European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6563

8.12.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2025/6563)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Bizkaiko Txakolina/Chacolí de Bizkaia/Txakoli de Bizkaia”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A0746-AM02 - 10.9.2025

1.   Isem il-prodott

Bizkaiko Txakolina/Chacolí de Bizkaia/Txakoli de Bizkaia

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

IĠP

☑

DOP

☐

IĠ

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☑

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Spanja

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Isem

Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sajd u għall-Ikel. Id-Direttorat Ġenerali għall-Ikel. Is-Subdirettorat Ġenerali għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Ikel u għal-Laboratorji Agroalimentari.

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-awtorità kompetenti tqis din l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP Bizkaiko Txakolina/Chacolí de Bizkaia/Txakoli de Bizkaia bħala emenda standard; ma tistax titqies bħala emenda tal-Unjoni peress li ma tikkorrispondix għal xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi. Speċifikament, ma: tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati bl-indikazzjoni ġeografika; tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Intestatura

IL-KATEGORIJI TAL-PRODOTTI PROTETTI ĠEW SPEĊIFIKATI.

Deskrizzjoni

Żdiedet din li ġejja bħala l-ewwel sentenza fid-deskrizzjoni tal-inbejjed: “Kategorija 1 - Inbid (abjad, rożè, aħmar, Berezia abjad, Berezia rożè, Berezia aħmar u Berezia aparta)”. Din tispeċifika li l-inbejjed jappartjenu għall-kategorija 1, f’konformità mal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS), u tispeċifika t-tipi.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u ma taffettwax id-dokument uniku peress li l-kategorija 1 diġà hija speċifikata fih.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

EMENDA TAD-DESKRIZZJONI ANALITIKA U ORGANOLETTIKA TAL-INBEJJED

Deskrizzjoni

L-inbid tat-tip “abjad iffermentat fil-bettija” tneħħa mid-deskrizzjoni, u ġew inklużi t-tipi li ġejjin: Berezia blanco [abjad], Berezia tinto [aħmar] u Berezia aparta [oranġjo], li kwalunkwe wieħed minnhom jista’ jiġi ffermentat fil-bettija. Ġew stabbiliti l-limiti analitiċi u d-deskrizzjoni organolettika ta’ dawn l-inbejjed.

Il-qawwa alkoħolika effettiva u totali minima tal-inbejjed bojod, ħomor u rożè żdiedet minn 10 % għal 10,5 %.

L-aċidità volatili massima żdiedet minn 0,6 g/l għal 0,7 g/l għall-inbejjed bojod u rożè; u għal 0,9 g/l għall-ħomor. Preċedentement kien hemm eċċezzjoni għal dan il-limitu għall-inbejjed bojod u rożè ta’ qawwa alkoħolika ta’ aktar minn 12 %. Din tneħħiet.

L-aċidità totali minima naqset minn 6 g/l għal 5,5 g/l għall-inbejjed bojod, u minn 5,5 g/l għal 5 g/l għall-inbejjed rożè.

Ġew inklużi żewġ paragrafi dwar il-proċedura għall-klassifikazzjoni organolettika tal-inbejjed. Id-deskrizzjonijiet organolettiċi tal-inbejjed bojod, ħomor u rożè nbidlu u tneħħa t-tip “abjad iffermentat fil-bettija” u ġew inklużi l-erba’ tipi l-ġodda.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 6 tad-dokument uniku.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

 

IL-PROJBIZZJONI FUQ IT-TISQIJA TNEĦĦIET

Deskrizzjoni

Il-projbizzjoni fuq it-tisqija, b’eċċezzjonijiet, li preċedentement kienet inkluża fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, tneħħiet.

Il-punt 3.1, “Prattiki ta’ kultivazzjoni” u l-punt 7.1 tad-dokument uniku ġew emendati.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

LIMITI FUQ L-UŻU TAL-VARJETAJIET

Deskrizzjoni

Ma hemmx limitu fuq l-erja tas-superfiċje li tinħadem mill-kantini tal-inbid reġistrati [biex ikabbru l-varjetajiet] awtorizzati Pinot Noir u Cabernet Franc, kif ukoll il-varjetà rakkomandata Hondarrabi Zuri Zerratia (Petit Courbu).

Għalkemm diġà ssemma fil-leġiżlazzjoni, ġie speċifikat li meta l-inbejjed jiġu introdotti fis-suq bl-isem ta’ varjetà unika, tal-inqas 85 % tal-għeneb użat irid ikun ta’ dik il-varjetà.

Il-punt 3 tal-ispeċifikazzjoni u l-punt 7.1 tad-dokument uniku ġew emendati.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

PRATTIKI TAL-PRODUZZJONI GĦAT-TIPI ĠODDA TA’ NBID

Deskrizzjoni

Il-prattiki tal-produzzjoni huma deskritti għall-erba’ tipi l-ġodda ta’ nbid bl-isem ta’ Berezia.

Il-punt 3 tal-ispeċifikazzjoni u l-punt 7.1 tad-dokument uniku ġew emendati.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

BIDLA FIŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA DEFINITA

Deskrizzjoni

Tneħħiet dispożizzjoni li tirrestrinġi l-art eleġibbli fiż-żona ġeografika għal għoli ta’ 400 m jew anqas ’il fuq mil-livell tal-baħar.

Għalhekk, fil-formulazzjoni dwar ir-rabta, it-taqsima dwar “Elevazzjoni” tneħħiet. Din ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika, li hija bbażata fuq ħafna fatturi oħrajn.

Il-punti 4 u 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 9 tad-dokument uniku ġew emendati.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

EMENDA TAR-RENDIMENT MASSIMU

Deskrizzjoni

Il-limitu massimu għall-produzzjoni tal-għeneb għal kull ettaru tnaqqas. Ġew stabbiliti limiti differenti għall-għeneb abjad u aħmar, li naqsu minn 13 000 kg/ha għal 11 500 kg/ha għall-għeneb abjad u għal 9 500 kg/ha għall-aħmar. Għar-rendiment tal-estrazzjoni, ġie speċifikat limitu ta’ 70 litru ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb maħsud.

Il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni u l-punt 7.2 tad-dokument uniku ġew emendati.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

BIDLIET FIL-VARJETAJIET TA’ GĦENEB

Deskrizzjoni

L-istatus tal-varjetà Hondarrabi Zuri Zerratia (Petit Courbu) inbidel minn awtorizzata għal rakkomandata jew prinċipali.

Il-Pinot Noir u l-Cabernet Franc żdiedu mal-varjetajiet awtorizzati.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 8 tad-dokument uniku.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

BIDLIET F’DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI OĦRAJN

Deskrizzjoni

Il-formulazzjoni ta’ din it-taqsima tjiebet u ġew introdotti żewġ paragrafi ġodda. Paragrafu minnhom jiċċara li l-inbejjed intitolati biex jużaw id-denominazzjoni ta’ oriġini Bizkaiko Txakolina/Txakoli de Bizkaia/Chacolí de Bizkaia jsiru kompletament minn għeneb minn vinji rreġistrati hemm. Il-paragrafu l-ieħor jikkonċerna [r-rekwiżit] li l-Bord Regolatorju jagħti awtorizzazzjoni minn qabel għat-tikketti li għandhom jintużaw. Inbidel għal sempliċi valutazzjoni u, possibilment, għall-ikkummentar.

Ittieħdet ukoll l-opportunità li tittejjeb il-formulazzjoni dwar it-termini tradizzjonali li għalihom hija intitolata din id-DOP. Waħda minn dawn ġiet aġġornata, u wara emenda reċenti, l-isem inbidel minn Chacolí-Txakolina għal Chacolí/Txakolina/Txakoli.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u ma taffettwax id-dokument uniku.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

INBEJJED OĦRAJN

Deskrizzjoni

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott diġà kienet tinkludi l-possibbiltà li jintuża l-isem ġeografiku Bizkaia għall-inbejjed magħmula minn għeneb misjur iżżejjed li jkollu t-terminu “ħsad tard”, kif ukoll għall-inbejjed spumanti.

Issa ġew introdotti limiti analitiċi u d-deskrizzjoni organolettika għal dawn iż-żewġ kategoriji ta’ nbid.

Il-punti 8.B.4.5 u 8.B.4.6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġew emendati iżda d-dokument uniku ma huwiex affettwat.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

BIDLIET FIT-TAQSIMA DWAR IL-KONTROLLI

Deskrizzjoni

Fit-taqsima dwar “Kontrolli”, il-formulazzjoni tjiebet u ġiet aġġornata.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u ma taffettwax id-dokument uniku.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid

“Bizkaiko Txakolina / Chacolí de Bizkaia / Txakoli de Bizkaia”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A0746-AM02 - 10.9.2025

1.   Isem/Ismijiet

Bizkaiko Txakolina / Chacolí de Bizkaia / Txakoli de Bizkaia

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

☐

IĠ

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

Spanja

4.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

5.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.

Inbid

6.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Prodott tad-dwieli

ABJAD

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra viżiva

B’kulur jgħajjat u limpidu, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed txakoli li jinbiegħu mhux filtrati, bi lwien li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar lewn it-tiben, b’possibbiltà ta’ lwien jagħtu fl-aħdar.

Aroma

Intensità tal-aroma medja sa għolja. Kumplessità tal-aroma: ta’ frott u/jew fjuri u/jew erbaċea u/jew minerali. Jista’ jkun hemm sfumaturi addizzjonali li jirriżultaw mit-tqaddim jew mill-użu ta’ ħmira indiġena.

Togħma

Intensità tat-togħma medja sa għolja. Bilanċjata u friska. Kumplessità tat-togħma: ta’ frott u/jew fjuri u/jew erbaċea u/jew minerali. It-togħma ddum fil-ħalq, u wara x-xarba titħalla togħma ftit morra fil-ħalq.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

10,5

Aċidità totali minima:

5,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

11,66

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

180

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

ROŻÈ

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra viżiva

Ċara u b’kulur jgħajjat, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed txakoli introdotti fis-suq bħala mhux filtrati, b’kulur roża bi ħjiliet vjola li jvarjaw minn roża lewn il-lampun għal roża lewn is-salamun.

Aroma

Intensità tal-aroma medja sa għolja. Kumplessità tal-aroma: ta’ frott u/jew fjuri u/jew erbaċea u/jew minerali.

Togħma

Intensità tat-togħma medja sa għolja. Bilanċjata u friska. Kumplessità tat-togħma: ta’ frott u/jew fjuri u/jew erbaċea u/jew minerali. It-togħma ddum fil-ħalq.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

10,5

Aċidità totali minima:

5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

11,66

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

180

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

AĦMAR

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra viżiva

Aħmar, bi ħjiliet vjola li jvarjaw minn aħmar fil-vjola għal aħmar lewn iċ-ċirasa.

Aroma

Intensità tal-aroma medja sa għolja. Kumplessità tal-aroma: ta’ frott u/jew fjuri u/jew erbaċea u/jew minerali. It-togħma ddum fil-ħalq.

Togħma

Intensità tat-togħma medja sa għolja. Bilanċjata u tannika. Kumplessità tat-togħma: ta’ frott u/jew fjuri u/jew erbaċea u/jew minerali. Persistenti.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

10,5

Aċidità totali minima:

4

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

15

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

140

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

BEREZIA ABJAD

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra viżiva

B’kulur jgħajjat u limpidu, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed txakoli introdotti fis-suq bħala mhux filtrati, bi lwien li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar lewn id-deheb, b’possibbiltà ta’ lwien jagħtu fl-aħdar.

Aroma

Intensità tal-aroma medja sa għolja. Kumplessità tal-aroma: aromi kif deskritti għall-inbid abjad mhux imqaddem flimkien ma’ aromi li jirriżultaw mill-metodi ta’ tqaddim differenti użati fid-denominazzjoni: ħwawar u/jew balsamiku u/jew ġewż u/jew affumikar u/jew prodotti tal-furnar u/jew prodotti tal-ħalib u/jew xiwi.

Togħma

Intensità tat-togħma medja sa għolja. Bilanċjata b’korporatura partikolari. Kumplessità tat-togħma: noti kif deskritti għall-inbid abjad mhux imqaddem flimkien ma’ togħmiet li jirriżultaw mill-metodi ta’ tqaddim differenti użati fid-denominazzjoni: ħwawar u/jew balsamiku u/jew ġewż u/jew affumikar u/jew prodotti tal-furnar u/jew prodotti tal-ħalib u/jew xiwi.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

11,5

Aċidità totali minima:

5,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

-

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

180

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

BEREZIA ROŻÈ

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra viżiva

Ċar u b’kulur jgħajjat. Roża bi ħjiliet li jvarjaw minn roża lewn il-lampun għal lewn il-qoxra tal-basla.

Aroma

Intensità tal-aroma medja sa għolja. Kumplessità tal-aroma: aromi kif deskritti għall-inbid rożè mhux imqaddem flimkien ma’ aromi li jirriżultaw mill-metodi ta’ tqaddim differenti użati fid-denominazzjoni: ħwawar u/jew balsamiku u/jew ġewż u/jew affumikar u/jew prodotti tal-furnar u/jew prodotti tal-ħalib u/jew xiwi.

Togħma

Intensità tat-togħma medja sa għolja. Bilanċjata b’korporatura partikolari. Kumplessità tat-togħma: noti kif deskritti għall-inbid rożè mhux imqaddem flimkien ma’ togħmiet li jirriżultaw mill-metodi ta’ tqaddim differenti użati fid-denominazzjoni: ħwawar u/jew balsamiku u/jew ġewż u/jew affumikar u/jew prodotti tal-furnar u/jew prodotti tal-ħalib u/jew xiwi. It-togħma ddum fil-ħalq.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

11,5

Aċidità totali minima:

5

Unità ta’ aċidità totali minima:

-

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

180

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

BEREZIA AĦMAR

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra viżiva

Aħmar, bi ħjiliet li jvarjaw minn aħmar fil-vjola għal aħmar lewn il-brikks.

Aroma

Intensità tal-aroma medja sa għolja. Kumplessità tal-aroma: aromi kif deskritti għall-inbid aħmar mhux imqaddem flimkien ma’ aromi li jirriżultaw mill-metodi ta’ tqaddim differenti użati fid-denominazzjoni: ħwawar u/jew balsamiku u/jew ġewż u/jew affumikar u/jew prodotti tal-furnar u/jew prodotti tal-ħalib u/jew xiwi.

Togħma

Intensità tat-togħma medja sa għolja. Bilanċjata, tannika u b’korporatura partikolari. Kumplessità tat-togħma: noti kif deskritti għall-inbid aħmar mhux imqaddem flimkien ma’ togħmiet li jirriżultaw mill-metodi ta’ tqaddim differenti użati fid-denominazzjoni: ħwawar u/jew balsamiku u/jew ġewż u/jew affumikar u/jew prodotti tal-furnar u/jew prodotti tal-ħalib u/jew xiwi. It-togħma ddum fil-ħalq.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

11,5

Aċidità totali minima:

4

Unità ta’ aċidità totali minima:

-

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

140

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

APARTA BEREZIA

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra viżiva

B’kulur jgħajjat u limpidu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk introdotti fis-suq bħala mhux filtrati, bi lwien li jvarjaw minn isfar ċar għal ambra u oranġjo, minħabba kuntatt mal-ġilda, b’possibbiltà ta’ lwien jagħtu fl-aħdar.

Aroma

Intensità minn medja sa għolja. Kumplessità tal-aroma: l-aromi deskritti fil-kategorija Berezia: ta’ ħwawar u/jew balsamiku u/jew ġewż u/jew affumikar u/jew prodotti tal-furnar u/jew prodotti tal-ħalib u/jew xiwi, flimkien ma’ noti ossidattivi jew riduttivi li jirriżultaw mill-metodi ta’ produzzjoni differenti.

Togħma

Intensità tat-togħma medja sa għolja. Inbejjed strutturati ħfief, possibbilment b’noti tanniċi. Kumplessità tat-togħma: l-aromi deskritti fil-kategorija Berezia: ta’ ħwawar u/jew balsamiku u/jew ġewż u/jew affumikar u/jew prodotti tal-furnar u/jew prodotti tal-ħalib u/jew xiwi, flimkien ma’ noti ossidattivi jew riduttivi li jirriżultaw mill-metodi ta’ produzzjoni differenti.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

11

Aċidità totali minima:

4

Unità ta’ aċidità totali minima:

-

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

180

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

7.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

7.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

“title”

Tip ta’ prattika enoloġika

Prattika enoloġika speċifika

Deskrizzjoni

Hemm limitu fuq l-erja tas-superfiċje okkupata mill-varjetajiet meqjusin bħala “awtorizzati” fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, bl-eċċezzjoni tal-Pinot Noir u tal-Cabernet Franc.

Għall-produzzjoni ta’ nbejjed introdotti fis-suq bl-isem ta’ varjetà unika, jistgħu jintużaw biss il-varjetajiet ta’ għeneb rakkomandati, u tal-inqas 85 % tal-għeneb użat irid ikun ta’ dawk il-varjetajiet.

Minimu ta’ 50 % tal-għeneb użat biex isiru l-inbejjed rożè jrid ikun ta’ varjetà ħamra.

L-użu ta’ laqx tal-ballut huwa pprojbit.

L-inbejjed txakoli Bereziak jitqaddmu għal minimu ta’ 5 xhur f’reċipjenti magħmula minn diversi materjali bħas-siment, iċ-ċeramika jew l-injam. L-inbejjed iffermentati f’bettiji tal-injam jiġu introdotti fis-suq bit-terminu “Iffermentat fil-bettija”. L-inbejjed aparta huma dawk li jkunu għaddew minn proċess ta’ produzzjoni speċjali.

7.2.   Rendimenti massimi

L-inbejjed / kategoriji / varjetajiet / tipi kollha

Varjetajiet ta’ għeneb abjad

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

11 500

Unità ta’ rendiment massimu:

kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed / kategoriji / varjetajiet / tipi kollha

Varjetajiet ta’ għeneb abjad

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

80,5

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitru għal kull ettaru

L-inbejjed / kategoriji / varjetajiet / tipi kollha

Varjetajiet ta’ għeneb aħmar

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

9 500

Unità ta’ rendiment massimu:

kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed / kategoriji / varjetajiet / tipi kollha

Varjetajiet ta’ għeneb aħmar

Rendiment massimu:

Rendiment massimu

66,5

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitru għal kull ettaru

8.   Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed

—

CABERNET FRANC

—

CHARDONNAY

—

FOLLE BLANCHE

—

GROS MANSENG

—

HONDARRABI BELTZA

—

HONDARRABI ZURI

—

PETIT COURBU

—

PETIT MANSENG

—

PINOT NOIR

—

RIESLING

—

SAUVIGNON BLANC

9.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-inbejjed koperti mid-DOP tinkludi art li tinsab fi kwalunkwe waħda mill-muniċipalitajiet ta’ Bizkaia, u li l-Bord Regolatorju u l-awtorità kompetenti jqisuha bħala adattata għall-produzzjoni tal-varjetajiet ta’ għeneb awtorizzati bil-kwalità neċessarja għall-produzzjoni ta’ nbejjed bil-karatteristiċi speċifiċi tad-DOP, li hija rreġistrata hekk.

10.   Rabta maż-żona ġeografika

Kategorija tal-prodott tad-dwieli

1.

Inbid

Sommarju tar-rabta

Il-qawwa alkoħolika ta’ bejn 10,5 u 11,5 hija r-riżultat ta’ klima Atlantika niedja u moderata bi sjuf friski u bir-riħ li prinċipalment jiġi mid-direzzjoni tan-Nofsinhar li jaffettwaw il-maturazzjoni tal-għeneb. Il-livell aktar baxx ta’ dawl tax-xemx taż-żona, flimkien ma’ temperaturi medji friski fis-sajf, iwasslu għal maturazzjoni bil-mod tal-għeneb. Min-naħa tagħha, din tipproduċi nbejjed b’aċidità totali finali ogħla minn dik f’żoni oħrajn, u nbejjed b’kumplessità aromatika medja u b’aromi dominanti ta’ frott abjad u taċ-ċitru u noti erbali. L-inbejjed għandhom finitura morra tipika tal-varjetà prinċipali.

11.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Titolu tar-rekwiżit / tad-deroga

TIKKETTAR

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit / deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Il-protezzjoni tal-isem tad-denominazzjoni hija estiża għall-kombinazzjonijiet diversi tagħha, u għall-ismijiet tad-distretti, tal-lokalitajiet u tal-postijiet fiż-żona ta’ produzzjoni, ta’ tħejjija u ta’ bbottiljar, marbuta mal-kliem Txakoli, Chacolí, Chacolin, Txakolin u Txakolina. Tikketti numerati u tiketti sekondarji jiġu awtorizzati mill-korp ta’ kontroll qabel l-użu.

Titolu tar-rekwiżit / tad-deroga

IBBOTTILJAR

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit / deroga ulterjuri

Imballaġġ fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

L-inbejjed koperti mid-denominazzjoni jridu jiġu bbottiljati u ttikkettati esklużivament fil-kantini tal-inbid reġistrati awtorizzati mill-Bord Regolatorju. Dan ir-rekwiżit huwa ġġustifikat minħabba li l-Bord għandu proċedura ta’ kontroll stabbilita għall-kwantità u għall-kwalità tal-inbejjed protetti, mill-produzzjoni sal-introduzzjoni fis-suq. Barra minn hekk, l-ibbottiljar barra miż-żona ta’ produzzjoni jinvolvi operazzjonijiet tat-trasport u oħrajn relatati mal-inbid li jistgħu jibdlu l-karatteristiċi tal-inbid.

Referenza elettronika (Url) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.euskadi.eus/contenidos/informacion/dop_txakoli_bizkaia/es_dapa/adjuntos/BIZKAIKO-TXAKOLINAren-pliegoak-20241128-consolidado.pdf


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6563/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)