|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4425 |
10.7.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11544 — PFEIFER & LANGEN IHKG GROUP / LATRAPS / ASNS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għall-proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4425)
1.
Fit-2 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG (“Pfeifer & Langen”, il-Ġermanja) |
|
— |
ASNS Ingredient SIA (“ASNS”, il-Latvja) |
|
— |
Lauksaimniecības pakalpojumu kooperatīvā sabiedrība (“LATRAPS”, il-Latvja), attwalment ikkontrollata mill-ASNS. |
Pfeifer & Langen u ASNS se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ LATRAPS.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Pfeifer & Langen primarjament timmanifattura u tforni zokkor, xarbiet, oġġetti tal-ikel u prodotti li jissostitwixxu l-laħam u l-ħut, |
|
— |
LATRAPS hija soċjetà kooperattiva Latvjana tas-servizzi agrikoli, proprjetà sħiħa ta’ 1 195 membru, u tipprovdi lill-membri tagħha assistenza fit-tkabbir, l-iżvilupp u l-bejgħ tal-għelejjel |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża ASNS huma dawn li ġejjin: ASNS tissorvelja l-iżvilupp ta’ impjant għall-iżolat tal-proteina tal-piżelli f’Jelgavas, il-Latvja, li mistenni jkun operazzjonali fl-2027.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11544 — PFEIFER & LANGEN IHKG GROUP / LATRAPS / ASNS
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4425/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)