16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/49


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2354

tal-14 ta' Diċembru 2017

li tawtorizza l-estensjoni tal-użu taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 8470)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/827/KE (2) awtorizzat, skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, it-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent tal-ikel ġdid biex jintuża fi prodotti tal-ħobż.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/50/UE (3) awtorizzat, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-estensjoni tal-użu taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent biex jintuża f'kategoriji tal-ikel addizzjonali kif ġej: prodotti moħmija; ċereali tal-kolazzjon; taħlitiet tal-frott, tal-ġewż u taż-żrieragħ, u żrieragħ taċ-Chia ppakkjati minn qabel.

(3)

Fit-18 ta' Settembru 2015, inħarġet ittra ta' awtorizzazzjoni mill-Awtorità tas-Sikurezza tal-Ikel tal-Irlanda, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, għal estensjoni tal-użu taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent ġdid biex jintuża f'kategoriji ta' ikel addizzjonali, jiġifieri fil-meraq tal-frott u fit-taħlitiet tal-meraq tal-frott.

(4)

Fil-5 ta' Settembru 2016, il-kumpanija MEGGLE Hrvatska d.o.o. għamlet talba lill-awtorità kompetenti tal-Kroazja għal estensjoni tal-użu taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent ġdid biex jintuża f'kategoriji ta' ikel addizzjonali, jiġifieri, fil-jogurt.

(5)

Fil-11 ta' Jannar 2017, l-awtorità kompetenti tal-Kroazja ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport kkonkludiet li l-estensjoni tal-użu u l-livelli tal-użu massimu propost taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) jissodisfaw il-kriterji għal ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(6)

Fis-16 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

(7)

Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, b'mod partikolari minħabba li ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni. Spjegazzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-applikant taffew dak it-tħassib u dan kien ta' sodisfazzjon għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) hekk kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fil-jogurt b'kontenut massimu ta' 1,3 g ta' żrieragħ taċ-Chia sħaħ għal kull 100 g ta' jogurt jew ta' 4,3 g ta' żrieragħ taċ-Chia sħaħ għal kull 330 g ta' jogurt (porzjon).

Artikolu 2

L-isem taż-żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica) awtorizzat b'din id-Deċiżjoni dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel għandu jkun “żrieragħ taċ-Chia (Salvia hispanica)”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil MEGGLE Hrvatska d.o.o., Zeleno polje 34, 31 000 Osijek, il-Kroazja.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/827/KE tat-13 ta' Ottubru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 11.11.2009, p. 14).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/50/UE tat-22 ta' Jannar 2013 li tawtorizza estensjoni tal-użu taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 21, 24.1.2013, p. 34).


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAŻ-ŻRIERAGĦ TAĊ-CHIA (SALVIA HISPANICA)

Deskrizzjoni

Iċ-Chia (Salvia hispanica) hija pjanta sajfija erbaċea annwali li tagħmel mal-familja tal-Labiatae. Wara l-ħsad, iż-żrieragħ jitnaddfu b'mod mekkaniku. Fjuri, weraq u partijiet oħra tal-pjanta jitneħħew.

Kompożizzjoni taż-żrieragħ taċ-Chia (SALVIA HISPANICA)

Materja niexfa

91–96 %

Proteina

19–25,6 %

Xaħam

28–34 %

Karboidrati (1)

24,6–41,5 %

Fibra Kruda (2)

20–32 %

Irmied

4–6 %


(1)  Karboidrati inkluż l-valur tal-fibra (UE: CH huma karboidrati disponibbli = zokkor + lamtu)

(2)  Il-fibra kruda hija parti mill-fibra magħmula primarjament minn ċelluloża, pentosans u lignin li mhumiex diġeribbli.