Official Journal 204 , 24/08/1967 P. 0020 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 1 P. 0223
English special edition: Series IV Chapter 1965-1972 P. 0014
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 1 P. 0223
Greek special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0149
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0068
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 2 P. 0068
Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 474/67/KEE tal-21 ta’ Awissu 1967 dwar l-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni fuq l-esportazzjonijiet tar-ross u r-ross miksur IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 359/67/KEE tal-25 ta’ Marzu 1987 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 80 tiegħu, Billi l-Artikolu 17 tar-Regolament imsemmi hawn fuq jipprovdi illi għall-esportazzjonijiet tar-ross u tar-ross miksur id-differenzi bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji u l-prezzijiet ġewwa l-Komunità jistgħu jkunu koperti b’rifużjoni fuq l-esportazzjoni li tista’ tiġi ffissata bil-quddiem; billi, fil-każ tal-fissar bil-quddiem, ir-rifużjoni trid tiġi aġġustata għall-prezz għatba li jkun fis-seħħ matul ix-xahar li fih issir l-esportazzjoni u jrid jiġi applikat ammont korrettiv, iffissat fl-istess waqt, għar-rifużjoni; Billi, sabiex jiġi stmat l-ammont tar-rifużjoni li jrid jiġi konċess meta dan jiġi ffissat bil-quddiem, trid tiġi stmata l-varjazzjoni fil-prezzijiet fis-suq dinji li tista’ tiġri bejn il-jum li fih issir l-applikazzjoni għal-liċenzja u x-xahar li fih issir l-esportazzjoni; billi l-prezz ċif ta’ meta tintbagħat il-kunsinna jirrifletti din il-varjazzjoni u b’hekk jgħin l-ammont li bih irid jiġi mnaqqas jew miżjud l-ammont validu fil-jum li fih issir l-applikazzjoni għal-liċenzja; Billi ma jkunx tal-parir illi l-ammont tar-rifużjonijiet ivarja spiss ħafna b’riżultat tal-bidliet minimi fil-kwotazzjonijiet tas-suq dinji, biex b’hekk jikkawża l-inċertezza f’dawk intitolati għalihom; billi, għalhekk, mingħajr ma ssir ħsara lill-interessi ta’ dawn l-intitolati, għandu jiġi stabbilit limitu li fih il-varjazzjonijiet f’dawn il-kwotazzjonijiet ma jaffettwawx l-ammont tar-rifużjoni; Billi l-miżuri provvduti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Meta tiġi ffissata bil-quddiem ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għar-ross u r-ross miksur riferita fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 17(4) tar-Regolament Nru 359/67/KEE, ir-rifużjoni għandha tkun dik li tapplika għal esportazzjoni fil-jum li fih issir l-applikazzjoni għal-liċenzja: - imnaqqsa bid-differenza bejn il-prezz ċif ta’ meta tintbagħat il-kunsinna u l-prezz ċif meta ta’ l-ewwel jaqbeż lil ta’ l-aħħar b’iktar minn 0,025 ta’ l-unità tal-kont għal kull 100 kilogramma; - miżjuda bid-differenza bejn il-prezz ċif u l-prezz ċif ta’ meta tintbagħat il-kunsinna meta ta’ l-ewwel jaqbeż lil ta’ l-aħħar b’iktar minn 0,025 ta’ l-unità tal-kont għal kull 100 kilogramma; Fl-intervalli taż-żmien bejn il-fissar ta’ kull ġimgħa, l-ammont tar-rifużjoni li japplika fil-każ ta’ ffissar bil-quddiem għandu jiġi aġġustat meta l-applikazzjoni tal-metodu tal-kalkolu ta’ hawn fuq iwassal illi l-ammont tagħha jiġi mibdul b’iktar minn 0,025 ta’ unità tal-kont għal kull 100 kilogramma. Il-prezz ċif għal dan il-għan għandu jkun dak ikkalkolat skond l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 359/67/KEE. Il-prezz ċif ta’ meta tintbagħat il-kunsinna għandu jkun dak ikkalkolat skond l-Artikolu 3 [2] tar-Regolament Nru 365/67/KE imsejjes, madankollu, rigward kull xahar li fih tkun valida l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, fuq il-prezz ċif ikkalkolat fuq il-bażi ta’ l-offerti għat-trasport bil-baħar matul ix-xahar li fih trid tiġi effettwata l-esportazzjoni. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 1967. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Awissu 1967. Għall-Kummissjoni Il-President Jean Rey [1] ĠU Ċ 174, tal-31.7.1967, p.1. [2] ĠU Ċ 174, tat-3.7.1967, p.32. --------------------------------------------------