European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1413

21.7.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/1413

tad-9 ta’ Lulju 2025

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1611 (BiH/40/2025)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Lulju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, li jipprevedi operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerżegovina (Operazzjoni ALTHEA).

(2)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-Operazzjoni ALTHEA (il-“Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE”).

(3)

Fit-8 ta’ Ottubru 2018, il-KPS iddeċieda fil-prinċipju li jenħtieġ li l-Viċi Kap Kmandant tal-Kwartieri Ġenerali Supremi tal-Potenzi Alleati fl-Ewropa (SHAPE) jinħatar bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mid-29 ta’ Marzu 2019, dment li n-NATO tikkonferma d-disponibbiltà ta’ dik il-persuna.

(4)

Fis-7 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana kkonferma d-disponibbiltà tal-Viċi Kap Kmandant ta’ SHAPE biex jieħu r-rwol ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE skont l-Arranġamenti “Berlin plus” mid-29 ta’ Marzu 2019.

(5)

Fit-13 ta’ Settembru 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1611 (2), li taħtar lil-Logutenent Ġeneral Hubert COTTEREAU, Viċi Kap Kmandant ta’ SHAPE, bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

(6)

Fis-16 ta’ Ġunju 2025, in-NATO ddeċidiet li taħtar lil-Logutenent Ġeneral Ludovic PINON de QUINCY bħala l-Viċi Kap Kmandant ta’ SHAPE, li jieħu post il-Logutenent Ġeneral Hubert COTTEREAU mill-1 ta’ Awwissu 2025. Jenħtieġ ukoll li minn dik id-data, il-Logutenent Ġeneral Ludovic PINON de QUINCY jieħu post il-Logutenent Ġeneral Hubert COTTEREAU fil-kariga tiegħu ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

(7)

Fl-24 ta’ Ġunju 2025, il-Kumitat Militari tal-UE qabel li jirrakkomanda n-nomina tal-Logutenent Ġeneral Ludovic PINON de QUINCY bħala Kmandant tal-Operazzjoni mill-1 ta’ Awwissu 2025.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1611 titħassar.

(9)

Fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen adotta dikjarazzjoni li tgħid li l-arranġamenti “Berlin plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li huma wkoll jew membri tan-NATO jew partijiet fis-“Sħubija għall-Paċi”, u li b’hekk ikkonkludew ftehimiet bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Logutenent Ġeneral Ludovic PINON de QUINCY, Viċi Kap Kmandant tal-Kwartieri Ġenerali Supremi tal-Potenzi Alleati (SHAPE), huwa maħtur bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina mill-1 ta’ Awwissu 2025.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1611 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2025.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2004/570/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1611 tat-13 ta’ Settembru 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1010 (BiH/33/2022) (ĠU L 241, 19.9.2022, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1611/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1413/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)