|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6580 |
12.11.2024 |
P9_TA(2024)0162
Is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni għal ishma addizzjonali fil-kapital tal-BERŻ u l-emenda tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tikkonċerna is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni Ewropea għal ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u li temenda l-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ fir-rigward tal-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tal-BERŻ għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq, u t-tneħħija tal-limitazzjoni tal-kapital statutorju fuq operazzjonijiet ordinarji (COM(2024)0042 – C9-0009/2024 – 2024/0019(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2024/6580)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0042), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0009/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Frar 2024 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2024)0019
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-14 ta' Marzu 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni Ewropea għal ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u li temenda l-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ fir-rigward tal-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tal-BERŻ għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq, u t-tneħħija tal-limitazzjoni tal-kapital statutorju fuq operazzjonijiet ordinarji
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni (UE) 2024/1246.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6580/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)