Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jaqgħux taħt l-erba' libertajiet mill-erba' libertajiet (Linji Baġitarji) /* KUMM/2010/0230 finali - NLE 2010/0123 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 11.5.2010 KUMM(2010)230 finali 2010/0123 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jaqgħux taħt l-erba' libertajiet mill-erba' libertajiet (Linji Baġitarji) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-EFTA taż-ŻEEli ma jaqgħux taħt l-erba' libertajiet. 2. L-abbozz tad-Deċiżjoni Konġunta taż-ŻEE, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta, huwa mmirat biex jimmodifika l-Protokoll 31 billi jkompli, lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2009, bil-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim f'azzjonijiet iffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-Suq Intern. Dan jikkonċerna l-linji baġitarji li ġejjin:12.01.04.01 L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva12.02.01 L-implimentazzjoni u l-żvilupp tas-suq intern.02.03.01 L-operat u l-iżvilupp tas-suq intern partikolarment fl-oqsma tan-notifika, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali.02.01.04.01 “L-operat u l-iżvilupp tas-suq intern partikolarment fl-oqsma tan-notifika, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali – L-infiq fuq ġestjoni amministrattiva. 3. L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE jipprevedi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni għal Deċiżjonijiet bħal dawn fuq proposta mill-Kummissjoni. 4. Il-Kummissjoni tissottometti l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għal addozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun tista' tippreżentah fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli. 2010/0123 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma li ma jaqgħux taħt l-erba' libertajiet (Linji Baġitarji) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(9) u 114 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-EFTA taż-ŻEE li ma jaqgħux taħt l-erba' libertajiet. (2) Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq Intern, għandha tibqa' għaddejja lil hinn mill-31 ta' Diċembru tal-2009. Dan jikkonċerna l-linji baġitarji li ġejjin:12.01.04.01 L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva12.02.01 L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern.02.03.01 L-operat u l-iżvilupp tas-suq intern partikolarment fl-oqsma tan-notifika, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali.02.01.04.01 “L-operat u l-iżvilupp tas-suq intern partikolarment fl-oqsma tan-notifika, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali – L-infiq fuq ġestjoni amministrattiva. (3) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat il-Protokoll 31, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda ppjanata tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba' libertajiet hija mniżżla fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Abbozz DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru ta' li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba' libertajiet IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu, Billi: 1. Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru .../... ta' ….[2] 2. Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar azzjonijiiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq Intern, għandha titkompla.. 3. Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkompli wara l-31 ta' Diċembru 2009, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. Il-kliem "is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009” fil-paragrafu 6 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010”. 2. Il-kliem "is-snin 2006, 2007, 2008 u 2009” fil-paragrafu 7 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010”. 3. Il-kliem "is-snin 2008 u 2009" f'paragrafu 8 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "is-snin 2008, 2009 u 2010". Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim[3]. Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2010. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu. Magħmul fi Brussell, Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [1] ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6. [2] ĠU L … [3] [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.] [Rekwiżiti konstituzzjonali huma indikati.]