logħob tal-ażżard online stabbiliti fl-Unjoni li għandhom tendenza iktar u iktar li jżommu diversi liċenzji ħalli jkunu jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom f’diversi Stati Membri. Madankollu, xorta jibqa’ l-fatt li, fil-paragrafu 2 tagħha, l-imsemmija rakkomandazzjoni tafferma b’mod espliċitu l-poter regolatorju tal-Istati Membri f’dan il-qasam. Barra minn hekk, din ir-rakkomandazzjoni ma tistabbilixxi ebda regola u lanqas ebda prinċipju li għandhom tendenza li jarmonizzaw u li jilliberalizzaw dan is-suq. Fil-fatt, ebda wieħed mill-paragrafi tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni ma għandu tali għan. Minbarra dan, ikun li jkun il-kontenut tal-imsemmija premessi, bħala motivi li fuqhom tibbaża r-rakkomandazzjoni inkwistjoni, dawn il-premessi ma jistgħux jipproduċu effetti legali (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, id-digriet tat-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Vodafone España u Vodafone Group vs Il‑Kummissjoni, T‑109/06, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:384">EU:T:2007:384</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 147 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-argument ibbażat fuq il-fatt, fil-paragrafu 52 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>[b]illi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>tistieden<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="2019" ID="QE0068"/> l-Istati Membri biex jadottaw miżuri ta’ transpożizzjoni tal-[imsemmija rakkomandazzjoni], il-Kummissjoni għandha l-għan […] manifestament li timponi l-interpretazzjoni tagħha tal-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], tipproċedi għall-qari żbaljata tal-imsemmi paragrafu. Fil-fatt, dan għandu bħala għan mhux obbligu li jiġu trasposti l-prinċipji li ħarġu minn din ir-rakkomandazzjoni, iżda stedina indirizzata lill-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull miżura adottata skont l-istess rakkomandazzjoni. Madankollu, kif din tirriżulta mill-punt 34 iktar ’il fuq, ma jistax jirriżulta minn tali stedina obbligu biex wieħed jikkonforma mal-imsemmija rakkomandazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Sussegwentement, sa fejn ir-Renju tal-Belġju jagħmel riferiment għal passaġġi tal-analiżi tal-impatt, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, sabiex jiġi ddeterminat jekk att jipproduċi effetti legali obbligatorji, għandu jorbot mas-sustanza tiegħu (is-sentenza Il‑Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni, punt 18 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:335">EU:C:2000:335</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27), fid-dawl tal-fatt li l-effetti tad-dritt obbligatorji ta’ att għandhom jiġu apprezzati skont kriterji oġġettivi bħall-kontenut ta’ dan l-att, billi jittieħed inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, tal-kuntest tal-adozzjoni ta’ dan tal-aħħar kif ukoll tas-setgħat tal-istituzzjoni awtur (ara s-sentenza L‑Ungerija vs Il‑Kummissjoni, punt 16 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:70">EU:C:2014:70</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll punt 18 iktar ’il fuq). Madankollu, fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, ġie kkunsidrat, fil-punt 37 iktar ’il fuq, li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni ma kinitx intiża li tipproduċi effetti tad-dritt obbligatorji.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu għal darb’oħra jiġi rrilevat li, minbarra l-fatt li l-passaġġi tal-analiżi tal-impatt iċċitati fil-punt 51 tar-rikors sempliċement jenfasizzaw il-piż amministrattiv, minħabba l-koeżistenza tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, fuq l-operaturi tal-logħob tal-ażżard online mingħajr madankollu ma jipproponu armonizzazzjoni f’dan il-qasam, jirriżulta wkoll minn din l-analiżi, kif iċċitata miż-żewġ partijiet, li inizjattiva leġiżlattiva ġiet iġġudikata li ma kinitx fattibbli (ara l-punt 36 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Finalment, f’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa wkoll żbaljat li r-Renju tal-Belġju jiddeduċi qari magħquda tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 43 iktar ’il fuq, tas-sentenza Stanleybet <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 60 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:33">EU:C:2013:33</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll il-premessi 8 u 14 u l-paragrafu 52 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni li dan tal-aħħar għandu effett ta’ armonizzazzjoni. Ċertament, mis-sentenza Stanleybet <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 60 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:33">EU:C:2013:33</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata), li l-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament iddeċidiet li l-leġiżlazzjoni tal-logħob tal-ażżard kienet tagħmel parti mill-oqsma li fihom id-diverġenzi kunsiderevoli ta’ ordni morali, reliġjuż u kulturali li kienu jeżistu bejn l-Istati Membri u li, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fl-iskala tal-Unjoni fuq il-qasam, huwa l-obbligu ta’ kull Stat Membru li japprezza, f’dawn l-oqsma, skont l-iskala tal-valuri rispettiva tiegħu, ir-rekwiżiti li kienu jinkludu l-protezzjoni tal-interessi kkonċernati. Madankollu, fid-dawl tal-konklużjonijiet ibbażati fil-punti 46 u 65 iktar ’il fuq kif ukoll minħabba l-fatt li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni ma tinkludi ebda armonizzazzjoni tas-servizzi fis-settur tal-logħob tal-ażżard online, għandu jiġi rrilevat li, kuntrarjament għal dak li jallega r-Renju tal-Belġju, l-adozzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni ma hijiex ta’ natura li tillimita l-possibbiltà għal kull Stat Membru li japprezza, skont l-iskala tal-valuri rispettiva tiegħu, ir-rekwiżiti li jinkludu l-protezzjoni tal-imsemmija interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Dan huwa iktar u iktar hekk kif, kif din diġà ġiet irrilevata fil-punti 31, 34 u 64 iktar ’il fuq, ir-rakkomandazzjoni inkwistjoni hija, konformement mal-paragrafu 2 tagħha, mingħajr ħsara għas-setgħa regolatorja tal-Istati Membri f’dan il-qasam.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>It-tieni nett, sa fejn ir-Renju tal-Belġju jallega li l-Kummissjoni bdiet proċeduri f’konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fir-rigward ta’ seba’ Stati Membri sabiex tobbligahom jallinjaw fuq ir-rakkomandazzjoni inkwistjoni, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li ma jirriżulta minn ebda element tal-proċess li l-imsemmija proċeduri għandhom effettivament bħala suġġett l-osservanza ta’ din tal-aħħar, li l-Kummissjoni tikkontesta barra minn hekk fl-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tagħha. Min-naħa l-oħra u fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li l-imsemmija rakkomandazzjoni ġiet adottata fl-<DATE ISO="20140714">14 ta’ Lulju 2014</DATE>, jiġifieri wara d-data tal-ftuħ ta’ dawn il-proċeduri, kif indikat mir-Renju tal-Belġju, jiġifieri l-<DATE ISO="20131120">20 ta’ Novembru 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tal-argumenti mqajma fil-kuntest tal-ħames motiv u bbażati fuq il-fatt li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxi strument leġiżlattiv u sakemm dawn l-argumenti għandhom jinftiehmu fis-sens li r-Renju tal-Belġju bi ħsiebu jagħmel użu mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 61 iktar ’il fuq, għandu immedjatament isir riferiment għall-kunsiderazzjonijiet li ħarġu mill-punti 61 u 62 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi rrilevat li l-fatt, imressaq mir-Renju tal-Belġju, li l-prinċipji stabbiliti fir-rakkomandazzjoni inkwistjoni huma dettaljati ferm u mingħajr effett fuq il-konklużjoni li tipprovdi li dan l-att ma huwiex intiż li jipproduċi effetti legali obbligatorji. Fil-fatt, din il-konklużjoni ma timponix lilha nfisha fid-dawl mhux tal-livell tad-dettall tal-prinċipji li dan l-att jistabbilixxi, iżda tal-imperattività ta’ dawn tal-aħħar. Madankollu, huwa diġà ġie rrilevat iktar ’il fuq li dan huwa, f’dan il-każ, nuqqas.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq il-paragrafi 52 sa 54 tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, li juru essenzjalment, skont ir-Renju tal-Belġju, li din tal-aħħar tikkostitwixxi direttiva moħbija, għandu jiġi rrilevat li minn dawn il-paragrafi jirriżulta li l-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu ċerta data sabiex hija tkun tista’ tevalwa l-implementazzjoni tal-imsemmija rakkomandazzjoni. Madankollu, kif din diġà ġie rrilevat fil-punti 33 u 34 iktar ’il fuq, il-fatt biss li<?PAGE NO="14"?> l-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jinnotifkawlha l-miżuri adottati skont prinċipji li ħarġu minn din ir-rakkomandazzjoni u biex jipprovdulha d-data fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fl-istess rakkomandazzjoni ma huwiex ta’ natura li jrendi din l-applikazzjoni obbligatorja għall-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Finalment, sa fejn, f’dan il-kuntest, ir-Renju tal-Belġju jagħmel riferiment għall-passaġġi tal-analiżi tal-impatt u ta’ żewġ proġetti ta’ rakkomandazzjoni trażmessi mill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, għandu jsir riferiment għall-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punt 66 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, wieħed għandu jżid jgħid li, fi kwalunkwe każ, minn naħa, għandhom jiġu miċħuda l-argumenti bbażati fuq l-analiżi tal-impatt b’riferiment għall-kunsiderazzjonijiet li ħarġu fil-punt 67 iktar ’il fuq, mingħajr anki ma jkun hemm bżonn li jiġi analizzat il-kontenut tal-passaġġi ċċitati tal-imsemmija analiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-Renju tal-Belġju jiċċita, fl-atti tiegħu, premessi taż-żewġ abbozzi tar-rakkomandazzjoni, li jipprovdu li l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, tal-ġugaturi u tal-minuri fid-dawl tal-logħob tal-ażżard online huma frammentati u li l-għan tar-rakkomandazzjoni jista’ jiġi milħuq aħjar minn azzjoni fil-livell tal-Unjoni, li l-Kummissjoni kienet bi ħsiebha tipproponi sensiela ta’ prinċipji komuni biex tiżgura l-informazzjoni tal-konsumaturi rigward il-logħob tal-ażżard on line u li għandhom jiġu adottati miżuri xierqa u effettivi biex jissorvelaw u jiżguraw ir-rispett tal-prinċipji maħruġa mir-rakkomandazzjonijiet fil-forma ta’ abbozz.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Madankollu, anki jekk wieħed jippreżumi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni dawn il-premessi tal-abbozzi tar-rakkomandazzjoni bil-għan li tiġi ddeterminata l-intenzjoni segwita mill-Kummissjoni matul l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni, għandu jiġi rrilevat li l-uniku avviż ta’ intenzjoni biex jiġu proposti l-prinċipji komuni minħabba azzjoni fil-livell tal-Unjoni tkun xierqa ma hijiex ta’ natura li turi li l-imsemmija rakkomandazzjoni hija intiża li tipproduċi effetti legali obbligatorji. Minbarra dan, il-fatt li, bid-differenza mill-abbozzi tar-rakkomandazzjoni, ir-rakkomandazzjoni inkwistjoni ma tinkludi ebda indikazzjoni li tipprovdi li għandu jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipji li tistabbilixxi, lanqas ma għandha tendenza li tistabbilixxi l-assenza ta’ kull intenzjoni mill-Kummissjoni li tagħtiha effetti legali obbligatorji.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, għandu jiġi konkluż li ebda mill-argumenti mqajma mir-Renju tal-Belġju ma huwa ta’ natura li titwaqqa’ l-konklużjoni bbażata fil-punt 37 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Barra minn hekk, wieħed għandu jżid jgħid li, kuntrarjament għall-argumenti tar-Renju tal-Belġju, ma għandhiex tkun mehmuża mal-mertu l-eċċezzjoni tal-inammissibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Minn naħa, kuntrarjament għal dak li jargumenta r-Renju tal-Belġju, l-unika fatt li, fl-espożizzjoni tal-kuntest legali tal-eċċezzjoni tal-inammissibbiltà, il-Kummissjoni tirrispondi fil-mertu għall-ewwel motiv imqajjem minn dan l-Istat Membru ma jistax ikun ta’ natura li jiġġustifika l-inklużjoni tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mal-mertu. Fil-fatt, mill-punti 51 u 52 iktar ’il fuq jirriżulta li, anki jekk wieħed jippreżumi li l-ewwel motiv kif ukoll, barra minn hekk, it-tielet u r-raba’ motivi huma fondati, din iċ-ċirkustanza ma hijiex ta’ natura li tiċħad il-kundizzjoni ta’ ammissibbiltà tal-eżistenza ta’ att li jista’ jiġi kkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, sa fejn ir-Renju tal-Belġju iqis li huwa neċessarju li jiġu analizzati t-tieni u l-ħames motivi fil-mertu, qabelxejn, għandu jitfakkar li, kif din tirriżulta mill-punti 61 u 62 iktar ’il fuq, iċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża jiddistingwu lilhom infushom minn dawk tal-kawżi li wasslu għas-sentenzi ċċitati fil-punt 61 iktar ’il fuq, li fihom l-ammissibbiltà ġiet analizzata fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-mertu.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi rrilevat li l-konklużjoni, ibbażata fil-punt 37 iktar ’il fuq, li tipprovdi li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni hija mingħajr effetti legali obbligatorji hija ffondata fuq analiżi tal-kliem tagħha, tal-kontenut tagħha, tal-kuntest tagħha kif ukoll tal-intenzjoni tal-awtur tagħha, li jirrileva l-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Finalment, għandu jiġi rrilevat li, jekk huwa minnu li, fil-punti 60 sa 77 ta’ dan id-digriet, il-Qorti Ġenerali pproċediet għall-analiżi ta’ ċerti argumenti mqajma mir-Renju tal-Belġju fil-kuntest tat-tieni u l-ħames motivi tiegħu, li bihom dan l-Istat Membru jargumenta li r-rakkomandazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxi strument leġiżlattiv ta’ armonizzazzjoni, xorta jibqa’ l-fatt, madankollu, li dawn l-argumenti għandhom, essenzjalment, jiġu miċħuda minħabba li jirriżulta ċarament mill-kliem, mill-kontenut u mill-kuntest tal-att li dan ma huwiex intiż li jipproduċi effetti tad-dritt obbligatorji, kif ukoll dak li jirriżulta b’mod partikolari mill-punti 61, 62, 66, 71, 73 u 74 iktar ’il fuq, u li ġew analizzati fil-mertu biss b’mod superfluwu.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, ġie rrilevat li dawn l-argumenti joħorġu, parzjalment, minn qari żbaljata tar-rakkomandazzjoni inkwistjoni u li huma manifestament infondati. Madankollu, f’dawn iċ-ċirkustanzi, tmur kontra r-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tal-ekonomija tal-ġudizzju li tinhemeż l-eċċezzjoni tal-inammissibbiltà mal-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-eċċezzjoni tal-inammissibbiltà għandha tintlaqa’ u r-rikors miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ intervent insostenn tat-talbiet tar-Renju tal-Belġju mressqa mir-Repubblika Ellenika u mir-Repubblika Portugiża (ara, f’dan is-sens, id-digrieti tal-<DATE ISO="20010705">5 ta’ Lulju 2001</DATE>, Conseil national des professions de l’automobile <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, C‑341/00 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:387">EU:C:2001:387</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 36 u 37, u tas-<DATE ISO="20150107">7 ta’ Jannar 2015</DATE>, Freitas vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill, T‑185/14, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:14">EU:T:2015:14</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Renju tal-Belġju tilef, għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż, konformement mat-talbiet tal-Kummissjoni, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet tal-intervent.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 144(10) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Portugiża u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talbiet tal-intervent.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla)</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet tal-intervent tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika Portugiża.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="16"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Portugiża u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talbiet tal-intervent.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST><P>Magħmul fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20151027">27 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>E. Coulon</P><P>Reġistratur</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>M. E. Martins Ribeiro</P><P>President</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>