02016D0715 — MT — 01.05.2021 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/715 tal-11 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa (notifikata bid-dokument C(2016) 2684) (ĠU L 125 13.5.2016, p. 16) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/801 tat-8 ta' Mejju 2017 |
L 120 |
26 |
11.5.2017 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/85 tat-18 ta' Jannar 2018 |
L 16 |
11 |
20.1.2018 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/449 tat-18 ta' Marzu 2019 |
L 77 |
76 |
20.3.2019 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/682 tas-26 ta’ April 2021 |
L 144 |
31 |
27.4.2021 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/715
tal-11 ta' Mejju 2016
li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa
(notifikata bid-dokument C(2016) 2684)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott li joriġina mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj biex jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa fl-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“Phyllosticta citricarpa” tfisser Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa, magħrufa wkoll bħala Guignardia citricarpa Kiely skont id-Direttiva 2000/29/KE;
“frott speċifikat” tfisser frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom, għajr il-frott ta' Citrus aurantium L. u Citrus latifolia Tanaka.
KAPITOLU II
MIZURI FIR-RIGWARD TA' FROTT SPEĊIFIKAT GĦAJR IL-FROTT INTIŻ ESKLUSSIVAMENT GĦALL-IPPROĊESSAR INDUSTRIJALI F'MERAQ
Artikolu 3
Introduzzjoni fl-Unjoni ta' frott speċifikat, għajr il-frott intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq
▼M3 —————
Artikolu 5
Introduzzjoni fl-Unjoni ta' frott speċifikat li joriġina mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj
Il-frott speċifikat li joriġina mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, li taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali” jkun fih l-elementi li ġejjin:
dikjarazzjoni li l-frott speċifikat joriġina f'għalqa ta' produzzjoni li kienet soġġetta għal trattamenti kontra l-Phyllosticta citricarpa mwettqa f'ħin xieraq sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni;
dikjarazzjoni li twettqet spezzjoni uffiċjali xierqa fl-għalqa ta' produzzjoni matul l-istaġun ta' tkabbir u li fil-frott speċifikat ma nstab l-ebda sintomu tal-Phyllosticta citricarpa sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni;
dikjarazzjoni li ttieħed kampjun f'xi punt minn meta jasal il-frott sa ma jiġi ppakkjat f'faċilitajiet ta' ppakkjar ta' mill-inqas 600 frotta ta' kull speċi għal kull 30 tunnellata, jew parti minnhom, kemm jista' jkun magħżula abbażi ta' kull sintomu possibbli tal-Phyllosticta citricarpa u l-frott kollu li jkun ittieħed kamjun tiegħu u li juri xi sintomu, ikun ġie ttestjat u nstab ħieles minn dak l-organiżmu ta' ħsara;
fil-każ ta' Citrus sinensis (L.) Osbeck “Valencia”, minbarra d-dikjarazzjonijiet imsemmija f'(a), (b) u (c) trid tiġi pprovduta: dikjarazzjoni li ttieħed kampjun għal kull 30 tunnellata, jew parti minnhom, u li ġie ttestjat għal infezzjoni moħbija u nstab ħieles mill-Phyllosticta citricarpa.
Artikolu 5a
Introduzzjoni fl-Unjoni ta’ frott speċifikat li joriġina mill-Brażil
Il-frott speċifikat li joriġina mill-Brażil għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, li taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali” għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
dikjarazzjoni li l-frott speċifikat joriġina f'għalqa ta' produzzjoni li kienet soġġetta għal trattamenti kontra l-Phyllosticta citricarpa mwettqa f'ħin xieraq sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni;
dikjarazzjoni li twettqet spezzjoni uffiċjali xierqa fl-għalqa ta' produzzjoni matul l-istaġun ta' tkabbir u li fil-frott speċifikat ma nstab l-ebda sintomu tal-Phyllosticta citricarpa sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni;
dikjarazzjoni li ttieħed kampjun f'xi punt minn meta jasal il-frott sa ma jiġi ppakkjat f'faċilitajiet ta' ppakkjar ta' mill-inqas 600 frotta ta' kull speċi għal kull 30 tunnellata, jew parti minnhom, kemm jista' jkun magħżula abbażi ta' kull sintomu possibbli tal-Phyllosticta citricarpa u l-frott kollu li jkun ittieħed kampjun tiegħu u li juri xi sintomu, ikun ġie ttestjat u nstab ħieles minn dak l-organiżmu ta' ħsara.
Artikolu 5b
Introduzzjoni fl-Unjoni ta’ frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina
Il-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina għandu jiġi introdott fl-Unjoni biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-frott speċifikat ikun ġie prodott f’għelieqi ta’ produzzjoni, li jikkonsistu f’unità ta’ produzzjoni waħda jew aktar, li jkunu ġew identifikati bħala partijiet uniċi u fiżikament distinti ta’ għalqa ta’ produzzjoni, u kemm l-għalqa ta’ produzzjoni kif ukoll l-unitajiet ta’ produzzjoni tagħha jkunu ġew approvati uffiċjalment mill-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti tal-Arġentina għall-iskop ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni;
l-għelieqi approvati ta’ produzzjoni u l-unitajiet ta’ produzzjoni tagħhom ikunu ġew irreġistrati mill-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti tal-Arġentina taħt kodiċijiet uniċi ta’ identifikazzjoni rispettivi (“kodiċijiet ta’ traċċabbiltà”);
il-frott speċifikat ikun ġie prodott f’unità approvata ta’ produzzjoni, li tkun għaddiet minn trattamenti u miżuri kulturali, effettivi kontra l-Phyllosticta citricarpa, f’ħin xieraq sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta’ veġetazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom tkun ġiet ivverifikata taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti tal-Arġentina;
ikunu twettqu spezzjonijiet uffiċjali, li jikkonsistu f’osservazzjonijiet viżwali u, jekk jinstabu sintomi, teħid ta’ kampjuni biex jitwettaq test għall-preżenza tal-Phyllosticta citricarpa, fl-unitajiet approvati ta’ produzzjoni matul l-istaġun tat-tkabbir, u l-ebda sintomu tal-Phyllosticta citricarpa ma jkun instab fil-frott speċifikat sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta’ veġetazzjoni;
ikun ittieħed kampjun:
mal-wasla fil-faċilitajiet ta’ ppakkjar, qabel l-ipproċessar, ta’ 200-400 frotta għal kull lott ta’ frott speċifikat, definit mal-wasla fil-faċilità ta’ ppakkjar;
tul il-linja bejn il-wasla u l-ippakkjar fil-faċilitajiet ta’ ppakkjar, ta’ mill-inqas 1 % għal kull lott ta’ frott speċifikat definit fil-linja tal-ippakkjar;
qabel it-tluq mill-faċilità ta’ ppakkjar, ta’ mill-inqas 1 % għal kull lott ta’ frott speċifikat, definit wara l-ippakkjar;
qabel l-esportazzjoni, bħala parti mill-ispezzjoni uffiċjali finali biex jinħareġ iċ-ċertifikat fitosanitarju, ta’ mill-inqas 1 % għal kull lott ta’ frott speċifikat ippreparat għall-esportazzjoni;
il-frott speċifikat kollu msemmi fil-punt (e) ikun itteħidlu kampjun, se fejn ikun possibbli, abbażi ta’ kwalunkwe sintomu apparenti tal-Phyllosticta citricarpa, u l-frott kollu li jkun ittieħed kampjun minnu msemmi fil-punt (e)(i) ikun instab ħieles mill-Phyllosticta citricarpa abbażi ta’ spezzjonijiet viżwali, filwaqt li l-frott kollu li jkun ittieħed kampjun minnu msemmi fil-punti (e)(ii), (iii) u (iv) li jkun wera sintomi tal-Phyllosticta citricarpa, ikun ġie ttestjat u nstab li huwa ħieles mill-Phyllosticta citricarpa;
il-frott speċifikat ikun ġie ttrasportat f’pakketti li kull wieħed minnhom ikollu tikketta bil-kodiċi ta’ traċċabbiltà tal-unità ta’ produzzjoni li minnha joriġina;
qabel jibda l-istaġun tal-esportazzjoni tal-frott speċifikat, l-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti tal-Arġentina tkun ikkomunikat lill-Kummissjoni l-lista ta’ unitajiet approvati ta’ produzzjoni għal kull għalqa ta’ produzzjoni, kif ukoll l-ismijiet tal-operaturi professjonisti responsabbli għal kull għalqa approvata ta’ produzzjoni, u jkun ġie kkomunikat minnufih lill-Kummissjoni kwalunkwe aġġornament ieħor relatat mal-bidliet f’dik il-lista, inkluż ir-raġuni għal dawk il-bidliet;
il-frott speċifikat ikun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, li jinkludi l-għadd ta’ pakketti minn kull unità ta’ produzzjoni u, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, il-kodiċijiet ta’ traċċabbiltà rilevanti u d-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-kunsinna tikkonforma mal-Artikolu 5b tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715”.
Minbarra il-paragrafu 1, il-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina għandu jiġi introdott fl-Unjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikun joriġina minn unità approvata ta’ produzzjoni fejn ma jkunx instab il-Phyllosticta citricarpa fuq il-frott speċifikat matul l-ispezzjonijiet uffiċjali mwettqa fl-Arġentina fl-unitajiet approvati ta’ produzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d) jew fuq il-frott speċifikat kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e) u matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq kunsinni fil-punti tad-dħul fl-Unjoni matul l-istaġun tat-tkabbir u tal-esportazzjoni;
ikun joriġina minn unitajiet approvati ta’ produzzjoni fejn ma jkunx instab il-Phyllosticta citricarpa matul l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Arġentina wara li l-preżenza tal-Phyllosticta citricarpa tkun ġiet ikkonfermata f’unità ta’ produzzjoni li tappartjeni għall-istess għalqa ta’ produzzjoni bħal dawk l-unitajiet ta’ produzzjoni, matul l-ispezzjonijiet uffiċjali mwettqa fl-Arġentina fuq il-frott speċifikat kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e) jew matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq kunsinni fil-punti tad-dħul fl-Unjoni matul l-istaġun tat-tkabbir u tal-esportazzjoni;
ikun joriġina minn unitajiet ta’ produzzjoni fejn il-Phyllosticta citricarpa ma nstabx matul l-istaġun preċedenti tat-tkabbir u tal-esportazzjoni, matul spezzjonijiet uffiċjali imwettqa fl-Arġentina, jew matul kontrolli uffiċjali mwettqa fuq kunsinni fl-Unjoni.
Artikolu 6
Rekwiżiti fl-Unjoni li jikkonċernaw l-ispezzjoni tal-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina, mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj
Artikolu 7
Rekwiżiti ta' traċċabilità
Għall-finijiet tat-traċċabilità, il-frott speċifikat għandu jiġi introdott fl-Unjoni biss jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjijn:
l-għalqa ta' produzzjoni, il-faċilitajiet ta' ppakkjar, l-esportaturi u kwalunkwe operatur ieħor involut fil-ġestjoni tal-frott speċifikat, ikunu ġew irreġistrati uffiċjalment għal dak il-għan;
matul il-passaġġ tagħhom mill-għalqa tal-produzzjoni sal-Unjoni, il-frott speċifikat jkun ġie akkumpanjat b'dokumenti maħruġa taħt is-sorveljanza tal-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti;
informazzjoni dettaljata dwar it-trattamenti ta' qabel u ta' wara l-ħsad.
KAPITOLU III
MIZURI FIR-RIGWARD TA' FROTT SPEĊIFIKAT INTIŻ ESKLUSSIVAMENT GĦALL-IPPROĊESSAR INDUSTRIJALI F'MERAQ
Artikolu 8
Introduzzjoni u moviment fl-Unjoni ta' frott speċifikat intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq
Artikolu 9
Ċertifikati fitosanitarji
Il-frott speċifikat għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jinkludi l-elementi li ġejjin taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”:
dikjarazzjoni li l-frott speċifikat joriġina f'għalqa ta' produzzjoni li kienet soġġetta għal trattamenti xierqa kontra l-Phyllosticta citricarpa mwettqa f'ħin xieraq;
dikjarazzjoni li twettqet spezzjoni viżwali uffiċjali xierqa waqt l-ippakkjar u li f'dik l-ispezzjoni ma nstab l-ebda sintomu tal-Phyllosticta citricarpa fil-frott speċifikat maħsud fl-għalqa ta' produzzjoni;
il-kliem “Frott intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq”.
Artikolu 10
Rekwiżiti ta' traċċabilità u moviment tal-frott speċifikat fil-pajjiż terż ta' oriġini
Għall-finijiet ta' traċċabilità, il-frott speċifikat għandu jiġi introdott fl-Unjoni biss jekk joriġina f'post ta' produzzjoni rreġistrat uffiċjalment u jekk tkun saret reġistrazzjoni uffiċjali tal-moviment ta' dak il-frott mill-post ta' produzzjoni sal-punt ta' esportazzjoni fl-Unjoni. Il-kodiċi tal-unità ta' produzzjoni rreġistrat għandu jissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”.
Artikolu 11
Punti ta' dħul tal-frott speċifikat
Artikolu 12
Spezzjoni tal-punti ta' dħul tal-frott speċifikat
Artikolu 13
Rekwiżiti għall-importaturi
In-notifika għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
il-volum tal-frott speċifikat taċ-ċitru;
in-numri ta' identifikazzjoni tal-kontenituri;
id-data mistennija ta' introduzzjoni u l-punt ta' dħul fl-Unjoni,
l-ismijiet, l-indirizzi u l-postijiet tal-bini msemmija fl-Artikolu 15.
Artikolu 14
Moviment fl-Unjoni tal-frott speċifikat
Artikolu 15
Rekwiżiti li jikkonċernaw l-ipproċessar tal-frott speċifikat
Artikolu 16
Rekwiżiti li jikkonċernaw il-ħżin tal-frott speċifikat
Artikolu 17
Kontenituri, ippakkjar u tikkettar
Il-frott speċifikat għandu jiġi introdott u mċaqlaq fl-Unjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
jiġu inklużi f'pakketti individwali f'kontenitur;
titwaħħal tikketta ma' kull kontenitur u ma' kull pakkett individwali msemmi fil-punt (a) li jkollha l-informazzjoni li ġejja:
numru uniku fuq kull pakkett individwali;
il-piż nett iddikjarat tal-frott;
marka li tiddikjara: “Frott intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq.”
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 18
Obbligi ta' rappurtar
Kull sena qabel il-31 ta' Diċembru, l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-frott speċifikat jiġi pproċessat f'meraq, għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:
l-ammont ta' frott speċifikat ipproċessat fit-territorju tagħhom skont din id-Deċiżjoni matul l-istaġun ta' importazzjoni preċedenti;
il-volum ta' skart u ta' prodotti inċidentali meqruda u l-informazzjoni ddettaljata dwar l-użu jew il-qerda tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 15(3).
Artikolu 19
Notifiki
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-pajjiż terz ikkonċernat malli tiġi kkonfermata sejba tal-Phyllosticta citricarpa.
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità tal-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina mal-Artikolu 5b, fin-notifika tan-nuqqasijiet ta’ konformità l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-kodiċi ta’ traċċabbiltà tal-unità ta’ produzzjoni rispettiva msemmi fl-Artikolu 5b(1)(b).
Artikolu 20
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2004/416/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/422/UE huma mħassra.
Artikolu 21
Data ta' applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Ġunju 2016.
Artikolu 22
Data ta' skadenza
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Marzu 2022.
Artikolu 23
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f'Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li mhuwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).