<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑124/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0124</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:87">EU:C:2016:87</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20160217">17.2.2016</DATE> — KAWŻA C‑124/15</P><P>SALUTAS PHARMA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Intestatura 3004</KEYWORD><KEYWORD>Pilloli effervexxenti li għandhom 500 mg ta’ kalċju</KEYWORD><KEYWORD>Livell ta’ sustanza f’doża ta’ kuljum irrakkomandata ogħla sewwa mill-konċessjoni ta’ kuljum biex tinżamm is-saħħa jew il-benesseri ġenerali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑124/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari, skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Hamburg (qorti tal-finanzi ta’ Hamburg, il-Ġermanja), b’deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20150224">24 ta’ Frar 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20150312">12 ta’ Marzu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Salutas Pharma GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Hannover,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, A. Arabadjiev, J.‑C. Bonichot, C. G. Fernlund u S. Rodin (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Salutas Pharma GmbH, minn M. Niestedt u K. Göcke, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Hauptzollamt Hannover, minn T. Röper, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u A. M. Pálfy, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caeiros u M. Wasmeier, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat‑<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas‑<DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="282" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 282, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Salutas Pharma GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Salutas Pharma<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kumpannija ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi, u l-Hauptzollamt Hannover (uffiċċju prinċipali doganali ta’ Hannover, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>uffiċċju doganali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ pilloli effervexxenti li għandhom bħala denominazzjoni kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Calcium-Sandoz Forte 500 mg<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-SA</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD), ġie istitwit mill-Konvenzjoni li twaqqaf l-imsemmi Kunsill, konkluża fi Brussell fil‑<DATE ISO="19501215">15 ta’ Diċembru 1950</DATE>. Is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) ġiet żviluppata mill-ODD u mwaqqfa mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Konvenzjoni dwar is-SA<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), konkluża fi Brussell fl‑<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE> u approvata, bil-Protokoll ta’ emenda tal‑<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas‑<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar is-SA, kull parti kontraenti timpenja ruħha li n-nomenklaturi tat-tariffi u l-istatistika jkunu konformi mas-SA, li tuża l-intestaturi u s-subintestaturi kollha tagħha, mingħajr żidiet jew modifiki, flimkien mal-kodiċi numeriċi relattivi tagħha, u li ssegwi s-sekwenza numerika tal-imsemmija sistema. Kull parti kontraenti timpenja ruħha wkoll li tapplika r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA u n-noti kollha tas-sezzjoni, tal-kapitoli u tas-subintestaturi tas-SA, u li ma tbiddilx il-portata ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ODD għandha tapprova, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar is-SA, in-noti ta’ spjega u l-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni adottati mill-kumitat tas-SA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-intestatura 21.06 tas-SA ssemmi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>[p]reparazzjonijiet ta’ l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega dwar din l-intestatura tipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Sakemm ma humiex ikklassifikati f’intestaturi oħra tan-Nomenklatura, din l-intestatura tinkludi:</P><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><P><LIST TYPE="ALPHA"><ITEM><NP><NO.P>B)</NO.P><TXT>Il-preparazzjonijiet li jikkonsistu, fl-intier tagħhom jew parzjalment, f’oġġetti tal-ikel li jintużaw fil-preparazzjonijiet ta’ xorb jew ta’ ikel għall-konsum mill-bniedem. Huma wkoll ikklassifikati hawnhekk dawk il-preparazzjonijiet li jikkonsistu f’taħlita ta’ prodotti kimiċi (aċidi organiċi, imluħa tal-kalċju, eċċ.) u oġġetti tal-ikel (pereżempju dqiq, zokkor, trab tal-ħalib), intiżi sabiex jiġu inkorporati f’preparazzjonijiet tal-ikel [...]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P>B’mod partikolari, huma klassifikati hawnhekk:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>16)</NO.P><TXT>Il-preparazzjonijiet indikati ta’ spiss taħt l-isem ta’ supplimenti tal-ikel, abbażi ta’ estratti ta’ pjanti, ta’ konċentrat tal-frott, ta’ għasel, ta’ fruttożju, eċċ., miżjuda b’vitamini u xi drabi b’kwantitajiet żgħar ħafna ta’ komposti ta’ ħadid. Ħafna drabi dawn il-preparazzjonijiet huma ppreżentati f’ippakkjar li jindika li huma intiżi sabiex iżommu l-benesseri tal-bniedem. Il-preparazzjonijiet simili li huma intiżi sabiex jipprevjenu jew ifejqu l-mard jew uġigħ huma esklużi (Nru 30.03 jew 30.04).</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-intestatura 30.04 tas-SA hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Medikamenti (ħlief oġġetti ta’ titlu 3002, 3005 jew 3006) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin jew mhux imħalltin għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, ippreżentati f’dożi meqjusin (inklużi dawk f’forma ta’ sistemi li jingħataw mill-ġilda (transdermali)) jew f’forom jew f’pakki [pakketti] għal bejgħ bl-imnut.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega dwar l-intestatura 30.04 tas-SA tipprevedi li l-imsemmija intestatura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>ma tkoprix is-supplimenti tal-ikel li jinkludu vitamini jew melħ minerali li huma intiżi li jżommu lill-ġisem b’saħħtu, iżda li ma għandhomx indikazzjonijiet relatati mal-prevenzjoni jew mal-kura ta’ marda. Dawn il-prodotti, li normalment huma ppreżentati f’forma likwida, iżda li jistgħu jiġu ppreżentati wkoll f’forma ta’ trab jew ta’ pillola, ġeneralment jaqgħu taħt in-Nru 21.06 jew taħt il-Kapitolu 22<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>In-NM hija bbażata fuq is-SA li minnha tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi b’sitt figuri, u s-seba’ u t-tmien figura biss jifformaw sottotitoli li huma speċifiċi għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000, tal‑<DATE ISO="20000131">31 ta’ Jannar 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 9, p. 357), il-Kummissjoni Ewropea għandha, kull sena, tadotta regolament li jirriproduċi l-verżjoni sħiħa tan-NM u tar-rati tad-dazju doganali, kif tirriżulta mill-miżuri adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni. Dan ir-regolament huwa applikabbli mill‑1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-intestaturi 2106 u 3004 tan-NM jirriproduċu l-formulazzjoni tal-intestaturi 21.06 u 30.04 tas-SA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Is-subintestatura 3004 90 00 tan-NM hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>In-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 tan-NM tinqara kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Titlu 3004 jinkludi preparazzjonijiet mediċinali mill-ħxejjex u preparazzjonijiet ibbażati fuq dawn is-sustanzi attivi: vitamini, minerali, aminoaċti jew aċti-grassi essenzjali, f’pakki [pakketti] għal bejgħ bl-imnut. Dawn il-preparazzjonijiet huma kklassifikati f’titlu 3004 jekk ikollhom fuq it-tabella, fuq il-pakkett jew fl-istruzzjonijiet għal min jużahom li jkunu magħhom dawn l-istqarrijiet dwar:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-mard speċifiku, uġigħ jew is-sintomi tagħhom li għalihom għandu jintuża l-prodott;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-konċentrazzjoni ta’ sustanza jew sustanzi attivi li jinsabu fihom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>doża; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>mod ta’ applikazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>Dan it-titlu jinkludi preparazzjonijiet mediċinali omeopatiċi meta dawn josservaw il-kundizzjonijiet ta’ (a), (ċ) u (d).</P><P>Fil-każ ta’ preparazzjonijiet bbażati fuq vitamini, minerali, amino-aċti jew aċti-grassi essenzjali, il-livell ta’ waħda minn dawn is-sustanzi għal kull doża irrikmandata kuljum indikata fuq it-tabella għandu jkun ogħla sewwa mill-konċessjoni irrikmandata kuljum biex tinżamm is-saħħa jew il-benesseri ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega dwar in-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 tan-NM, li tidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Noti ta’ spjegazzjoni għan-nomenklatura magħquda tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="137" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, C 137, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>nota ta’ spjega dwar il-Kapitolu 30 tan-NM<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), tipprevedi, fil-punt 3 tagħha:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Preparazzjonijiet ta’ vitamini jew minerali huma preparazzjonijiet ibbażati fuq vitamini ta’ titlu 2936, fuq minerali inklużi traċċi ta’ elementi u taħlit tagħhom. Dawn jintużaw biex jittrattaw jew jipprevenu mard, uġigħ jew is-sintomi speċifiċi tagħhom. Preparazzjonijiet bħal dawn fihom ammont ħafna ogħla ta’ vitamini jew minerali, ġeneralment għallinqas tliet darbiet aktar mill-konċessjoni ta’ kuljum rakkomandata (RDA).</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Mill-imsemmi punt 3 jirriżulta wkoll li l-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata tal-kalċju hija ta’ 800 mg.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20120502">2 ta’ Mejju 2012</DATE>, Salutas Pharma talbet il-ħruġ ta’ informazzjoni tariffarja vinkolanti, għall-pilloli bl-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Calcium-Sandoz Forte 500 mg<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Hija pproponiet li dan il-prodott ikun ikklassifikat fis-subintestatura 3004 90 00 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa preparazzjoni li l-komponent essenzjali tiegħu huwa l-kalċju, intiż li jiġi inġerit wara li jkun inħall fl-ilma. Kull pillola tinkludi 500 mg ta’ kalċju. Informazzjoni dwar dan il-prodott, b’mod partikolari dwar id-doża tiegħu, l-użu tiegħu u s-sustanza attiva tiegħu tidher fuq il-kaxxa tiegħu u fuq l-istruzzjonijiet. Id-doża rrakkomandata hija, għall-adulti, bejn pillola effervexxenti waħda u tlieta, jiġifieri bejn 500 mg sa <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> mg ta’ kalċju kuljum u, għat-tfal, bejn pillola effervexxenti waħda u tnejn, jiġifieri bejn 500 mg u <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> mg ta’ kalċju kuljum. L-imsemmija istruzzjonijiet jindikaw li l-pilloli effervexxenti jintużaw għall-prevenzjoni u t-trattament<?PAGE NO="5"?> tan-nuqqas tal-kalċju jew assoċjati mat-trattamenti speċifiċi għall-prevenzjoni u għat-trattament tal-osteoporożi. Salutas Pharma tikkummerċjalizza dawn il-pilloli effervexxenti esklużivament fil-farmaċiji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-uffiċċju doganali kklassifika l-imsemmi prodott, billi ħareġ informazzjoni tariffarja vinkolanti fit‑<DATE ISO="20121008">8 ta’ Ottubru 2012</DATE>, fis-subintestatura 2106 90 92 tan-NM għar-raġuni li l-istess prodott ma jaqax taħt l-intestatura 3004 tan-NM peress li d-doża tiegħu ma tikkorrispondix għal livell ta’ konsum ta’ kalċju ogħla sewwa mill-konċessjoni rrakkomandata kuljum biex tinżamm is-saħħa jew il-benesseri ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara rikors ta’ Salutas Pharma, imressaq fis‑<DATE ISO="20121026">26 ta’ Ottubru 2012</DATE>, l-uffiċċju doganali kkonferma, fit‑<DATE ISO="20140113">13 ta’ Jannar 2014</DATE>, id-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni tal-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali fl-intestatura 2106 tan-NM billi qies li l-kundizzjoni fin-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 tan-NM ma kinitx issodisfatta peress li l-kontenut ta’ kalċju fid-doża massima rrakkomandata kuljum tal-prodott inkwistjoni ma kienx it-triplu tal-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata għall-kalċju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20140217">17 ta’ Frar 2014</DATE>, Salutas Pharma ressqet rikors quddiem il-qorti tar-rinviju kontra d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20140113">13 ta’ Jannar 2014</DATE>, billi qieset li n-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 tan-NM ma hijiex valida peress li hija temenda l-kontenut tal-intestatura tariffarja 3004 tan-NM. Sussidjarjament, Salutas Pharma rrilevat li din in-nota addizzjonali ma teżiġix li l-kontenut ta’ kalċju fid-doża rrakkomandata kuljum tal-prodott inkwistjoni għandu bilfors ikun it-triplu tal-konċessjoni ta’ kuljum meħtieġa, fid-dawl tal-fatt, b’mod partikolari, li doża ta’ kuljum ta’ <FT TYPE="NUMBER">2400</FT> mg ta’ kalċju, li hija triplu tal-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata, taqbeż il-limitu kritiku għas-saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-uffiċċju doganali ssuġġerixxa li l-imsemmi rikors għandu jiġi miċħud, għar-raġuni li n-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 tan-NM hija vinkolanti u li huwa possibbli li jiġi kkonsmat sa <FT TYPE="NUMBER">2500</FT> mg ta’ kalċju kuljum mingħajr effetti negattivi għas-saħħa, b’mod illi l-kontenut ta’ kalċju fid-doża massima rrakkomandata kuljum tal-pilloli effervexxenti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> mg, ma jistax jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ogħla sewwa<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens ta’ din in-nota addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li l-imsemmija pilloli jissodisfaw il-kundizzjonijiet imposti mill-punti a) sa d) tal-ewwel paragrafu tan-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 tan-NM u li, b’hekk, il-klassifikazzjoni tagħhom tiddependi, minn naħa, mill-interpretazzjoni tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ogħla sewwa<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li jidhru fit-tielet paragrafu ta’ din in-nota addizzjonali u, min-naħa l-oħra, mill-interpretazzjoni tan-nota ta’ spjega dwar il-Kapitolu 30 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tqis li din in-nota ta’ spjega tidher li teżiġi li, sabiex preparazzjoni, bħall-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali, taqa’ taħt dan il-kapitolu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>preparazzjonijiet ta’ vitamini jew minerali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, il-kontenut ta’ vitamini jew ta’ minerali ta’ din il-preparazzjoni jkun ħafna ogħla, ġeneralment mill-inqas tliet darbiet ogħla, mill-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata. B’hekk, peress li l-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata ta’ kalċju hija ta’ 800 mg, l-kontenut ta’ kalċju fid-doża rrakkomandata kuljum ta’ prodott bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermetti li jiġi kklassifikat fl-intestatura 3004 tan-NM għandu jkun ta’ <FT TYPE="NUMBER">2400</FT> mg. Issa, għall-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan l-ammont huwa ta’ <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> mg kuljum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tosserva li dan il-kontenut tal-aħħar huwa ogħla mill-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata ta’ kalċju b’iktar minn 85 %. Hija inklinata wkoll tqis li tali kontenut jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ogħla sewwa<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tan-nota addizzjonali 1 tal-imsemmi Kapitolu 30, minkejja li ma huwiex tliet darbiet ogħla mill-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata. Hija tqis ukoll li n-nota ta’ spjega dwar il-Kapitolu 30 tan-NM donnha tirreferi, bl-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ġeneralment<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, għal xi eċċezzjonijiet possibbli. Konsegwentement, skont din il-qorti, ma jistax jiġi eskluż li, għall-klassifikazzjoni ta’ prodott fl-intestatura 3004 tan-NM, kontenut f’dan il-prodott ta’ vitamini jew ta’ minerali inqas mit-triplu tal-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata jista’ eċċezzjonalment ikun biżżejjed.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija qorti tasserixxi li ma jeżistux, fis-suq, preparazzjonijiet orali li għandhom ammont ta’ kalċju tliet darbiet ogħla mill-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata u li ma jistax jitqies li, b’mod ġenerali, l-amministrazzjoni ta’ doża ta’ kuljum ta’ <FT TYPE="NUMBER">2400</FT> mg ta’ kalċju ma hijiex ta’ ħsara għas-saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, l-istess qorti tosserva li, minkejja li diversi elementi jiffavorixxu interpretazzjoni li n-natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ogħla sewwa<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> tal-kontenut ta’ vitamini jew ta’ minerali għandha tkun suġġetta għal evalwazzjoni differenti skont it-tip ta’ vitamina jew ta’ minerali, rekwiżiti prattiki ta’ amministrazzjoni tajba jistgħu jeżiġu li jkun stabbilit limitu ċar u li jista’ jiġi vverifikat faċilment ta’ dan il-kontenut. F’dan ir-rigward, hija tirrileva li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-prodotti, dawn tal-aħħar ma għandhomx ikunu differenzjati skont il-prattika normali prevalenti fis-suq inkwistjoni jew skont l-użu medikali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Hamburg (qorti tal-finanzi ta’ Hamburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>In-[NM] għandha tiġi interpretata fis-sens li pilloli effervexxenti b’kontenut ta’ kalċju ta’ 500 mg f’kull pillola, li jintużaw għall-prevenzjoni u għat-trattament ta’ nuqqas ta’ kalċju u sabiex ikunu ta’ sostenn għal terapija speċjali għall-prevenzjoni u għat-trattament tal-osteoporożi u li d-doża massima ta’ kuljum li hija rrakkomandata għall-adulti indikata fuq it-tikketta hija ta’ 3 pilloli (= <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> mg), għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 3004 90 00?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-kontrolli, il-kriterju deċiżiv għall-klassifika tariffarja tal-oġġetti għandu jitfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi tagħhom, kif iddefiniti mill-formulazzjoni tal-intestatura tan-NM u tan-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu (ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sysmex Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2097">EU:C:2014:2097</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vario Tek</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:152">EU:C:2015:152</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Amazon EU</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑58/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:385">EU:C:2015:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’hekk, in-noti tal-kapitolu tan-NM jikkostitwixxu mezzi importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-tariffa doganali komuni u jipprovdu, bħala tali, elementi utli għall-interpretazzjoni tagħhom. Il-kontenut tal-imsemmija noti għandu għalhekk ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tan-NM u ma jistax jemenda l-portata tagħhom (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X u X BV</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑319/10 u C‑320/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:720">EU:C:2011:720</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-noti ta’ spjega mfassla, f’dak li jirrigwarda n-NM, mill-Kummissjoni, u f’dak li jirrigwarda s-SA, mill-ODD, jikkontribwixxu b’mod importanti għall-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi tariffarji mingħajr madankollu ma għandhom saħħa vinkolanti ta’ liġi (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Data I/O</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑297/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:331">EU:C:2014:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, bħalma jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, ma huwiex ikkontestat li l-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa prodott ibbażat fuq minerali, ippakkjat għall-bejgħ bl-imnut. Il-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva, id-doża, il-mod ta’ amministrazzjoni, kif ukoll il-mard, l-uġigħ jew is-sintomi tagħhom li dan il-prodott għandu jintuża għalihom, huma indikati fuq il-kaxxa jew fuq l-istruzzjonijiet tiegħu. B’hekk, dan il-prodott jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti a) sa d) tal-ewwel paragrafu tan-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-partijiet fil-kawża prinċipali ma jaqblux biss fuq il-punt dwar jekk il-kontenut ta’ kalċju fid-doża ta’ kuljum irrakkomandata tal-prodott inkwistjoni hijiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ogħla sewwa mill-konċessjoni irrikmandata kuljum biex tinżamm is-saħħa jew il-benesseri ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens ta’ din in-nota addizzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega dwar il-Kapitolu 30 tan-NM hija intiża li tiċċara dan il-kriterju billi tipprevedi li dan ikopri d-doża ta’ kuljum irrakkomandata li l-kontenut ta’ vitamini jew ta’ minerali tagħha huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ħafna ogħla [...], ġeneralment għallinqas tliet darbiet aktar mill-konċessjoni ta’ kuljum rakkomandata<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, minn naħa, l-imsemmija nota ta’ spjega, li, bħalma ġie indikat fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, ma għandhiex saħħa vinkolanti ta’ liġi, tipprevedi li prodott, li l-kontenut ta’ vitamini jew ta’ minerali tiegħu fid-doża ta’ kuljum irrakkomandata huwa tliet darbiet ogħla mill-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata, jaqa’ taħt l-imsemmi kapitolu fis-sitwazzjoni meta l-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha jkunu wkoll issodisfatti. Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ġeneralment<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li tidher fl-istess nota, din ma teskludix prodotti mill-istess kapitolu minħabba l-fatt biss li l-kontenut ta’ vitamini jew ta’ minerali fid-doża ta’ kuljum irrakkomandata tagħhom ma hijiex tliet darbiet ogħla mill-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, in-nota ta’ spjega dwar il-Kapitolu 30 tan-NM ma tistax tiġi interpretata fis-sens li l-kontenut ta’ vitamini jew ta’ minerali fid-doża ta’ kuljum irrakkomandata tal-prodotti magħmula minn dawn is-sustanzi għandu bilfors ikun tliet darbiet ogħla mid-doża ta’ kuljum irrakkomandata sabiex tippermetti l-klassifikazzjoni ta’ dawn il-prodotti fl-intestatura 3004 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta l-kontenut ta’ vitamini, ta’ minerali, ta’ amminoaċidi essenzjali, u ta’ aċidi xaħmin tad-doża ta’ kuljum irrakkomandata ta’ prodott li għandu l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi ddefiniti mill-formulazzjoni tal-intestatura 3004 tan-NM huwa ogħla sewwa minn dak li huwa meħtieġ jew irrakkomandat għall-ikel ġenerali, huwa għandu jiġi kklassifikat taħt din l-intestatura (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Glob-Sped</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑328/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:601">EU:C:1998:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fir-rigward tal-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta, fl-ewwel lok, li l-kontenut ta’ kalċju fid-doża ta’ kuljum irrakkomandata ta’ dan il-prodott, jiġifieri sa massimu ta’ <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> mg, huwa ogħla mill-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata ta’ kalċju meħtieġa biex tinżamm is-saħħa jew il-benesseri ġenerali b’iktar minn 85 % u, fit-tieni lok, li l-konsum regolari ta’ dożi li l-kontenut ta’ kalċju tagħhom huwa tliet darbiet ogħla mill-konċessjoni ta’ kuljum irrakkomandata ta’ kalċju jista’ jkun ta’ ħsara għas-saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’tali ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-kontenut ta’ kalċju fid-doża massima rrakkomandata kuljum ta’ prodott bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa ogħla sewwa minn dak li huwa meħtieġ jew irrakkomandat għall-ikel ġenerali. Sa fejn tali prodott jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet previsti mill-punti a) sa d) tal-ewwel paragrafu tan-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 tan-NM, dan jaqa’ taħt l-intestatura 3004 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li prodott, bħall-pilloli effervexxenti li għandhom kontenut ta’ kalċju ta’ 500 mg kull pillola, użati għall-prevenzjoni u għat-trattament ta’ nuqqas ta’ kalċju jew relatati ma’ trattamenti speċifiċi għall-prevenzjoni u għat-trattament tal-osteoporożi u li d-doża massima ta’ kuljum li hija rrakkomandata għall-adulti indikata fuq it-tikketta hija ta’ <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> mg, jaqa’ taħt l-intestatura 3004 tan-NM.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal‑osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat‑<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas‑<DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodott, bħall-pilloli effervexxenti li għandhom kontenut ta’ kalċju ta’ 500 mg kull pillola, użati għall-prevenzjoni u għat-trattament ta’ nuqqas ta’ kalċju jew relatati ma’ trattamenti speċifiċi għall-prevenzjoni u għat-trattament tal-osteoporożi u li d-doża massima ta’ kuljum li hija rrakkomandata għall-adulti indikata fuq it-tikketta hija ta’ <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> mg, jaqa’ taħt l-intestatura 3004 ta’ din in-nomenklatura.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>