|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1720 |
7.8.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1720
tas-6 ta’ Awwissu 2025
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 217/2013 (2), il-Kummissjoni Ewropea imponiet dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għaliha bħala “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/915 (3), il-Kummissjoni Ewropea imponiet mill-ġdid il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami ta’ skadenza, (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”). Wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1475 (4), estendiet il-miżuri għall-importazzjonijiet mit-Tajlandja. |
|
(3) |
Il-miżuri anti-dumping attwalment fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) ivarjaw bejn 14,2 % u 15,6 % fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, 14,6 % fuq il-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u rata ta’ dazju ta’ 35,6 % fuq il-kumpaniji l-oħrajn kollha mir-RPĊ. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(4) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika tal-iskadenza imminenti (5) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
It-talba għal rieżami tressqet fl-4 ta’ Marzu 2024 minn tliet produtturi tal-Unjoni, ALEURO Converting Sp. z o. o., CeDo Sp. z.o.o. u ITS B.V. (“l-applikanti”), li jirrappreżentaw 33 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti fojls tal-aluminju f’rombli. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u f’rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami tal-iskadenza
|
(6) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fit-3 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti fojls tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-RPĊ (“il-pajjiż ikkonċernat) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Fit-3 ta’ Ġunju 2024 hija ppubblikat notifika tal-bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
1.4. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni.
|
(7) |
L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(8) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-applikanti, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet fir-RPĊ dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw. Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ. L-ebda parti interessata ma ppreżentat kummenti u/jew talbet seduta ta’ smigħ. |
1.6. Kampjunar
|
(9) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.6.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(10) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni qalet li kienet ħadet kampjun provviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tar-rappreżentattività f’termini ta’ volum tal-produzzjoni u bejgħ tal-prodott simili, li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 33 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment, u l-Kummissjoni kkonfermat il-kampjun magħżul b’mod provviżorju li huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.6.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(11) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(12) |
L-ebda importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu u pprovda l-informazzjoni mitluba. |
1.6.3. Utenti
|
(13) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, lit-trade unions u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur biex jippreżentaw ruħhom u jikkooperaw. L-ebda utent fl-Unjoni jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom ma ppreżentaw ruħhom. |
1.6.4. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ.
|
(14) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fil-pajjiżi kkonċernati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(15) |
L-ebda produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. |
1.7. Risposti għall-kwestjonarju
|
(16) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(17) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online fil-jum tal-bidu. (7) |
|
(18) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju ġew riċevuti mit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(19) |
La l-GTĊ u lanqas xi produttur jew produttur esportatur fiċ-Ċina ma pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. Il-Kummissjoni infurmat lill-produtturi esportaturi u lill-GTĊ bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni fl-investigazzjoni. |
1.8. Verifika
|
(20) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-produtturi tal-Unjoni li ġejjin:
|
1.9. Proċedura sussegwenti
|
(21) |
Fis-16 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(22) |
Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u tqiesu, fejn xieraq. Il-partijiet li talbu dan ġew mistiedna għal seduta ta’ smigħ. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(23) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri fojl tal-aluminju bi ħxuna ta’ 0,007 mm jew aktar iżda inqas minn 0,021 mm, mingħajr rinforz, mhux maħdum aktar milli rrumblat, imbuzzat jew le, f’rombli ta’ piż baxx ta’ mhux aktar minn 10 kg li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10 (kodiċijiet TARIC 7607 11 11 11, 7607 11 11 19, 7607 19 10 11 u 7607 19 101 9), (“il-prodott taħt rieżami”). |
|
(24) |
Il-prodott taħt rieżami ġeneralment jintuża bħala prodott għall-konsumatur għall-imballaġġ u applikazzjonijiet oħra tad-dar/tal-catering (“fojl tal-aluminju għall-użu domestiku” jew “AHF” (aluminium household foil)) |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(25) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7607 11 11 11, 7607 11 11 19, 7607 19 10 11 u 7607 19 10 19). |
2.3. Prodott simili
|
(26) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(27) |
Għalhekk, dawn il-prodotti jiġu kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Osservazzjonijiet preliminari
|
(28) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ komplew jidħlu fl-Unjoni għalkemm f’livelli ferm aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Skont il-Eurostat, l-importazzjonijiet tal-AHF mir-RPĊ ammontaw għal madwar 1,02 % (640 tunnellata) tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 13,4 % (12 994 tunnellata) matul l-investigazzjoni oriġinali u 1,8 % (1 519 tunnellata) matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. Filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew, il-volum tagħhom kien ferm aktar baxx milli matul l-investigazzjoni oriġinali, li jindika li l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ influwenzaw il-livell tal-importazzjonijiet. |
|
(29) |
Kif imsemmi fil-premessa 19, l-ebda wieħed mill-produtturi jew esportaturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward. |
|
(30) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. Tali informazzjoni kienet tinkludi, b’mod partikolari, informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza u kkombinata ma’ sorsi oħra ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku meqjusa xierqa, bħal siti web uffiċjali tal-kumpaniji u statistika uffiċjali, b’mod partikolari l-Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA”, Global Trade Atlas) (8) u l-Eurostat. |
3.2. Dumping
3.2.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet ta’ AHF li joriġinaw mir-RPĊ
|
(31) |
Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(32) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fit-taqsima 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(33) |
Fit-taqsima 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija kienet għażlet provviżorjament lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi xierqa possibbli oħra f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(34) |
Fl-20 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni infurmat permezz ta’ nota (“in-Nota tal-FOP” (factors of production)) lill-partijiet interessati dwar il-fatturi rilevanti tal-produzzjoni, kif identifikati fit-talba għal rieżami, u s-sorsi li kien beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’dik in-nota, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG & A”, selling, general and administrative costs) u l-profitti bbażati fuq ir-rapport finanzjarju tal-2023 ta’ Sedat Tahir A.Ş, produttur tal-AHF fil-pajjiż rappreżentattiv. Ma wasal l-ebda kumment mill-partijiet. |
3.2.2. Valur normali
|
(35) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “Il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(36) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG & A”(administrative, selling and general costs)). |
|
(37) |
Kif se jiġi spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.3. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(38) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza fil-fajl biex tiddeċiedi jekk jeżistux distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u b’hekk l-użu tal-prezzijiet u tal-kostijiet domestiċi f’dak il-pajjiż ma kienx xieraq. Dik l-analiżi kopriet l-elementi evidenzjarji li ġejjin dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(39) |
L-ewwel nett, l-evidenza li tinsab fit-talba kienet tinkludi l-elementi li ġejjin li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(40) |
L-applikant jargumenta li s-suq ta’ Rombli tal-AHF Żgħar qed jiġi servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tar-RPĊ. F’dan ir-rigward, l-applikant iddikjara li l-gvern u l-Partit Komunista Ċiniż (CCP, China Communist Party) iżommu strutturi li jiżguraw l-influwenza kontinwa tagħhom fuq l-Intrapriżi tal-Istat (SOEs, State-Owned Enterprises) u jirreferi għal studju tal-OECD minn Jannar 2019 dwar l-SOEs fis-settur tal-aluminju li juri kif is-sjieda tal-Istat tinfluwenza l-politiki industrijali rilevanti u kif is-sjieda tal-Istat tissarraf f’appoġġ mill-gvern. Barra minn hekk, ir-rapport annwali tal-2021 ta’ China Aluminium International Engineering Corporation Limited (“Chalieco”) jispjega li l-kumpanija hija kkontrollata mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat (“SASAC”, State-owned Assets Supervision and Administration Commission of the State Council). Barra minn hekk, l-applikant jiddikjara li s-Sejbiet tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (“DOC”, Department of Commerce) fl-investigazzjoni kumpensatorja tiegħu ta’ ċertu aluminju miċ-Ċina stabbilixxew li 37 % tal-konsum domestiku tal-aluminju fiċ-Ċina huwa minn SOEs. Fl-aħħar nett, it-talba tirreferi għal rapport minn rappreżentant tal-Kumitat tal-Partit tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli Nonferrużi taċ-Ċina li juri li l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-aluminju Ċiniż jitwettaq skont il-linji gwida ta’ politika ġenerali. |
|
(41) |
It-talba tqis ukoll li l-preżenza tal-Istat Ċiniż f’ditti tar-Rombli tal-AHF Żgħar tippermetti lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet. Skont l-applikant, il-GTĊ jippreserva l-influwenza tiegħu fl-SOEs permezz tal-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs, li hija r-responsabbiltà ewlenija tas-SASAC. Kemm l-SOEs kif ukoll il-kumpaniji Ċiniżi privati jospitaw ukoll kumitati interni tal-Partit li kapaċi jeżerċitaw influwenza tal-gvern u tal-Partit fuq il-governanza korporattiva u d-deċiżjonijiet kummerċjali tagħhom kif previst espressament fl-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji. Huwa rrapportat ukoll li f’dawn l-aħħar snin, is-CCP ħa passi biex iżid is-saħħa u l-preżenza tal-kumitati tal-Partit fi ħdan il-kumpaniji. Barra minn hekk, il-produtturi Ċiniżi tal-aluminju huma raggruppati taħt l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli Nonferrużi taċ-Ċina, li hija ssorveljata mill-Uffiċċju tal-Kostruzzjoni tal-Partit tas-SASAC u mid-Dipartiment tal-Industrija tal-Materja Prima tal-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni. |
|
(42) |
L-applikant imbagħad jargumenta li l-gvern Ċiniż għandu politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew inkella jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. F’dan ir-rigward, is-settur tal-aluminju huwa soġġett għal bosta pjanijiet, linji gwida, direttivi u dokumenti oħra ta’ politika maħruġa fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. L-applikant jiddependi b’mod partikolari fuq rapport imħejji għal WVMetalle, l-assoċjazzjoni Ġermaniża tal-industrija tal-metalli mhux ferrużi li juri li “[is-settur tal-metall mhux ferruż] jikkostitwixxi element ewlieni tal-ippjanar tal-gvern fil-kuntest tal-Inizjattiva Strateġika tal-Industrija Emerġenti (imnedija fl-2009), il-Pjan Made in China 2025 (imniedi fl-2015) kif ukoll programmi oħra ta’ livell għoli” u li l-Gvern taċ-Ċina “jintervjeni direttament fl-ipprezzar tal-kapital, ix-xogħol, l-art, il-materja prima u l-inputs bażiċi għall-proċess tal-produzzjoni”. Dan ir-rapport jidentifika l-intervent li ġej tal-GTĊ fl-industrija tal-aluminju:
|
|
(43) |
Barra minn hekk, l-applikant jirreferi għall-politiki li ġejjin fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami:
|
|
(44) |
Lil hinn mill-pjanijiet, l-intervent tal-gvern fis-settur ħa l-forma, fost oħrajn, ta’ miżuri relatati mal-esportazzjoni, inkluż dazji tal-esportazzjoni, kwoti tal-esportazzjoni, rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni u rekwiżiti minimi tal-prezz tal-esportazzjoni fuq materja prima differenti għall-aluminju. |
|
(45) |
Fl-aħħar nett, skont l-applikant, il-prezz tal-inputs ewlenin bħall-enerġija u l-elettriku jinstab li huwa influwenzat minn tipi differenti ta’ intervent tal-gvern. Tipi oħra ta’ intervent tal-gvern li jwasslu għal distorsjonijiet tas-suq jinkludu l-politika ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva permezz tal-Bureau tar-Riżerva tal-Istat u r-rwol tal-Kambju tal-Futuri ta’ Shanghai. Barra minn hekk, diversi investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ stabbilixxew li l-gvern Ċiniż ta b’mod konsistenti tipi differenti ta’ miżuri ta’ appoġġ mill-Istat lill-produtturi tal-aluminju. L-intervent estensiv tal-GTĊ fis-settur tal-aluminju wassal għal kapaċità żejda, li aktarx huwa l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GTĊ u tad-distorsjonijiet li jirriżultaw. |
|
(46) |
Imbagħad l-applikant jenfasizza n-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, il-kumpaniji jew il-proprjetà li jiddikjaraw li fir-rigward tar-regoli dwar il-falliment, is-sistema Ċiniża tal-falliment twassal b’mod inadegwat għall-objettivi ewlenin tagħha bħal pereżempju li jiġu saldati l-pretensjonijiet u d-djun b’mod ġust, u li jiġu protetti d-drittijiet tal-kredituri u tad-debituri. L-applikant jikkonkludi li bħal kwalunkwe settur ieħor fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tar-Rombli tal-AHF Żgħar huma soġġetti għar-regoli Ċiniżi dwar il-falliment, dawk korporattivi u tal-proprjetà, u għalhekk huma soġġetti wkoll għad-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat ta’ din il-liġi. |
|
(47) |
Fit-talba, l-applikant jargumenta wkoll li l-kostijiet tal-pagi qed jiġu distorti. F’dan ir-rigward, it-talba ssemmi li sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa bis-sħiħ fir-RPĊ minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. B’appoġġ għal dan l-argument, it-talba ssemmi l-eżistenza ta’ trade union waħda biss li hija legalment rikonoxxuta li hija soġġetta għat-tmexxija tas-CCP minbarra l-fatt li l-pożizzjonijiet superjuri fit-trade union kienu okkupati minn personalitajiet superjuri tal-partit fl-SOEs jew minn maniġers f’intrapriżi mhux statali, u dan ixekkel il-kapaċità tagħhom li jirrappreżentaw b’mod effiċjenti l-interessi tal-ħaddiema. Barra minn hekk, ir-RPĊ għadha ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija affettwata mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tipprevedi li r-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari biss jingħataw aċċess għall-firxa sħiħa ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u tal-assistenza soċjali pubblika. |
|
(48) |
Barra minn hekk, it-talba tenfasizza li l-produtturi tar-Rombli tal-AHF Żgħar għandhom aċċess għal finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ politika pubblika jew li b’xi mod ieħor ma jkunux qed jaġixxu b’mod indipendenti mill-Istat. Dawn id-distorsjonijiet varji jinkludu preżenza qawwija tal-gvern fl-istituzzjonijiet finanzjarji, u kostijiet tas-self artifiċjalment baxxi, sabiex jiġi stimulat it-tkabbir tal-investiment, li jiżvela sitwazzjoni li ma tistax titqabbel ma’ ekonomiji oħra bbażati fuq is-suq. Is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha fis-suq tal-banek tal-Istat, li, meta jagħtu aċċess għall-finanzjament, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss huma distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-gvern Ċiniż u mis-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern. L-applikant sab ukoll li l-kostijiet tas-self inżammu artifiċjalment baxxi biex jistimulaw it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. |
|
(49) |
It-tieni, f’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-aluminju fir-RPĊ (9), il-Kummissjoni sabet li kienu preżenti distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (10). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-aluminju, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (11) iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (12). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u inputs għandhom ukoll effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ twassal biex ir-riżorsi jiġu xprunati lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq. (13) Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (14). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-aluminju fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (15), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ. (16) |
|
(50) |
It-tielet, fl-aktar rieżami ta’ skadenza reċenti dwar il-prodott taħt rieżami (17), il-Kummissjoni kkonkludiet li kienu preżenti distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma taf bl-ebda bidla strutturali kbira fir-RPĊ b’mod ġenerali u/jew fis-settur rilevanti b’mod partikolari li tista’ taffettwa dik il-konklużjoni. |
|
(51) |
Ir-raba’, evidenza addizzjonali disponibbli fir-Rapport dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija taċ-Ċina (“ir-Rapport”) (18), imħejji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti wkoll matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(52) |
Il-ħames, l-ebda evidenza jew argument għall-kuntrarju ma ġie ppreżentat mill-GTĊ jew mill-produtturi esportaturi fl-investigazzjoni preżenti. |
|
(53) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. B’konsegwenza, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.4. Pajjiż rappreżentattiv
3.2.4.1.
|
(54) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(55) |
Kif spjegat fil-premessa 34, fl-20 ta’ Frar 2025 il-Kummissjoni ħarġet nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Din in-nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji rilevanti u s-sorsi rilevanti. F’din in-nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
3.2.4.2.
|
(56) |
Fin-Nota, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri kollha huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami. |
|
(57) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati f’dik in-nota. |
3.2.4.3.
|
(58) |
Fin-Nota, il-Kummissjoni indikat li għat-Turkija, id-data finanzjarja minn produttur tal-AHF kif ukoll id-data tal-importazzjoni għall-materja prima rilevanti, l-informazzjoni dwar l-enerġija u l-manodopera kienet disponibbli għall-pubbliku. |
|
(59) |
Il-Kummissjoni fittxet fuq Orbis għal data finanzjarja disponibbli ta’ kumpanija produttriċi fit-Turkija. Instabet data faċilment disponibbli li tkopri s-sena finanzjarja 2023 għal produttur tal-AHF fit-Turkija: Sedat Tahir A.Ş. Barra minn hekk, it-Turkija għandha disponibbli data dwar l-importazzjoni dwar il-fatturi rilevanti tal-produzzjoni, l-elettriku u l-kostijiet lavorattivi. |
|
(60) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati permezz tan-Nota li beħsiebha tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u d-data tal-kumpanija msemmija hawn fuq, f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. |
|
(61) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv u dwar l-użu tad-data mill-produttur tal-AHF fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(62) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment wara l-pubblikazzjoni tan-Nota. |
3.2.4.4.
|
(63) |
Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
3.2.4.5.
|
(64) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, instab li t-Turkija tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.5. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet u l-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni
|
(65) |
Fin-Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami skont il-metodoloġija spjegata mill-applikant u li tirrifletti l-proċess tal-manifattura użat fl-Unjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA (21) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-Istitut Tork tal-Istatistika biex tistabbilixxi l-kost lavorattiv mingħajr distorsjoni (22), u l-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija tat-Turkija biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-enerġija (23). |
|
(66) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni pubblikament disponibbli dwar valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi tal-produzzjoni msemmija f’dik in-Nota. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni wara l-pubblikazzjoni tan-Nota. |
3.2.5.1.
|
(67) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u l-informazzjoni sussegwenti (indikata fit-tabella ta’ hawn taħt) analizzata mill-Kummissjoni, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi tal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.2.5.2.
|
(68) |
Ir-Rombli tal-AHF isiru permezz tat-tkebbib mill-ġdid u l-qtugħ ta’ rombli tal-AHF jumbo f’rombli ta’ sa 10 kg, imbagħad jiġu ppakkjati. Il-prodott huwa komodità bażika ddisinjata għat-tgeżwir. |
|
(69) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-bieb ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni lejn il-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarju tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (26) Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa 36 ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv. |
|
(70) |
Ma sar l-ebda aġġustament għall-ispejjeż tat-trasport jew għad-dazji tal-importazzjoni. It-Turkija ma tapplikax dazji tal-importazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju f’rombli jumbo minn pajjiżi għajr ir-RPĊ. Fir-rigward tal-kostijiet tat-trasport domestiku tal-materjali, ma kienet disponibbli l-ebda data minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi. Peress li d-dumping ġie stabbilit anki mingħajr tali aġġustamenti, u kwalunkwe aġġustament ’il fuq tal-valur normali għat-trasport domestiku jżid biss il-marġni tad-dumping, tali aġġustament ma kienx meqjus neċessarju. |
3.2.5.3.
|
(71) |
L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju għall-perjodu ta’ investigazzjoni abbażi tal-kost lavorattiv medju fis-siegħa għal kull FTE għall-2022 għall-attività ekonomika “Manifattura ta’ metalli bażiċi” kodiċi NACE 24 skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. Il-kost lavorattiv medju fis-siegħa għal kull FTE (27)jammonta għal EUR 7,04 għal kull siegħa ta’ xogħol (28). |
3.2.5.4.
|
(72) |
Il-Kummissjoni beħsiebha tuża l-aħħar data disponibbli dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali applikabbli fit-Turkija mill-Istitut Tork tal-Istatistika (TurkStat) ippubblikata mill-gvern tat-Turkija (29). Din id-data tindika tariffa industrijali medja għall-2023 ta’ EUR 0,13 għal kull kWh. |
3.2.5.5.
|
(73) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(74) |
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli dwar l-ispejjeż ġenerali fit-talba għal rieżami, il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod konservattiv li ma tintegrax tali kostijiet fil-kalkolu tal-valur normali. |
|
(75) |
Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, tal-SG & A u tal-profitt u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(76) |
Bl-użu ta’ data minn produttur Tork ta’ fojl tal-aluminju domestiku, Sedat Tahir AŞ. (30), il-Kummissjoni kkalkolat l-SG & A (23,3 %) u l-profitt (8,8 %) bħala perċentwal tal-kost tal-oġġetti mibjugħa. |
3.2.6. Determinazzjoni tal-valur normali
|
(77) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(78) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (materjali u manodopera) għall-produzzjoni tal-AHF. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-proporzjonijiet tal-konsum bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, it-Turkija, kif deskritt fit-Taqsima 3.3.2. |
|
(79) |
Ladarba ġew stabbiliti l-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet l-SG & A u l-profitt kif innotat fit-Taqsima 3.3.5.5:
|
|
(80) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni bniet il-valur normali fuq bażi mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.7. Prezz tal-esportazzjoni
|
(81) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tad-data CIF (Eurostat (31)), ikkoreġuta għal-livell mill-fabbrika. Għalhekk, il-prezz CIF tnaqqas bil-kost tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni u l-kost tat-trasport domestiku. |
3.2.8. Tqabbil
|
(82) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjoni għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. |
|
(83) |
Ladarba jiġi nnettjat lura billi jitnaqqsu l-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar, tal-assigurazzjoni u tat-trasport domestiku biex jiġi żgurat tqabbil ġust fil-livell mill-fabbrika, il-prezz tal-esportazzjoni jista’ jitqabbel mal-valur normali. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, ma saru l-ebda kwoti għad-differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.2.9. Marġni tad-dumping
|
(84) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kienu ta’ 28 %. Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, il-volum tal-importazzjonijiet inkwistjoni kien limitat ħafna, li jikkorrispondi għal sehem mis-suq ta’ 1,02 % fis-suq tal-Unjoni u għalhekk il-prezzijiet tqiesu mhux rappreżentattivi. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni investigat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping. |
3.3. Probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping
|
(85) |
Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk jitħassru l-miżuri. Barra minn hekk, minħabba li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-AHF miċ-Ċina kienu baxxi, b’sehem mis-suq fl-Unjoni ta’ 1,02 %, il-Kummissjoni analizzat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. |
|
(86) |
Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, il-kapaċità ta’ assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
3.3.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina
|
(87) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi Ċiniżi, is-sejbiet dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina kienu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. Peress li mhijiex disponibbli data preċiża dwar il-kapaċità tar-rombli tal-AHF żgħar, il-kapaċità żejda għar-rombli jumbo tqieset bħala indikatur rilevanti tal-kapaċità żejda tar-rombli tal-AHF. Kif ġie msemmi hawn fuq fil-premessa 68, ir-rombli jumbo tal-aluminju jeħtieġ li jinqatgħu biss biex jiġu prodotti rombli tal-AHF. |
|
(88) |
L-applikant ippreżenta evidenza li turi li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-AHF taċ-Ċina kienet qed tiżdied b’mod kostanti. L-espansjonijiet notevoli jinkludu t-tkabbir tal-kapaċità ta’ Shenhuo Aluminum minn 451 000 għal 900 000 tunnellata fil-Provinċja ta’ Yunnan u l-ftuħ ta’ impjant ġdid ta’ 100 000 tunnellata minn Longding Aluminum iffokat fuq il-batteriji u l-fojl tal-gejġ ħafif. Din il-kapaċità żejda li għadha għaddejja ġiet rikonoxxuta kemm mill-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (US ITC, US International Trade Commission), li fl-2023 ikkonkludiet li t-tneħħija tal-miżuri kummerċjali x’aktarx twassal għal dannu kontinwu, kif ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli Nonferrużi taċ-Ċina, li rrapportat li, mill-2016, iċ-Ċina kellha aktar tagħmir tal-ipproċessar tal-aluminju mill-bqija tad-dinja flimkien. |
|
(89) |
Kemm iż-żieda fil-produzzjoni kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni kienu ogħla b’mod sinifikanti miż-żieda fil-konsum domestiku fiċ-Ċina. |
|
(90) |
Skont l-informazzjoni pprovduta fit-talba, il-konsum tal-fojl domestiku taċ-Ċina fl-2022 kien stmat għal madwar 322 000 tunnellata, filwaqt li l-produzzjoni ammontat għal 450 000 tunnellata u l-kapaċità laħqet il-516 000-il tunnellata, li rriżulta f’kapaċità ta’ riżerva ta’ 66 000 tunnellata, li hija kemxejn aktar mill-konsum fl-Unjoni li ġie stabbilit għal 62 625 tunnellata fil-PIR. |
|
(91) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni sabet li hemm kapaċitajiet żejda sostanzjali disponibbli fir-RPĊ u, bħala konsegwenza, hemm probabbiltà kbira li l-volumi tal-importazzjoni se jiżdiedu b’mod sinifikanti u jeżerċitaw pressjoni akbar fuq il-prezzijiet, jekk il-miżuri anti-dumping jiġu rrevokati. |
3.3.2. Kapaċità tal-assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi
|
(92) |
Bħalissa hemm fis-seħħ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ AHF li joriġinaw miċ-Ċina f’diversi pajjiżi bħall-Arġentina, il-Messiku, it-Tajwan, u l-Istati Uniti. Ir-Renju Unit, wara l-Brexit, għadda miżuri eżistenti tal-Unjoni biex jinżammu dawn id-dmirijiet. L-eżistenza ta’ dawn l-ostakli għall-kummerċ timplika li l-esportaturi tar-RPĊ x’aktarx li ma jesportawx kwantitajiet sinifikanti ta’ AHF lejn dawn is-swieq ewlenin. |
|
(93) |
L-Indja neħħiet id-dazji anti-dumping tagħha fl-2022, u minn dak iż-żmien, l-importazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju Ċiniż żdiedu b’mod sinifikanti. Din iż-żieda qajmet tħassib fi ħdan l-industrija domestika Indjana dwar iż-żieda mill-ġdid tal-prattiki tad-dumping, filwaqt li enfasizzat l-imġiba predatorja potenzjali tal-esportaturi Ċiniżi wara t-tneħħija tal-miżura. Fis-17 ta’ Marzu 2025, il-Ministeru tal-Finanzi Indjan ħabbar dazju anti-dumping provviżorju ta’ USD 619–USD 873 għal kull metru fuq l-importazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju miċ-Ċina (32). |
|
(94) |
Minħabba d-diffikultajiet tal-esportaturi Ċiniżi biex ibigħu lil dawn is-swieq minħabba l-miżuri imposti minn dawn il-pajjiżi terzi l-oħra fuq l-importazzjonijiet tal-AHF li joriġinaw miċ-Ċina, jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu, is-suq tal-Unjoni jsir saħansitra aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi li jfittxu li jesportaw il-produzzjoni żejda tagħhom u jużaw il-kapaċità ta’ riżerva. |
3.3.3. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(95) |
Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-esportaturi Ċiniżi, kif muri mill-fatt li mill-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, l-esportaturi Ċiniżi għamlu tentattivi biex jevitaw dawn ir-restrizzjonijiet. Fl-2021, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet Ċiniżi ġew estiżi għat-Tajlandja wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni li kkonkludiet dwar l-eżistenza ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ, minn sussidjarji tal-produtturi Ċiniżi, maħsuba biex jevitaw il-miżuri fis-seħħ. |
|
(96) |
Din l-attraenza hija pjuttost evidenti meta jitqiesu l-prezzijiet tal-bejgħ tas-suq tal-Unjoni. Fuq il-bażi tal-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża kif irrapportata fil-GTA, il-prezz medju tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni huwa 77 % ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ Ċiniż lil swieq terzi oħra. Dan jindika li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti f’termini ta’ livelli tal-prezz minħabba li l-esportazzjoni lejn l-Unjoni tiġġenera profitti ogħla. Konsegwentement, huwa probabbli li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, is-suq tal-Unjoni jsir saħansitra aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. |
|
(97) |
Barra minn hekk, l-evidenza turi li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-fojl tal-aluminju lejn l-Unjoni naqas b’mod sinifikanti, minn 13,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni inizjali għal 1,02 % biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan it-tnaqqis qawwi jenfasizza l-impatt tal-miżuri anti-dumping tal-UE. Jekk dawn il-miżuri jiskadu, huwa probabbli li l-produtturi Ċiniżi jkollhom kemm il-kapaċità kif ukoll l-inċentiv li jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni, li x’aktarx iwasslu għal rikorrenza ta’ prattiki ta’ dumping. |
3.4. Probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping
|
(98) |
Minbarra l-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-PIR analizzat taħt it-Taqsima 3.3, u meta wieħed iqis is-sehem baxx tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ 1,02 %, il-Kummissjoni analizzat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni analizzat ix-xejra tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi matul il-PIR. |
|
(99) |
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni aktar dettaljata disponibbli għall-pubbliku dwar l-esportazzjonijiet taċ-Ċina lejn pajjiżi terzi u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni bbażat fuq data mill-GTA. Id-data ġiet estratta bl-użu tal-kodiċijiet NM Ċiniżi 7607 11 10 , 7607 11 20 u 7607 11 90 , li jkopru kemm il-prodott ikkonċernat kif ukoll prodotti oħra li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni (AHF bi ħxuna ta’ inqas minn 0,007 mm u sa 0,2 mm). Din l-istatistika rrappreżentat l-aktar data xierqa disponibbli u tqieset rappreżentattiva biżżejjed għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping. |
|
(100) |
Skont dan is-sett ta’ data, id-destinazzjonijiet ewlenin għall-esportazzjonijiet Ċiniżi matul il-PIR kienu l-Indja (88 344 tunnellata), il-Messiku (65 635 tunnellata), u t-Tajlandja (57 916 tunnellata). Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn dawn is-swieq ġew analizzati biex jiġu ddeterminati l-prezzijiet mill-fabbrika u s-CIF, bl-applikazzjoni tal-istess trasport, konformità doganali, u aġġustamenti oħra użati għall-prezz tal-esportazzjoni fl-UE. |
|
(101) |
Dawn il-prezzijiet tqabblu mal-valur normali kif stabbilit fit-Taqsima 3.2.2 sa 3.2.6 u ġew espressi bħala perċentwal tal-valur CIF medju. Dan wera differenza fil-prezz ta’ 112 % għall-Indja, 111 % għall-Indoneżja u 112 % għat-Tajlandja. Id-differenzi sostanzjali fil-prezzijiet jindikaw xejra ta’ mġiba fost l-esportaturi Ċiniżi biex ibigħu bi prezzijiet aktar baxxi fis-swieq tal-esportazzjoni. Għalhekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, huwa probabbli li l-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni jiżdiedu b’mod sinifikanti u jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. |
3.5. Konklużjoni
|
(102) |
L-investigazzjoni żvelat li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Minħabba s-sehem mis-suq attwalment baxx ta’ dawn l-importazzjonijiet, il-Kummissjoni vvalutat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping billi analizzat l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq sinifikanti ta’ pajjiżi terzi. Bl-istess mod, dawn l-esportazzjonijiet instabu li kienu l-oġġett ta’ dumping, b’marġnijiet ta’ dumping li jaqbżu l-111 % għall-Indja, il-Messiku u t-Tajlandja. |
|
(103) |
Abbażi tas-sejbiet deskritti fit-Taqsimiet 3.3.1 (il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina), 3.3.2 (il-kapaċità ta’ assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi), u 3.3.3 (l-attraenza tas-suq tal-Unjoni), il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa probabbli ħafna li l-produtturi Ċiniżi se jkomplu — u saħansitra jżidu b’mod sinifikanti — l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(104) |
Għaldaqstant, hemm evidenza sostanzjali li tindika kemm il-prattika kontinwa tad-dumping kif ukoll, fi kwalunkwe każ, probabbiltà kbira ta’ rikorrenza tagħha jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(105) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn 31 produttur magħruf fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(106) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 65 540 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-talba għar-rieżami ta’ skadenza, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-makrokwestjonarju ppreżentat mill-applikant li fih data mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(107) |
Kif indikat fit-Taqsima 1.2, fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 33 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(108) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-volum tal-bejgħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet totali fl-Unjoni kif irrappurtat mill-Eurostat. |
|
(109) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(110) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni żdied b’5 %. Fl-2021, żdied drastikament bi 18 %, prinċipalment minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. Matul dan il-perjodu, il-bejjiegħa bl-imnut taw prijorità lill-oġġetti prodotti fl-UE biex itaffu t-tfixkil fil-katina tal-provvista u biex jikkumpensaw għas-sospensjoni tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Barra minn hekk, hekk kif in-nies baqgħu d-dar u sajru aktar ta’ spiss, id-domanda għal prodotti relatati mal-ikel, inkluż fojl tal-aluminju f’rombli, żdiedet b’mod sinifikanti. Madankollu, mill-2022 ’il quddiem — inkluż matul il-Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami (PIR) — il-konsum beda jonqos. Meta mqabbel mal-2021, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 13 % matul il-PIR. |
4.3. Importazzjonijiet mir-RPĊ
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(111) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi ta’ data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi ta’ tqabbil bejn il-volumi tal-importazzjoni u l-konsum tas-suq tal-Unjoni kif irrapportat fit-Tabella 2 hawn fuq. |
|
(112) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Volum tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(113) |
Minkejja s-sehem mis-suq baxx tagħhom, l-importazzjonijiet miċ-Ċina komplew matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u x-xejra tagħhom kienet qed tiżdied. Mill-2020, meta l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu kważi negliġibbli, l-importazzjonijiet żdiedu b’mod konsiderevoli fl-2021, xejra li ppersistiet matul l-2022 u l-PIR, li rriżultat f’żieda ġenerali minn volum ta’ bejgħ ta’ 6 tunnellati għal 640 tunnellata matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li jirrappreżenta sehem mis-suq ta’ 1,02 % fil-PIR. |
4.4. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.
|
(114) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi ta’ data statistika mill-Eurostat, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni miċ-Ċina. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq l-istess bażi. |
|
(115) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||
|
(116) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu bi 38 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet l-ewwel naqsu fl-2021 bi 15 % u mbagħad żdiedu mill-2022 sal-PIR b’53 %. |
|
(117) |
Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi biss prezz medju għal kull tunnellata f’varjetà ta’ tipi ta’ prodotti bl-użu ta’ data statistika mill-Eurostat. |
|
(118) |
Il-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż iddeterminat b’dan il-mod tqabbel mal-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lill-klijenti fis-suq tal-Unjoni matul il-PIR, aġġustati għal livell mill-fabbrika. |
|
(119) |
L-eżitu ta’ dan it-tqabbil, espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, wera li, bħala medja, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni kienu madwar 21 % inqas mill-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(120) |
Madankollu, kif huwa indikat fil-premessa 113, minħabba l-volum negliġibbli ta’ importazzjonijiet ta’ AHF fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet ta’ dan il-bejgħ ma tqisux rappreżentattivi. |
|
(121) |
Il-Kummissjoni ħadet nota tal-fatt li l-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu baxxi ħafna. Madankollu, il-volumi baxxi ta’ importazzjoni, flimkien mar-riskju li jerġgħu jibdew il-prattiki ta’ pprezzar inġurjuż jekk il-miżuri jitneħħew, jappoġġaw il-konklużjoni li l-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti tibqa’ xierqa. |
4.5. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra mir-RPĊ
|
(122) |
L-importazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju f’rombli minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina oriġinaw prinċipalment mit-Turkija. |
|
(123) |
Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet fl-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju f’rombli minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(124) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina żdiedu b’mod sinifikanti minn 88 tunnellata fl-2020 għal 4 892 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(125) |
Peress li l-konsum totali tal-Unjoni naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, din iż-żieda ssarrfet f’żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi matul l-istess perjodu minn 0,1 % fl-2020 għal 8 % matul il-PIR. |
|
(126) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ b’mod ġenerali żdied bi 83 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni iżda baqa’ taħt il-livelli tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kif irrapportat fit-Tabella 9. |
|
(127) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħra ġew prinċipalment mit-Turkija, mill-Indoneżja u mill-Indja u żdiedu minn 51 għal 2 703 tunnellati, minn 0 tunnellati fl-2020 għal 427 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u minn 13-il tunnellata għal 189 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami rispettivament. |
4.6. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.6.1. Kummenti ġenerali
|
(128) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni inkludiet evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(129) |
Kif imsemmi fil-premessa 14, il-kampjunar intuża biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(130) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data pprovduta mill-applikanti. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data inkluża fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(131) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(132) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.6.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.6.2.1.
|
(133) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(134) |
Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’16 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u segwa t-tnaqqis tal-konsum tal-Unjoni. Kien hemm żieda bejn l-2020 u l-2021 attribwita għall-effetti pożittivi tal-pandemija tal-COVID-19. Matul dan il-perjodu, il-bejjiegħa bl-imnut ipprijoritizzaw l-iżgurar tad-disponibbiltà tal-prodott b’reazzjoni għat-tfixkil fil-katina tal-provvista u s-sospensjoni tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
(135) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 8 % fil-perjodu meqjus. Kien hemm żieda bejn l-2020 u l-2021 (minħabba żieda fil-bidliet) attribwita għall-effetti pożittivi tal-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19. |
|
(136) |
L-użu tal-kapaċità naqas b’9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.6.2.2.
|
(137) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(138) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, wara x-xejra tal-konsum tal-Unjoni. Il-bejgħ tal-Unjoni l-ewwel żdied bi 12 % fl-2021, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 111 u 136 u naqas mill-2021 sal-PIR bi 17 %. |
|
(139) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’9 punti perċentwali minn 100 % għal 91 %. |
4.6.2.3.
|
(140) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni żdied b’5 % filwaqt li l-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’16 % u 5 % rispettivament u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 8 %. |
4.6.2.4.
|
(141) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(142) |
L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li jirrifletti korrelazzjoni notevoli bejn l-għadd ta’ impjegati involuti fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami u l-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni. Matul dan il-perjodu ta’ żmien, l-ewwel kien hemm żieda ta’ 11 % mill-2020 sal-2021 wara tnaqqis ta’ 15-il punt perċentwali bejn l-2021 u l-PIR. |
|
(143) |
Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla f’termini ta’ produzzjoni (tunnellati) għal kull impjegat, uriet xejra ta’ tnaqqis matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.6.2.5.
|
(144) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping stabbiliti matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. Fl-istess ħin il-livell tal-importazzjonijiet matul il-PIR kien limitat b’mod sinifikanti, li jirrappreżenta biss 1 % tas-sehem mis-suq. Għalhekk, l-impatt tad-daqs tal-marġnijiet attwali tad-dumping fl-industrija tal-Unjoni kien pjuttost limitat. Konsegwentement, l-investigazzjoni mexxiet l-enfasi tagħha biex tivvaluta l-probabbiltà tar-rikorrenza u tal-kontinwazzjoni tad-dumping, kif ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu, jekk il-miżuri anti-dumping eżistenti jitħassru jew jiġu emendati. Dan l-approċċ kien meħtieġ biex jiġi evalwat l-impatt futur potenzjali fuq l-industrija domestika u tiġi żgurata l-effettività kontinwa tal-miżuri għad-difiża tal-kummerċ. |
4.6.2.6.
|
(145) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/Tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(146) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 63 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-ewwel nett, dawn żdiedu bi ftit mill-2020 sal-2021, b’4 % u mbagħad drastikament b’59 % fil-PIR meta mqabbla mal-2021. |
|
(147) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’55 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, wara xejra simili għall-prezz tal-bejgħ. Mill-2020 sal-2021, il-kost tal-produzzjoni żdied bi 13 %. Iż-żieda fil-kost unitarju tal-produzzjoni fil-PIR kienet ikkawżata minn żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-komoditajiet, minħabba rkupru tad-domanda globali wara l-pandemija tal-COVID-19 u l-aggressjoni militari fl-Ukrajna. Għalkemm il-kostijiet tal-produzzjoni żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni setgħet, bl-eċċezzjoni tal-2021, iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha kif xieraq biex tibqa’ profittabbli. |
4.6.2.7.
|
(148) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(149) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kostijiet lavorattivi medji żdiedu bi 24 %. Filwaqt li l-għadd ta’ impjegati fil-PIR naqas kif imsemmi fil-premessa 142, il-kost medju għal kull impjegat żdied meta mqabbel mal-2020. |
4.6.2.8.
|
(150) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(151) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-istokk tal-AHF tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 38 %. L-istokk laħaq quċċata ta’ 18 % fl-2022 u kellu tnaqqis qawwi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami b’56 punt perċentwali. Dan huwa konformi mat-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni u tal-produzzjoni. |
4.6.2.9.
|
(152) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(153) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(154) |
B’mod ġenerali, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’2 punti perċentwali minn 6 % għal 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-ewwel naqas minn 6 % għal - 2 % fl-2021 u mbagħad żdied għal 5 % fl-2022 u għal 8 % fil-PIR. |
|
(155) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żdiedet b’99 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-ewwel naqas bejn l-2020 u l-2021 b’112 % u minn hemm ’il quddiem żdied sal-PIR. |
|
(156) |
Bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-investimenti naqsu b’46 %. B’mod ġenerali, l-investimenti kellhom l-għan li jtejbu l-kwalità u l-ekoloġizzazzjoni tal-produzzjoni. Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investimenti varja drastikament matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-fluttwazzjonijiet varjaw minn -114 % sa 189 %. Mill-2020 sal-2021 dan naqas b’mod qawwi, segwit minn irkupru qawwi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, biex laħaq livell ta’ 110 punti perċentwali ogħla mill-punt tat-tluq tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni fl-2020. |
4.6.2.10.
|
(157) |
Il-miżuri fis-seħħ żguraw protezzjoni għall-industrija tal-Unjoni, u ppermettewlha żżid is-sehem mis-suq tagħha, iżżid il-prezzijiet f’konformità maż-żieda fil-kostijiet u tilħaq livell profittabbli u redditu pożittiv fuq l-investiment fi tmiem il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(158) |
Min-naħa l-oħra, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat tnaqqis fil-produzzjoni, fil-kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità li qed jonqos. |
|
(159) |
Barra minn hekk, minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-esportaturi Ċiniżi komplew jesportaw il-prodott ikkonċernat f’volumi dejjem jiżdiedu, minn kwantitajiet negliġibbli fl-2020 għal 640 tunnellata matul il-PIR u jespandu s-sehem mis-suq tagħhom, li żdied minn kważi 0 % għal 1 % matul dan il-perjodu. |
|
(160) |
Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdiedu kemm fil-volum assolut kif ukoll fis-sehem mis-suq matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għalkemm il-prezzijiet medji ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu taħt dawk tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni, kif stabbilit fil-premessa 127 ikkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, minħabba t-twaqqigħ tal-prezz u l-volum dejjem jiżdied ta’ importazzjonijiet bħal dawn, hemm riskju li, fin-nuqqas ta’ miżuri, dawn l-importazzjonijiet jistgħu jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni fil-futur. |
|
(161) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU
|
(162) |
Fil-premessa 161, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu, oriġinarjament ikkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(163) |
Minkejja l-miżuri eżistenti, is-suq tal-Unjoni wera li għadu suq attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi f’termini ta’ daqs u pprezzar. L-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping sinifikanti. Il-kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fiċ-Ċina, flimkien mal-miżuri għad-difiża tal-kummerċ fis-seħħ f’diversi swieq terzi fuq il-produtturi esportaturi Ċiniżi—li jenfasizzaw mudell konsistenti ta’ dumping—jappoġġaw il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu, jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. F’dak il-każ ikun probabbli ħafna li l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni jiksbu malajr sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, li tiffaċċja tnaqqis immedjat fil-volumi tal-bejgħ tagħha u żieda fil-kostijiet fissi tagħha għal kull unità. Iż-żieda fil-kostijiet fissi flimkien ma’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ f’suq li qed jiċkien se jaggravaw minnufih is-sitwazzjoni għall-industrija tal-Unjoni. Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni tibda tagħmel it-telf, is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tal-industrija tal-Unjoni tiġi affettwata b’mod negattiv, u jerġa’ jseħħ id-dannu materjali marbut mal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping/sussidjati. |
5.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(164) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina żdiedu b’mod sinifikanti minn 88 tunnellata fl-2020 għal 4 892 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(165) |
Peress li l-konsum totali tal-Unjoni naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, din iż-żieda ssarrfet f’sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi matul l-istess perjodu minn 0,1 % fl-2020 għal 8 %. |
|
(166) |
Filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi wrew xejra ta’ żieda matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, dawn baqgħu konsistentement taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. B’mod aktar sinifikanti, meta mqabbel mal-prezz fil-mira tal-Unjoni, id-distakk huwa saħansitra aktar evidenti. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien ta’ EUR 5 246 għal kull tunnellata, filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ tal-Unjoni kien ta’ EUR 5 674 għal kull tunnellata, u l-prezz fil-mira ġie stabbilit għal EUR 5 708 għal kull tunnellata. Dan it-twaqqigħ tal-prezz persistenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz fil-mira, jindika li l-importazzjonijiet Ċiniżi għadhom jeżerċitaw pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ din id-disparità fil-prezzijiet, u fin-nuqqas ta’ miżuri għad-difiża tal-kummerċ, hemm riskju ċar li tali twaqqigħ tal-prezz jista’ jwassal għal dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni fil-futur. |
|
(167) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni ponderati Ċiniżi lejn pajjiżi terzi għajr l-Unjoni, aġġustati għal prezz żbarkat tal-Unjoni, kinux ibigħu inqas mill-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mal-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq id-data fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. L-analiżi identifikat erba’ pajjiżi terzi fejn il-produtturi esportaturi Ċiniżi biegħu l-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bi prezzijiet taħt madwar 35 % tal-prezz fil-mira medju tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(168) |
Kif spjegat fit-taqsima 3.3.1, hemm kapaċitajiet żejda sostanzjali fir-RPĊ, li fil-biċċa l-kbira jaqbżu l-konsum totali tal-Unjoni matul il-PIR. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda element li jista’ jindika xi żieda sinifikanti fid-domanda domestika tal-prodott taħt rieżami fir-RPĊ jew fi kwalunkwe pajjiż terz ieħor immarkat fil-futur qrib. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-domanda domestika fir-RPĊ jew fi swieq oħra ta’ pajjiżi terzi ma setgħetx tassorbi l-kapaċità disponibbli fir-RPĊ. |
|
(169) |
Bħala konklużjoni, l-analiżi wriet – abbażi tal-fatti disponibbli – li l-produtturi esportaturi Ċiniżi setgħu jbigħu bi prezzijiet ferm aktar baxxi mill-prezz fil-mira tal-Unjoni. Fid-dawl tal-kapaċitajiet żejda sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina, ġie nnutat ukoll li volumi kbar ta’ fojl tal-aluminju f’rombli jistgħu potenzjalment jiġu prodotti biex jinbiegħu fis-suq tal-UE. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportaturi Ċiniżi jkunu jistgħu jeżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet u b’hekk jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(170) |
Indikazzjoni oħra tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni huwa l-fatt li mill-bidu tal-impożizzjoni tal-miżuri, kien hemm tentattivi ta’ ċirkomvenzjoni mill-esportaturi Ċiniżi li ġew identifikati u newtralizzati fl-2021. Fl-investigazzjoni tagħha kontra ċ-ċirkomvenzjoni (33), il-Kummissjoni sabet li l-produtturi Tajlandiżi li huma magħrufa li jesportaw il-prodotti tagħhom lejn l-Unjoni kienu kollha sussidjarji ta’ produtturi Ċiniżi tal-fojl tal-aluminju domestiku li huma soġġetti għal dazji anti-dumping meta jesportaw mir-RPĊ. |
|
(171) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ żdied bi 83 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni iżda baqa’ taħt il-livelli tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kif irrapportat fit-Tabella 9. |
|
(172) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħra ġew prinċipalment mit-Turkija, mill-Indoneżja u mill-Indja. |
|
(173) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu bi 15 % bejn l-2020 u l-2021, żdiedu b’mod sinifikanti fl-2022 u matul il-PIR. |
|
(174) |
Kif indikat fil-premessa 113, minħabba l-volum negliġibbli ta’ importazzjonijiet ta’ AHF fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezz ta’ dan il-bejgħ ma tqisx bħala rappreżentattiv u ma setax jintuża biex jinsiltu konklużjonijiet dwar il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni u l-imġiba tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi. |
|
(175) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nuqqas ta’ miżuri, x’aktarx iwassal għal żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezz dannuż. Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni jiġi annullat. |
5.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(176) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej: Tabella 13 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(177) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqsu b’40 % u l-prezzijiet medji żdiedu b’60 %. L-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqsu b’mod sinifikanti, segwew xejra simili bħall-produzzjoni ġenerali tal-Unjoni li naqset b’16 %. |
|
(178) |
B’mod ġenerali, ġie konkluż li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
|
(179) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. |
6.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(180) |
Għalkemm il-miżuri anti-dumping kellhom effett ta’ tnaqqis fuq il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, kif stabbilit fit-taqsima 4.6.2.9, l-industrija tal-Unjoni baqgħet f’sitwazzjoni instabbli, kif ikkonfermat mix-xejriet negattivi tal-indikaturi tad-dannu bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, l-impjiegi, il-bejgħ tal-esportazzjoni u l-investimenti. |
|
(181) |
Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, huwa probabbli li l-influss ta’ volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat jikkawża aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni. Dan l-influss ikun mistenni li jikkawża, fost oħrajn, telf tas-sehem mis-suq tal-Unjoni, tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, tnaqqis fl-użu tal-kapaċità tal-Unjoni u b’mod ġenerali deterjorament serju tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(182) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. Interess ta’ utenti u importaturi mhux relatati
|
(183) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-utenti magħrufa kollha u lill-importaturi mhux relatati kollha. L-ebda utent jew importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu u kkoopera f’din l-investigazzjoni billi ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju. Minħabba n-nuqqas ta’ interess muri mill-utenti u mill-importaturi mhux relatati, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni li l-konklużjonijiet milħuqa f’investigazzjonijiet preċedenti kienu nbidlu, il-kontinwazzjoni tal-miżuri ma kinitx ikkunsidrata li kienet kontra l-interess tal-utenti u tal-importaturi. |
6.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(184) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju f’rombli mir-RPĊ. |
|
(185) |
Wara d-divulgazzjoni, l-applikanti kkummentaw dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li żżomm id-dazji anti-dumping fuq ir-rombli tal-fojl tal-aluminju miċ-Ċina, fejn indikaw li l-kontinwazzjoni tal-miżuri se ssostni kompetizzjoni ġusta, tipprevjeni d-distorsjoni tas-suq, u tappoġġja l-irkupru u s-sostenibbiltà kontinwi tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ħadet nota tajba ta’ dan il-kumment. |
7. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(186) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni u r-rikorrenza tad-dumping, ir-rikorrenza tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-RPĊ. |
|
(187) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(5) ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” |
|
(188) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri japplikaw ir-rati individwali tad-dazju anti-dumping u l-eżenzjonijiet għall-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(5) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju jew tal-eżenzjoni tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(189) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju applikabbli għall-pajjiż kollu. |
|
(190) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-RPĊ u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(191) |
Il-kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati individwali ta’ dazju anti-dumping jekk sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (34). It-talba trid tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li t-tibdil ma jaffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta’ dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(192) |
Jenħtieġ li esportaturi jew produtturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu użat biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju li huwa applikabbli bħalissa għall-esportazzjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni għandha tagħti din it-talba, sakemm jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li ntuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu; (ii) mhuwiex relatat ma’ kumpanija li għamlet dan u, għalhekk, huwa soġġett għad-dazji anti-dumping; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat minn hemm ’il quddiem jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali. |
|
(193) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(194) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju f’rombli li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7607 11 11 11, 7607 11 11 19, 7607 19 10 11 u 7607 19 10 19) u li joriġinaw mir-RPĊ
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
CeDo (Shanghai) Ltd, Shanghai |
14,2 |
B299 |
|
Ningbo Times Aluminium Foil Technology Co. Ltd, Ningbo |
15,6 |
B300 |
|
Ningbo Favored Commodity Co. Ltd, Yuyao City |
14,6 |
B301 |
|
Able Packaging Co. Ltd, Shanghai |
14,6 |
B302 |
|
Guangzhou Chuanlong Aluminium Foil Product Co. Ltd, Guangzhou |
14,6 |
B303 |
|
Ningbo Ashburn Aluminium Foil Products Co. Ltd, Yuyao City |
14,6 |
B304 |
|
Shanghai Blue Diamond Aluminium Foil Manufacturing Co. Ltd, Shanghai |
14,6 |
B305 |
|
Weifang Quanxin Aluminium Foil Co. Ltd, Linqu |
14,6 |
B306 |
|
Zhengzhou Zhuoshi Tech Co. Ltd, Zhengzhou City |
14,6 |
B307 |
|
Zhuozhou Haoyuan Foil Industry Co. Ltd, Zhouzhou City |
14,6 |
B308 |
|
Zibo Hengzhou Aluminium Plastic Packing Material Co. Ltd, Zibo |
14,6 |
B309 |
|
Yuyao Caelurn Aluminium Foil Products Co. Ltd, Yuyao |
14,6 |
B310 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
35,6 |
B999 |
3. Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż, b’rata ta’ 35,6 % għall-importazzjonijiet tal-istess fojl tal-aluminju f’rombli partikolari kkonsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le (il-kodiċijiet TARIC 7607 11 11 11 u, 7607 19 10 11)
4. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 u l-eżenzjonijiet mill-estensjonijiet tal-miżuri wara l-investigazzjonijiet kontra ċ-ċirkomvenzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, il-firmatarju hawn taħt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
5. L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata medja ponderata xierqa ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
|
(a) |
ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali”); |
|
(b) |
ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li kkoopera jew seta’ kkoopera fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju; u |
|
(c) |
jew effettivament esporta l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. |
6. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 217/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/217/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/915 tal-4 ta’ Ġunju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu foil tal-aluminju f’rombli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/915/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1475 tal-14 ta’ Settembru 2021 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/915 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli kkonsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le (ĠU L 325, 15.9.2021, p. 24).
(6) Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/3498, 3.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3498/oj).
(7) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2731.
(8) https://connect.ihsmarkit.com/gta/home/
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2661 tal-14 ta’ Ottubru 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/2661, 15.10.2024, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2661/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/112 tat-18 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 18, 19.1.2023, p. 66, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/112/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2661, it-taqsima 3.3 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, it-taqsima 3.3.1.
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2661, il-premessi 45 sa 52 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessa 45.
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2661, il-premessi 53 sa 55 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessi 46 sa 50.
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2661, il-premessi 56 sa 63 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessi 51 sa 63.
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2661, il-premessa 64 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessa 64.
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2661, il-premessa 65 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessa 65.
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2661, il-premessa 66 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/112, il-premessa 66.
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/915, it-taqsima 3.3.1.
(18) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024 (SWD (2024) 91 final).
(19) Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Dħul Medju Għoli (https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income).
(20) Jekk ma jkunx hemm produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew tas-settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami.
(21) http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.
(22) https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Cost-Statistics-2022-49571.
(23) https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Electricity-and-Natural-Gas-Prices-Period-I:-January-June,-2022-45567&dil=2#:~:text = TURKSTAT%20Corporate&text = In%20the%
(24) https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Cost-Statistics-2022-49571.
(25) https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Electricity-and-Natural-Gas-Prices-Period-I:-January-June,-2022 45567&dil = 2#:~:text = TURKSTAT%20Corporate&text = In%20the%.
(26) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(27) Impjieg full-time.
(28) https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Cost-Statistics-2022-49571.
(29) https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Electricity-and-Natural-Gas-Prices-Period-I:-January-June,-2022-45567&dil=2#:~:text = TURKSTAT%20Corporate&text = In%20the%.
(30) Disponibbli fuq: https://orbis.bvdinfo.com/.
(31) Bażi ta’ data - Eurostat.
(32) https://news.metal.com/newscontent/103232729/India-Imposes-Provisional-Anti-Dumping-Duty-on-Chinese-Aluminum-Foil-Imports?utm_source=chatgpt.com, aċċessat fit-23 ta’ April 2025.
(33) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32021R1475&from=EN.
(34) Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(35) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1720/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)