SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
26 ta’ Mejju 2016 ( *1 )
[Test emendat mid-digriet tad-29 ta’ Ġunju 2016]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Għoti ta’ kuntratt, mill-benefiċjarju tal-fondi li jaġixxi bħala awtorità kontraenti, bil-għan li titwettaq l-azzjoni sussidjata — Kunċett ta’ ‘irregolarità’ — Kriterju dwar ‘il-ksur tad-dritt tal-Unjoni’ — Proċeduri ta’ sejħiet għal offerti li jiksru l-leġiżlazzjoni nazzjonali — Natura tal-korrezzjonijiet finanzjarji adottati mill-Istati Membri — Miżuri jew sanzjonijiet amministrattivi”
Fil-Kawżi magħquda C‑260/14 u C‑261/14,
li għandha bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Bacău (qorti tal-appell ta’ Bacău, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjonijiet tat-8 ta’ Mejju 2014, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-30 ta’ Mejju 2014, fil-proċeduri
Judeţul Neamţ (C‑260/14),
Judeţul Bacău (C‑261/14)
vs
Ministerul Dezvoltării Regionale şi Administraţiei Publice,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, F. Biltgen, A. Borg Barthet, E. Levits (Relatur) u M. Berger, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: Y. Bot,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
[Kif emendat mid-digriet tad-29 ta’ Ġunju 2016] għall-Gvern Rumen, minn R. H. Radu u V. Angelescu kif ukoll minn D. M. Bulancea, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u G. Koós kif ukoll minn A. Pálfy, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u B. Koopman, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.‑R. Killmann u A. Ştefănuc, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-14 ta’ Jannar 2016,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 2 u 4 u tal-Artikolu 5(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340), kif ukoll tal-Artikolu 2(7) u tal-Artikolu 98 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU 2006, L 210, p. 25). |
|
2 |
Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn rispettivament il-Judeţul Neamţ (dipartiment ta’ Neamţ) u l-Judeţul Bacău (dipartiment ta’ Bacău) u l-Ministerul Dezvoltării Regionale şi Administraţiei Publice (ministeru tal-iżvilupp reġjonali u tal-amministrazzjoni pubblika) dwar il-validità ta’ żewġ atti amministrattivi indirizzati lilhom minn dan tal-aħħar li imponew fuqhom, bħala awtoritajiet kontraenti li organizzaw il-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi relatati ma’ operazzjonijiet sussidjati, ir-rimbors ta’ parti mill-ammont tas-sussidju li huma kienu rċevew. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
3 |
L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2988/95 jipprovdi: “1. Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, qegħdin hawnhekk jiġu adottati regoli ġenerali fir-rigward ta’ verifiki omoġenji u miżuri amministrattivi u penali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-irregolaritajiet fir-rigward tal-liġi tal-Komunità. 2. ‘Irregolarità’ għandha tfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Komunità li jirriżulta minn att jew nuqqas ta’ operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali tal-Komunità jew il-budget mmexxi minnhom, jew billi jnaqqas jew jitlef id-dħul li jakkumula minn riżorsi tagħhom stess miġbura direttament għan-nom tal-Komunità, jew permezz ta’ nefqa mhux ġustifikata.” |
|
4 |
L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jistabbilixxi li: “1. Il-verifiki amministrattivi, il-miżuri u l-penali għandhom jiġu introdotti sakemm ikunu neċessarji biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-liġi tal-Komunità. Dawn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex jipprovdu protezzjoni adegwata għall-interessi finanzjarji tal-Komunità. 2. Ebda penali amministrattiva ma tista’ tiġi imposta ħlief jekk att tal-Komunità qabel l-irregolarità jkun ipprovda għaliha. Fil-każ ta’ emenda sussegwenti tad-dispożizzjonijiet li jimponu penali amministrattivi u li jinsabu fir-regoli tal-Komunità, id-dispożizzjonijiet l-anqas ħorox għandhom japplikaw b’mod retroattiv. 3. Il-liġi tal-Komunità għandha tistabbilixxi n-natura u l-iskop tal-miżuri amministrattivi u l-penali meħtieġa għall-applikazzjoni korretta tar-regoli in kwistjoni, wara li jiġu kkunsidrati n-natura u s-serjetà ta’ l-irregolarità, il-vantaġġ mogħti jew miksub u l-grad tar-responsabbiltà. 4. Bla ħsara għal-liġi applikabbli tal-Komunità, il-proċeduri għall-applikazzjoni tal-verifiki Komunitarji, il-miżuri u l-penali għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet ta’ l-Istati Membri.” |
|
5 |
L-Artikolu 4 tal-istess regolament huwa fformulat kif ġej: “1. Bħala regola ġenerali, kull irregolarità għandha tinvolvi l-irtirar tal-vantaġġ miksub b’mod skorrett:
2 L-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-irtirar tal-vantaġġ miksub kif ukoll, fejn ikun hemm hekk provdut, l-imgħax li jista’ jiġi stabbilit abbażi ta’ rata fissa. 3. L-atti li jiġu stabbiliti li biex jkollhom bħala l-għan tagħhom il-kisba ta’ vantaġġ li jmur kontra l-għanijiet tal-liġi tal-Komunità applikabbli fil-każ billi joħolqu artifiċjalment il-kundiżżjonijiet meħtieġa biex jinkiseb dak il-vantaġġ għandhom jirriżultaw, skont kif ikun il-każ, jew fiż-żamma milli jinkiseb dak il-vantaġġ jew fl-irtirar tiegħu. 4 Il-miżuri kif hemm provdut f’dan l-Artikolu m’għandhomx jitqiesu bħala penali.” |
|
6 |
L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 2988/95 jipprovdi: “1. L-irregolaritajiet intenzjonati jew dawk kawżati minn negliġenza jistgħu jwasslu għal dawn il-penali amministrattivi:
[...]” |
|
7 |
L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1083/2006, jipprovdi: “[...] ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji u r-regoli dwar is-sħubija, il-programmazzjoni, il-valutazzjoni, l-amministrazzjoni, inklużi l-amministrazzjoni finanzjarja, il-monitoraġġ u l-kontroll abbażi tar-responsabbilitajiet kondiviżi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni”. |
|
8 |
Il-punt 7 tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jipprovdi: “Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament: [...]
|
|
9 |
L-Artikolu 98 ta’ l-istess regolament jipprevedi li : “1. L-Istati Membri għandhom l-ewwel jerfgħu r-responsabbiltà sabiex jinvestigaw irregolaritajiet, waqt li jaġixxu fuq il-provi ta’ kull bidla maġġuri li tolqot in-natura ta’ jew il-kondizzjonijiet għall-implementazzjoni jew il-kontroll ta’ operazzjonijiet jew programmi operattivi u jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa. 2. L-Istat Membru għandu jagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa rigward l-irregolaritajiet individwali jew sistemiċi li jiġu individwati fl-operazzjonijiet jew fil-programmi operattivi. Il-korrezzjonijiet li jsiru minn Stat Membru għandhom jikkonsistu f'kanċellament tal-kontribuzzjoni pubblika kollha jew parti minnha mill-programm operattiv. L-Istat Membru għandu jieħu kont tan-natura u l-gravità ta’ l-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju għall-Fond. Ir-riżorsi mill-fondi rilaxxati b’dan il-mod jistgħu jerġgħu jintużaw mill-Istat Membru sal-31 ta’ Diċembru 2015 għall-programm operattiv konċernat skond id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3. [...] 3. Il-kontribuzzjoni li tkun tħassret skond il-paragrafu 2 ma tistax terġa’ tintuża għall-operazzjoni jew l-operazzjonijiet li kienu s-suġġett tal-korrezzjoni, lanqas, fejn tkun saret korrezzjoni finanzjarja għal irregolarità sistematika, għal operazzjonijiet eżistenti li jaqgħu taħt l-assi prijoritajru fl-intier tagħhom jew parti minnhom fejn ikun saret l-irregolarità sistematiku. [...]” |
|
10 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p.320), jissostitwixxi r-Regolament Nru 1083/2006, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. |
|
11 |
Il-punt 36 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1303/2013 għandu jinqara’ kif ġej: “Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament: [...]
|
|
12 |
Il-premessa 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1422/2007, tal-4 ta’ Diċembru 2007 (ĠU 2007, L 317, p. 34), (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2004/18”), tipprevedi: “L-għoti tal-kuntratti ffinalizzati fl-Istati Membri f’isem l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u korpi oħra mmexxija minn entitajiet legali pubbliċi, huwa soġġett li josserva l-prinċipji tat-Trattat u in partikolari għall-prinċipji tal-moviment ħieles tal-prodotti, il-prinċipju ta’ l-istabbiliment ħieles u l-prinċipju tal-libertà li tipprovdi servizzi u l-prinċipji li jitnisslu minn dawn, bħal ma huwa il-prinċipju tat-trattament ugwali, il-prinċipju ta’ bla diskriminazzjoni [nondiskriminazzjoni], il-prinċipju ta’ għarfien reċiproku, il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-prinċipju tat-trasparenza. Madankollu, għall-kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu ammont, huwa rakkomandat li jinħarġu disposizzjonijiet ta’ kordinazzjoni Komunitarja tal-proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ kuntratti bħal dawn li huma bbażati fuq dawn il-prinċipji sabiex jiġu assigurati l-effetti li dawn jista’ jkollhom u biex jiggarantixxu l-bidu tal-kisba għall-kompetizzjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni għandhom għalhekk ikunu interpretati konformement kemm mar-regoli u l-prinċipji msemmija qabel kif ukoll mar-regoli l-oħra tat-Trattat.” |
|
13 |
L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Limiti massimi għal kuntratti pubbliċi”, jiddisponi: “Din id-Direttiva għandha tapplika għal kuntratti publiċi li mhumiex esklużi skond l-eċċezzjonijiet provduti fl-Artikoli 10 u 11 u l-Artikoli 12 sa 18 u li għandhom valur esklussiv ta’ valur addizzjonali ta’ taxxa (VAT) stmat li hu ugwali jew akbar minn dawn il-limiti massimi li ġejjin:
|
Id-dritt Rumen
|
14 |
L-Artikolu 1 tal-Ordonanţă Guvernului nr. 79/2003 privind controlul și recuperarea fondurilor comunitare, precum și a fondurilor de cofinanţare aferente utilizate necorespunzător (Digriet tal-Gvern Nru 79/2003 dwar il-kontroll u l-irkupru ta’ fondi Komunitarji kif ukoll fondi ta’ kofinanzjament dwar l-użu irregolari, Monitorul Oficial al României, parti I, Nru 622, tat‑30 ta’ Awwissu 2003), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-kuntratti ta’ finanzjament u tal-proċeduri tal-għoti tal-kuntratt organizzati għall-implementazzjoni tal-azzjonijiet sussidjati inkwistjoni fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-“DG Nru 79/2003”), jiddikjara: “Dan id-digriet jirregola l-attivitajiet ta’ konstatazzjoni u ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament taħt l-għajnuna finanzjarja mhux rimborsabbli mogħtija lir-Rumanija mill-Komunità Ewropea u/jew mill-fondi ta’ kofinanzjament għal dan, b’riżultat ta’ irregolarità.” |
|
15 |
L-Artikolu 2 tad-DG Nru 79/2003 jipprevedi li: “Għall-finijiet ta’ dan id-digriet:
[...]
[...]” |
|
16 |
L-Artikolu 4 tad-DG 79/2003 jipprovdi li: “1. Jikkostitwixxu s-suġġett tal-irkupru tat-talbiet baġitarji li jirriżultaw minn irregolarità, dawk l-ammonti indebitament imħallsa mill-Fondi Komunitarji u/jew il-kofinanzjament relatat, l-ispejjeż bankarji, u inklużi l-aċċessorji tagħhom kif ukoll ammonti oħra stabbiliti mil-liġi dovuti mid-debitur. [...]” |
|
17 |
Fid-data tal-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti tal-azzjonijiet sussidjati inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Ordonanţă de urgenţă a Guvernului nr. 66/2011 privind prevenirea, constatarea și sancţionarea neregulilor apărute în obţinerea și utilizarea fondurilor europene și/sau a fondurilor publice naţionale aferente acestora (id-digriet ta’ urġenza tal-gvern Nru 66/2011 dwar il-prevenzjoni, ir-rikonoxximent u s-sanzjoni tal-irregolaritajiet misjuba fil-kisba u l-użu ta’ fondi Ewropej u/jew fondi pubbliċi nazzjonali relatati, Monitorul Oficial al României, parti I, Nru 461, tat-30 ta’ Ġunju 2011, iktar ’il quddiem id-“DUG Nru 66/2011”), kien issostitwixxa d-DG Nru 79/2003. |
|
18 |
L-Artikolu 2 tal-DUG Nru 66/2011 jistabbilixxi: “Għall-finijiet ta’ dan id-digriet ta’ urġenza:
[...]
[...]
[...]” |
|
19 |
L-Artikolu 27(1) tad-DUG Nru 66/2011 jipprevedi: “Fil-każ li jinstabu irregolaritajiet fil-livell tal-applikazzjoni mill-benefiċjarju tad-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, kemm fir-rigward tar-regolamenti nazzjonali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, il-proċeduri speċifiċi tal-għoti applikabbli għal benefiċjarji privati, nota ta’ kostatazzjoni tal-irregolaritajiet u l-likwidazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji jinħareġ permezz tal-applikazzjoni rilevanti tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 20 u 21. ” |
|
20 |
L-Artikolu 28 tad-DUG Nru 66/2011 jistabbilixxi: “Il-valur tat-talba baġitajra stabbilita abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27 għandu jiġi kkalkulat billi jiġu stabbiliti l-korrezzjonijiet finanzjarji skont id-dispożizzjonijiet tal-anness.” |
|
21 |
Fit-tabella tal-anness tad-DUG Nru 66/2011 dwar il-kuntratti fejn il-valur tagħhom huwa inferjuri mil-limitu stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kuntratti pubbliċi għad-determinazzjoni tal-obbligu ta’ pubblikazzjoni fuq Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-punt 2.3 jipprevedi, għan-nuqqasijiet li jinvolvu l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ kwalifikazzjoni u ta’ selezzjoni jew ta’ fatturi ta’ evalwazzzjoni illegali, l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet/tnaqqis ta’ 10 % mill-valur tal-kuntratt ikkonċernat jew ta’ rata mnaqqsa ta’ 5 %, skont il-gravità. |
Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari
|
22 |
Bħala parti mill-Programm Operattiv Reġjonali għall-2007/2013, żewġ amministrazzjonijiet territorjali Rumeni ġirien, id-dipartiment ta’ Neamţ (Kawża C‑260/14) u d-dipartiment ta’ Bacău (Kawża C‑261/14), li jinsabu madwar 60 km ’il bogħod minn xulxin, kienu l-benefiċjarji ta’ fondi mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). L-għoti ta’ dan il-finanzjament sar permezz ta’ kuntratt ta’ finanzjament konkluż bejn il-Ministerul Dezvoltării Regionale şi Turismului (ministeru tal-iżvilupp reġjonali u tat-turiżmu), bħala l-awtorità ta’ ġestjoni ta’ programm operazzjonali reġjonali 2007-2013, u ż-żewġ amministrazzjonijiet territorjali rispettivi. |
|
23 |
Fil-Kawża C‑260/14, il-kuntratt ta’ finanzjament ikopri r-riabilitazzjoni, l-estensjoni u l-modernizzazzjoni ta’ ċentru skolastiku li jinsab f’Roman (ir-Rumanija), belt li tinsab madwar erbgħin kilometru fit-Tramuntana tal-belt ta’ Bacău (ir-Rumanija). Din tal-aħħar tinsab madwar 300 km fit-Tramuntana ta’ Bukarest (ir-Rumanija), 370 km mill-fruntiera Bulgara, lil hinn mill-Karpazji tal-Lvant u qrib il-fruntieri mal-Moldova fil-Lvant u l-Ukraina fit-Tramuntana. Id-dipartiment ta’ Neamţ, benefiċjarju tal-fondi li jaġixxi bħala awtorità kontraenti, organizza proċedura ta’ sejħa għal offerti għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi ta’ verifika ta’ valur ta’ madwar EUR 20264.18 u wara ġie konkluż kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi ta’ verifika ta’ valur ta’ EUR 19410.12. |
|
24 |
Fil-kuntest tal-Kawża C‑261/14, il-kuntratt ta’ finanzjament huwa intiż għar-riabilitazzjoni ta’ triq sekondarja. Id-dipartiment ta’ Bacău organizza proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet ta’ valur ta’ EUR 2820515, fejn wara ġie konkluż kuntratt ta’ eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet fis-17 ta’ Settembru 2009. |
|
25 |
Mill-elementi prodotti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-kuntest taż-żewġ proċeduri, il-Ministeru tal-Iżvilupp reġjonali u tal-Amministrazzjoni pubblika ddeċieda li l-kundizzjonijiet stabbiliti kemm mid-dipartiment ta’ Neamţ kif ukoll mid-dipartiment ta’ Bacău kienu illegali taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-imsemmi ministeru applika korrezzjoni finanzjarja li tirrappreżenta rispettivament 5 % tal-ammont tal-kuntratti inkwistjoni. |
|
26 |
Għalhekk id-dipartiment ta’ Neamţ u d-dipartiment ta’ Bacău appellaw mid-deċiżjonijiet dwar l-implementazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji rispettivi. Peress li l-Ministeru tal-Iżvilupp reġjonali u tal-Amministrazzjoni pubblika ċaħad dawn l-appelli, u r-rikorrenti fil-kawża prinċipali marru quddiem il-qorti tar-rinviju sabiex jiksbu l-annullament tal-imsemmija deċiżjonijiet. |
|
27 |
Fil-kuntest ta’ dan il-kontenzjuż, il-qorti tar-rinviju, b’mod partikolari, qed tintalab tiddeċiedi dwar l-eżistenza ta’ “irregolarità”, fis-sens tar-Regolament Nru 2988/95 jew tar-Regolament Nru 1083/2006, u, jekk ikun il-każ, fuq in-natura tal-korrezzjonijiet finanzjarji adottati mill-imsemmi ministeru. |
|
28 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel Bacău (qorti ta’ appell ta’ Bacău, ir-Rumanija) iddeċidiet li tisspospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin, fejn l-ewwel domanda hija speċifika għall-Kawża C‑260/14, filwaqt li mit-tieni sar-raba’ domandi huma essenzjalment identiċi fil-Kawżi C‑260/14 u C‑261/14:
|
|
29 |
Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju 2014, il-Kawżi C‑260/14 u C‑261/14 ingħaqdu flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali, kif ukoll tas-sentenza. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda fil-Kawża C‑260/14
|
30 |
Permezz tal-ewwel domanda fil-Kawża C‑260/14, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 u l-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali minn awtorità kontraenti, li bbenefikat minn għajnuna mill-Fondi Strutturali fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku li għandu valur stmat taħt il-limitu previst mill-Artikolu 7(a) tad-Direttiva 2004/18, jista’ jikkostitwixxi, meta jingħata l-kuntratt, “irregolarità”, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 1(2), jew tal-imsemmi punt 7 tal-Artikolu 2. |
|
31 |
Għandu jiġi osservat, preliminarjament, li peress li l-valur tal-kuntratt inkwistjoni huwa inqas mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 7(a) tad-Direttiva 2004/18, dan il-kuntratt ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċeduri previsti minn din id-direttiva. |
|
32 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat, li kulma jagħmel ir-Regolament Nru 2988/95 huwa li jistabbilixxi regoli ġenerali ta’ verifika u ta’ sanzjonijiet bil-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Irkupru ta’ fondi li ntużaw ħażin għandu jsir fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet oħra, jiġifieri, jekk ikun il-każ, fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet settorjali (ara s-sentenza tat-18 ta’ Diċembru 2014, Somvao, C‑599/13, EU:C:2014:2462, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
33 |
Dawn id-dispożizzjonijiet jaqgħu, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, taħt ir-Regolament Nru 1083/2006. |
|
34 |
Madankollu, peress li r-Regolamenti Nru 2988/95 u Nru 1083/2006 jagħmlu parti mill-istess dispożittiv, li jiżgura l-ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ din tal-aħħar, il-kunċett ta’ “irregolarità” fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 u tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006, jitlob interpretazzjoni uniformi. |
|
35 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni biss kliemha iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-3 ta’ Settembru 2015, Sodiaal International, C‑383/14, EU:C:2015:541, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
36 |
Għalhekk, filwaqt li mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 u mill-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 jirriżulta li ksur ta’ dritt tal-Unjoni jikkostitwixxi irregolarità, ma jistax madankollu jiġi eskluż li tali irregolarità tista’ wkoll tirriżulta minn ksur tad-dritt nazzjonali. |
|
37 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat li, sal-punt fejn l-operazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali bbenefikaw minn finanzjament tal-Unjoni, dawn l-operazzjonijiet huma suġġetti għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, il-kunċett ta’ “irregolarità” fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 u tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirreferix biss għal kull ksur ta’ dan id-dritt iżda wkoll għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jikkontribwixxu biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-proġetti finanzjati mill-Unjoni. |
|
38 |
Tali interpretazzjoni tat-terminu “irregolarità” hija kkonfermata mill-eżami tal-kuntest leġiżlattiv li fih jidħol b’mod partikolari l-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006, kif ukoll l-għan ta’ dan ir-regolament. |
|
39 |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kuntest regolatorju, li fih huwa inkluż il-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006, għandu jiġi rrilevat li l-għan ta’ dan ir-regolament, kif iddefinit fl-Artikolu 1 tiegħu, huwa, b’mod partikolari, li jiġu stabbiliti l-prinċipji ta’ ġestjoni, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEŻR abbażi tar-responsabilitajiet kondiviżi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. |
|
40 |
Dawn il-kompiti ta’ ġestjoni, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll huma speċifikati fit-Titolu VI tar-Regolament Nru 1083/2006, filwaqt li dawk relatati mal-ġestjoni finanzjarja huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII tal-imsemmi regolament, fejn il-Kapitolu 2 tiegħu huwa ddedikat għall-korrezzjonijiet finanzjarji. B’mod ċar jirriżulta li qabel kollox huma l-Istati Membri li jipproċedu, skont il-każ, bil-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa u, għalhekk, sabiex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ikunu konformi mar-regoli kollha applikabbli kemm fuq livell tal-Unjoni kif ukoll fuq livell nazzjonali. |
|
41 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-għan imfittex mir-Regolament Nru 1083/2006, ir-regoli stabbiliti fil-kuntest tal-imsemmi regolament b’mod partikolari għandhom bħala għan, kif inhu indikat fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, li jiġi żgurat l-użu regolari u effettiv tal-Fondi Strutturali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
|
42 |
Issa, peress li ma jistax jiġi eskluż li l-ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jista’ jqiegħed inkwistjoni l-effikaċja tal-intervent tal-Fondi kkonċernati, interpretazzjoni fejn dan il-ksur ma jikkostitwixxix “irregolarità” fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 ma jiżgurax it-twettiq sħiħ tal-għanijiet segwiti mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam. |
|
43 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-kunċett ta’ “irregolarità” imsemmi fil-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 kif ukoll fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat bħala li jirreferi wkoll għall-ksur tad-dritt nazzjonali applikabbli għall-operazzjonijiet sostnuti mill-Fondi Strutturali. |
|
44 |
Tali interpretazzjoni hija, barra minn hekk, ikkorroborata mid-definizjoni ta’ “irregolarità” pprovduta fil-punt 36 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1303/2013 li ħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, ir-Regolament Nru 1083/2006. |
|
45 |
Fil-fatt, din id-definizzjoni, imsemmija fil-punt 11 tas-sentenza preżenti, tkopri b’mod espliċitu l-ksur kollu tad-dritt tal-Unjoni jew ta’ dritt nazzjonali relatat mal-applikazzjoni tiegħu. Moqrija fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, din il-preċiżazzjoni dwar il-ksur tad-dritt nazzjonali hija tat-tip li tikkjarifika l-portata tal-kunċett ta’ “irregolarità” li jinsab fil-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 (ara, f’dan is-sens, a contrario, is-sentenza tas-7 ta’ April 2016, PARTNER Apelski Dariusz, C‑324/14, EU:C:2016:214, punti 90 u 91). |
|
46 |
Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda fil-Kawża C‑260/14 għandha tkun li l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 u l-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali minn awtorità kontraenti, li tibbenefika mis-sostenn tal-Fondi Strutturali fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku b’valur smat li huwa inqas mil-livell stabbilit fl-Artikolu 7(a) tad-Diretttiva 2004/18 huwa suxxettibbli li jikkostitwixxi, fl-okkażjoni tal-għoti tal-imsemmi kuntratt, “irregolarità” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 1(2), jew tal-imsemmi punt 7 tal-Artikolu 2, sakemm dan il-ksur għandu jew jista’ jkollu l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni billi jaddebita nefqa mhux iġġustifikata. |
Fuq it-tieni domanda fil-Kawża C‑260/14 u l-ewwel domanda fil-Kawża C‑261/14
|
47 |
Permezz tat-tieni domanda fil-Kawża C‑260/14 u l-ewwel domanda fil-Kawża C‑261/14, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Istati Membri, meta dawn kienu applikati għal nefqa kkofinanzjata mill-Fondi Strutturali, għal nuqqas ta’ konformità tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi, huma miżuri amminstrattivi fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2988/95, jew jekk, għall-kuntrarju, huma pieni amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 5(ċ), ta’ dan ir-regolament. |
|
48 |
Għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(2) tar-Regolament Nru 1083/2006, il-korrezzjonijiet finanzjarji li l-Istati Membri għandhom jagħmlu meta jiskopru irregolaritajiet b’konnessjoni ma’ operazzjonijiet jew programmi operattivi, jikkonsistu fl-annullament totali jew parzjali mill-parteċipazzjoni pubblika għall-programm operazzjonali kkonċernat. Barra minn hekk, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 98(2) tal-imsemmi regolament, ir-riżorsi tal-fondi hekk illiberati jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jerġgħu jintużaw mill-Istat Membru kkonċernat. |
|
49 |
Sussegwentement, għandu jiġi kkonstatat li mill-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni, moqrija flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 2988/95, jirriżulta li l-korrezzjonijiet finanzjarji, li l-Istati Membri għandhom jipproċedu bihom meta jiskopru irregolaritajiet fir-rigward tal-programmi operattivi jew l-operazzjonijiet, huma maħsuba sabiex jiżguraw l-irtirar ta’ vantaġġ riċevut indebitament mill-kummerċjanti kkonċernati, b’mod partikolari permezz tal-obbligu li jirrimborsaw l-ammonti mħallsa indebitament. |
|
50 |
Fl-aħħar nett, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 105 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat, diversi drabi, li l-obbligu li jitħallas lura vantaġġ miksub indebitament permezz ta’ irregolarità ma jikkostitwixxix sanzjoni, iżda huwa s-sempliċi konsegwenza tal-konstatazzjoni li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kisba ta’ vantaġġ li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma ġewx osservati, b’tali mod li l-vantaġġ miksub sar ta’ natura indebita (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-4 ta’ Ġunju 2009, Pometon, C‑158/08, EU:C:2009:349, punt 28; tas-17 ta’ Settembru 2014, Cruz & Companhia, C‑341/13, EU:C:2014:2230, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-18 ta’ Diċembru 2014, Somvao, C‑599/13, EU:C:2014:2462, punt 36). Il-fatt, imsemmi fid-deċiżjonijiet ta’ rinviju, li l-ammont assolut li għandu jitħallas lura jista’, f’każ partikolari, ma jikkoinċidix perfettament mat-telf effettivament imġarrab mill-Fondi Strutturali ma huwiex ta’ natura li jqiegħed inkwistjoni din il-konklużjoni. |
|
51 |
Għalhekk, minn dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għat-tieni domanda fil-Kawża C‑260/14 u għall-ewwel domanda fil-Kawża C‑261/14 għandha tkun li t-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Istati Membri, meta dawn ġew applikati għal nefqa kkofinanzjata mill-Fondi Strutturali, minħabba nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, huma miżuri amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2988/95. |
Fuq it-tielet domanda fil-Kawża C‑260/14 u t-tieni domanda fil-Kawża C‑261/14
|
52 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija lill-qorti tar-rinviju fil-punt 51 ta’ din is-sentenza, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda fil-Kawża C‑260/14 u għat-tieni domanda fil-Kawża C‑261/14. |
Fuq ir-raba ’ domanda fil-Kawża C-260/14
|
53 |
Permezz tar-raba’ domanda tagħha fil-Kawza C‑260/14, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-asptettattivi leġittimi għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni minn Stat Membru ta’ korrezzjonijiet finanzjarji rregolati minn att normattiv intern li daħal fis-seħħ wara li twettaq l-allegat ksur tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi. |
|
54 |
F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, huma għandhom josservaw il-prinċipji ġenerali ta’ dan id-dritt, li jinkludu fosthom, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-3 ta’ Settembru 2015, A2A, C‑89/14, EU:C2015:537, punti 35 u 36 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
55 |
Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, skont l-istess ġurisprudenza, għalkemm il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi li regolament jiġi applikat retroattivament, jiġifieri għal sitwazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, irrispettivament mill-effetti favorevoli jew sfavorevoli li applikazzjoni bħal din jista’ jkollha għall-persuna kkonċernata, l-istess prinċipju jeżiġi li kull sitwazzjoni ta’ fatt għandha normalment, sakemm ma jkunx espress mod ieħor, tiġi evalwata fid-dawl tar-regoli ta’ dritt li huma kontemporanji għaliha. Madankollu, filwaqt li l-liġi ġdida hija b’hekk applikabbli biss għall-futur, din għandha tapplika wkoll, ħlief fil-każ ta’ deroga, għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li nħolqu taħt il-liġi antika (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-3 ta’ Settembru 2015, A2A, C‑89/14, EU:C:2015:537, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
56 |
Bl-istess mod, kif jirriżulta minn din l-istess ġurisprudenza stabbilita, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jistax jiġi estiż b’mod li jipprekludi, b’mod ġenerali, leġiżlazzjoni ġdida milli tapplika għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li oriġinaw taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-3 ta’ Settembru 2015, A2A, C‑89/14, EU:C:2015:537, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
57 |
Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li r-risposta għar-raba’ domanda fil-Kawża C‑260/14 għandha tkun li l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-fatt li Stat Membru japplika korrezzjonijiet finanzjarji irregolati minn att normattiv intern li daħal fis-seħħ wara li twettaq allegat ksur tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, sakemm dan jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ regoli ġodda għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet maħluqa taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti fil-kawża prinċipali. |
Fuq l-ispejjeż
|
58 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.