Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0043 - 0044
Id-Deċiżjoni tal-kumitat konġunt ŻEE Nru 152/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Anness VI (Sigurtà soċjali) tal-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonimika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness VI li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 114/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 [1]. (2) Id-Deċiżjoni Nru 185 tas-27 ta' Ġunju 2002 li temenda d-Deċiżjoni Nru 153 tas-7 ta' Ottubru 1993 (formola E 108) u d-Deċiżjoni Nru 170 tal-11 ta' Ġunju 1998 (komplilazzjoni tal-listi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 94(4) u l-Artikolu 95(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1972) [2], kif korretta bil-ĠU L 173, tal-11.7.2003, p. 44, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Anness VI huwa emendat kif ġej: 1. l-inċiż li ġej huwa miżjud mal-punt 3.39 (Deċiżjoni Nru 153): "- 32003 D 0148: Deċiżjoni Nru 185 tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 55, ta' l-1.3.2003, p. 74), kif korretta bil-ĠU L 173, tal-11.7.2003, p. 44."; 2. dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 3.51 (Deċiżjoni Nru 170): ", kif emendata b': - 32003 D 0148: Deċiżjoni Nru 185 tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 55, ta' l-1.3.2003, p. 74), kif korretta bil-ĠU L 173, tal-11.7.2003, p. 44." Artikolu 2 It-test tad-Deċiżjoni Nru 185, kif korrett bil-ĠU L 173, tal-11.7.2003, p. 44, fil-lingwi tal-Iżlanda u tan-Norveġja, li għandu jiġi ppublikat fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2003, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt ŻEE Il-President HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 331, tat-18.12.2003, p. 32. [2] ĠU L 55, ta' l-1.3.2003, p. 74. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ndikati. --------------------------------------------------