<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑325/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CO0325</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:107">EU:C:2016:107</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20160218">18.2.2016</DATE> – KAWŻA C-325/15</P><P>Ś. <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 53(2) u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bit-triq</KEYWORD><KEYWORD>Perijodu ta’ mistrieħ ta’ xufier</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Stat Membru li jċaħħad lill-impjegat fuq vjaġġ professjonali mid-dritt għall-kumpens tal-akkomodazzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa f’każ ta’ akkomodazzjoni garantita minn persuna li timpjega għas-spejjeż tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni possibbli tal-akkomodazzjoni ta’ xufier ta’ trakk fil-vettura tiegħu</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑325/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia we Wrocławiu (tribunal distrettwali ta’ Wrocław-Śródmieście fi Wrocław, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150506">6 ta’ Mejju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20150701">1 ta’ Lulju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Z. Ś.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Z. M.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">M. P.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">X,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen, President tal-Awla, E. Levits u M. Berger (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikoli 53(2) u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="102" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 102, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest tal-kawża bejn Z. Ś., Z. M. u M. P., xufiera ta’ vetturi li jwettqu attività ta’ trasport internazzjonali, u X, il-persuna li kienet timpjegahom qabel, dwar ir-rifjut, minn dan tal-aħħar, ta’ pagament ta’ ċertu kumpens bħala korrispettiv tal-iljieli li huma qattgħu fuq il-vettura tagħhom.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 561/2006 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>xufier<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> tfisser kull persuna li ssuq il-vettura anki jekk għal perijodu qasir, jew li tkun qed tinġarr fil-vettura bħala parti mid-doveri tagħha, sabiex tkun disponibbli għas-sewqan jekk ikun hekk meħtieġ;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>perijodu ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> tfisser kwalunkwe perijodu bla interruzzjoni li fih ix-xufier jista’ jagħmel li jrid bil-ħin tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>perijodu ta<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> mistrieħ ta’ kuljum’ tfisser il-perijodu ta’ kuljum li fih xufier jista’ jagħmel li jrid bil-ħin tiegħu u jkopri <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>perijodu regolari ta<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> mistrieħ ta’ kuljum’ u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>perijodu mnaqqas ta<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> mistrieħ ta’ kuljum’:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>perijodu regolari ta<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> mistrieħ ta’ kuljum’ tfisser kull perijodu bla interruzzjoni ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas 11-il siegħa. Bħala alternattiva, dan il-perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kuljum jista’ jittieħed f’żewġ perijodi, l-ewwel wieħed għandu jkun perijodu bla interruzzjoni ta’ mill-inqas 3 sigħat u t-tieni wieħed ikun perijodu bla interruzzjoni ta’ mill-inqas 9 sigħat;</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>perijodu mnaqqas ta<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> mistrieħ ta’ kuljum’ tfisser kull perijodu ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas 9 sigħat imma anqas minn 11-il siegħa;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser perijodu ta’ kull ġimgħa li matulu xufier jista’ juża l-ħin tiegħu kif irid u jkopri <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>perijodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>perijodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>.</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kuljum’ tfisser kull perijodu bla interruzzjoni ta<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> mistrieħ ta’ mill-inqas 11-il siegħa.</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>perijodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser kull perijodu ta’ mistrieħ ta’ anqas minn 45 siegħa, li jista’, bla ħsara għall-kondizzjonijiet fl-Artikolu 8(6), jitqassar għal minimu ta’ 24 siegħa konsekuttivi;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser il-perijodu ta’ ħin bejn 00.00 tat-Tnejn u 24.00 tal-Ħadd;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fejn xufier jagħżel li jagħmel dan, perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u perijodi imnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ’il bogħod mill-bażi jistgħu jittieħdu f’vettura, kemm-il darba din ikollha faċilitajiet għall-irqad xierqa għal kull xufier u l-vettura tkun wieqfa.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Ministru tax-Xogħol u Politika soċjali, dwar l-ammont u l-kundizzjonijiet tad-determinazzjoni tad-drittijiet li jibbenefikaw minnhom il-ħaddiema impjegati f’kollettività pubblika tal-Istat jew lokali fuq vjaġġ professjonali barra mill-pajjiż (rozporządzenie Ministra Pracy i Polityki Społecznej r. w sprawie wysokości oraz warunków ustalania należności przysługujących pracownikowi zatrudnionemu w państwowej lub samorządowej jednostce sfery budżetowej z tytułu podróży służbowej poza granicami kraju, Dz. U. 2002 n<HT TYPE="SUP">o</HT> 236, poz. 1991), tad-<DATE ISO="20021219">19 ta’ Diċembru 2002</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Regolament tad-<DATE ISO="20021219">19 ta’ Diċembru 2002</DATE><QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), kif ukoll l-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Ministru tax-Xogħol u tal-Politika soċjali, dwar id-drittijiet li jibbenefikaw minnhom il-ħaddiema impjegati f’kollettività pubblika tal-istat jew lokali fuq vjaġġ professjonali (rozporządzenie Ministra Pracy i Polityki Społecznej w sprawie należności przysługujących pracownikowi zatrudnionemu w państwowej lub samorządowej jednostce sfery budżetowej z tytułu podróży służbowej, Dz. U. 2013, poz. 167), tad-<DATE ISO="20130129">29 ta’ Jannar 2013</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Regolament tad-<DATE ISO="20130129">29 ta’ Jannar 2013</DATE><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), jipprevedu li impjegat fuq vjaġġ professjonali barra mill-pajjiż għandu dritt għal rimbors tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni mġarrba għal ammont ekwivalenti ma’ dak indikat fuq il-fattura, sal-limitu tal-ammont massimu kif previst fl-anness tar-regolamenti fis-seħħ waqt il-perijodu kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont it-tieni paragrafu ta’ dawn l-artikoli, f’każ fejn il-fattura ma tkunx ġiet ippreżentata mill-impjegat, dan għandu dritt ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa ta’ 25 % tal-ammont massimu msemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 4 ta’ kull artikolu msemmi, l-paragrafi 1 u 2 tagħhom ma humiex applikabbli f’każ ta’ akkomodazzjoni ggarantita mill-persuna li timpjega għall-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-liġi dwar il-perijodi tax-xogħol tax-xufiera (ustawie o czasie pracy kierowców, Dz. U. 2012, poz. 1155), tas-<DATE ISO="20040416">16 ta’ April 2004</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Liġi dwar il-perijodi tax-xogħol tax-xufiera<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), tipprovdi li x-xufiera impjegati f’relazzjoni ta’ xogħol huma suġġetti, minbarra għad-dispożizzjonijiet legali fuq perijodi ta’ xogħol, għall-istandards dwar il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ obbligatorji, kif previsti fir-Regolament Nru 561/2006, li jirregolaw il-perijodi tas-sewqan ta’ vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tal-liġi dwar il-perijodi tax-xogħol tax-xufiera jipprevedi li x-xufier għandu dritt ta’ mill-inqas ħdax-il siegħa ħin tal-mistrieħ kontinwu kuljum. Il-ħin ta’ mistrieħ ta’ kuljum, ħlief għax-xufiera f’kapitolu 4a tal-imsemmija liġi, jiġifieri dawk li jwettqu servizzi regolari li ma jaqbżux il-50 kilometru, jista’ jittieħed f’vettura jekk din tkun wieqfa u jkollha faċilitajiet għall-irqad.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienu, matul il-perijodu bejn l-2011 u l-2013, impjegati minn X bħala xufiera ta’ trakkijiet ta’ iktar minn 12-il tunnellata, abbażi ta’ attività ta’ trasport internazzjonali. Bħala korrispettiv tal-iljieli li huma qattgħu barra mill-pajjiż fil-kabina tal-vettura tagħhom, li kienet maħsuba għall-irqad fiha, huma talbu lil X pagament ta’ somma f’daqqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont il-kuntratti ta’ xogħol rispettivi tagħhom, dawn ir-rikorrenti kellhom dritt għal remunerazzjoni bażika, għall-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għax-xogħol ta’ bil-lejl u għal kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għax-xogħol imwettaq abbażi tas-sigħat supplimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Matul it-tul kollu ta’ dawn il-kuntratti, il-persuna li timpjega rrifjutat li tħallas lill-imsemmija rikorrenti l-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għall-iljieli li huma qattgħu fil-vettura tagħhom, għar-raġuni li l-akkomodazzjoni tagħhom kienet iggarantita mingħajr spejjeż fil-kabina tal-vettura kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li s-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali jikkonċerna biss id-drittijiet ta’ dawn ix-xufiera fir-rigward tal-persuna li timpjegahom fir-rigward tar-rimbors tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni fil-kundizzjonijiet iffissati mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia we Wrocławiu (tribunal distrettwali, diviżjoni tax-xogħol u sigurtà soċjali ta’ Wrocław-Śródmieście fi Wrocław) iddeċieda li jissospendi l-proċedura u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006, li jipprovdi li, fejn xufier jagħżel li jagħmel dan, il-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u l-perijodi mnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ’il bogħod mill-bażi jistgħu jittieħdu fil-vettura, kemm-il darba din ikollha faċilitajiet xierqa għall-irqad għal kull xufier u l-vettura tkun wieqfa, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-persuna li timpjega (l-operatur tat-trasport) toffri mingħajr ħlas, faċilitajiet xierqa għall-irqad fil-kabina tal-vettura lill-persuna impjegata (ix-xufier), jipprekludi r-regolament nazzjonali previst fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament tad-<DATE ISO="20021219">19 ta’ Diċembru 2002</DATE>, kif emendat, applikabbli sat-<DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, u fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament […] tad-<DATE ISO="20130129">29 ta’ Jannar 2013</DATE>, applikabbli mill-<DATE ISO="20130301">1 ta’ Marzu 2013</DATE>, bl-effett li l-impjegat, b’hekk, għandu dritt għal rimbors tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni b’kundizzjonijiet ffissati mill-Artikolu 9(1) sa (3) tar-Regolament tad-<DATE ISO="20021219">19 ta’ Diċembru 2002</DATE> u mill-Artikolu 16(1) sa (3) tar-Regolament tad-<DATE ISO="20130129">29 ta’ Jannar 2013</DATE>, jew b’kundizzjonijiet u minn ammonti iktar favorabbli ffissati mill-kuntratt tax-xogħol, minn ftehim ta’ xogħol kollettiv jew minn regoli oħra tad-dritt tax-xogħol?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 561/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fejn xufier jagħżel li jagħmel dan, perijodi ta’ mistrieħ ’il bogħod mill-bażi, definiti fl-Artikolu 4(f) sa (i) ta’ dan ir-regolament, jistgħu jittieħdu f’vettura, kemm-il darba din ikollha faċilitajiet xierqa għall-irqad għal kull xufier u l-vettura tkun wieqfa?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta r-risposta għal domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ din il-kawża fir-rigward tal-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom ix-xufier ta’ vettura għandu dritt għal rimbors tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni li jirriżultaw mill-attività professjonali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006 jipprovdi li, fejn xufier jagħżel li jagħmel dan, il-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u l-perijodi mnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ’l bogħod mill-bażi jistgħu jittieħdu f’vettura, kemm-il darba din ikollha faċilitajiet xierqa għall-irqad għal kull xufier u l-vettura tkun wieqfa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li hija tikkonċerna biss l-organizzazzjoni ta’ ċertu perijodu ta’ mistrieħ għad-dispożizzjoni tax-xufier fil-kuntest tal-attività professjonali tiegħu iżda mhux il-kumpens ta’ dawn il-perijodi ta’ mistrieħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ċċarat li r-Regolament Nru 561/2006, li jarmonizza, b’mod partikolari, ir-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ għax-xufiera li jaħdmu fit-trasport ta’ merkanzija u tal-passiġġieri bit-triq, filwaqt li jħalli l-possibbiltà lil-leġiżlatur nazzjonali sabiex jadotta dispożizzjonijiet iktar favorevoli għall-imsemmija xufiera, ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni dwar il-kumpens li minnu jistgħu jibbenefikaw tali xufiera fl-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan is-sens, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li r-Regolament Nru 561/2006, u b’mod partikolari, l-Artikolu 8(8) ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-kundizzjonijiet li fihom xufier ta’ vettura għandu dritt għal rimbors tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni li jirriżultaw mill-attività professjonali tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma jkollhiex ġurisdizzjoni sabiex tisma’ kawża jew meta talba jew rikors ikunu manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ din il-kawża fir-rigward tat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 561/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta xufier jagħżel li jagħmel dan, il-perijodi ta’ mistrieħ ’il bogħod mill-bażi tiegħu, definiti fl-Artikolu 4(f) sa (i) ta’ dan ir-regolament, jistgħux jittieħdu f’vettura, kemm il-darba din ikollha faċilitajiet xierqa għall-irqad għal kull xufier u l-vettura tkun wieqfa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-kooperazzjoni stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, in-neċessità li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali teżiġi li din tiddefinixxi l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tad-domandi li hija tressaq jew li, għall-inqas, tispjega l-ipoteżijiet fattwali li huma bbażati fuqhom dawn id-domandi (ara, b’mod partikolari, id-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Striani <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑299/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:519">EU:C:2015:519</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja biss għandha s-setgħa li tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni ta’ test tal-Unjoni abbażi ta’ fatti li jiġu indikati lilha mill-qorti nazzjonali (ara, b’mod partikolari, id-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Talasca</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2049">EU:C:2014:2049</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tinsisti wkoll dwar l-importanza tal-indikazzjoni, mill-qorti nazzjonali, tar-raġunijiet preċiżi li wassluha sabiex tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u sabiex tikkunsidra neċessarju li tagħmel domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (ara d-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Talasca</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2049">EU:C:2014:2049</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li hija d-deċiżjoni tar-rinviju li sservi bħala l-bażi għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa indispensabbli li l-qorti nazzjonali, fid-deċiżjoni tar-rinviju stess, tispeċifika l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali u tagħti minimu ta’ spjegazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-għażla tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li hija titlob l-interpretazzjoni tagħhom kif ukoll dwar ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-kawża mressqa quddiemha (ara d-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Talasca</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2049">EU:C:2014:2049</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Dawn ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari li jagħtu d-dritt lill-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika, minbarra l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari, anki l-kompetenza tagħha biex tagħmel domanda, jissemmew b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura, li l-qorti tar-rinviju titqies, fil-kuntest tal-kooperazzjoni stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, li għandha konjizzjoni tagħhom u li għandha tosserva bir-reqqa (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Siragusa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:126">EU:C:2014:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Talasca</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2049">EU:C:2014:2049</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll, f’dan ir-rigward, li l-informazzjoni pprovduta fid-deċiżjonijiet tar-rinviju sservi mhux biss sabiex tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposti utli, iżda wkoll sabiex tippermetti lill-gvernijiet tal-Istati Membri kif ukoll lill-partijiet interessati l-oħra jippreżentaw osservazzjonijiet skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Hija r-responsabbiltà tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiżgura li din il-possibbiltà tiġi salvagwardjata, fid-dawl tal-fatt li, dejjem skont din id-dispożizzjoni, id-deċiżjonijiet tar-rinviju biss huma nnotifikati lill-partijiet interessati (ara d-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Talasca</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2049">EU:C:2014:2049</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Anki kieku r-referenza, fil-formulazzjoni tat-tieni domanda, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>l-għażla li jagħmel ix-xufier<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tippermetti li jiġi preżunt li din id-domanda tirrigwarda l-paragrafu 8 tal-imsemmi artikolu, li fih tissemma għażla bħal din, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju titlob l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 561/2006, mingħajr ma tindika preċiżament il-paragrafu li hu s-suġġett tad-domanda tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Qabel kollox, il-qorti tar-rinviju ma tesponix kif l-interpretazzjoni, mitluba minn din id-domanda, ta’ dispożizzjoni dwar il-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u l-perijodi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa mnaqqsa ’l bogħod mill-bażi li xufier jista’ jieħu fil-vettura tiegħu, hija meħtieġa sabiex hija tkun tista’ tevalwa t-tilwima pendenti quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Din il-qorti ssostni li mill-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006 ma jirriżultax b’mod ċar li din id-dispożizzjoni tikkonċerna t-tipi kollha ta’ perijodi ta’ mistrieħ iddefiniti fl-Artikolu 4 tal-istess regolament, peress li l-perijodi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa normali ma humiex espressament inklużi fiha. Billi ma ppreżentat l-ebda raġuni dwar in-neċessità jew l-utilità tar-risposta għat-tieni domanda tagħha sabiex tevalwa t-tilwima li kienet imressqa quddiemha, l-imsemmija qorti ma ppreżentat, barra minn hekk, l-ebda spjegazzjoni għar-raġunijiet għalfejn ir-risposti li l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha tagħti għat-tieni domanda, li tirrigwarda, f’dan il-każ, l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 561/2006, jistgħu, f’tali kuntest proċedurali, ikunu meħtieġa għas-soluzzjoni ta’ din it-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma laħqitx ir-rekwiżiti ddikjarati fil-punti 25 sa 30 ta’ dan id-digriet, jiġifieri livell ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni biżżejjed li jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, filwaqt li tiżgura li r-risposta għad-domanda mressqa tkun neċessarja għas-soluzzjoni<?PAGE NO="7"?> tat-tilwima pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju, u li l-gvernijiet tal-Istati Membri, kif ukoll, il-partijiet interessati l-oħra, jistgħu b’mod utli jagħmlu użu mill-possibbiltà li jressqu osservazzjonijiet, skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li ma hemmx preżentazzjoni suffiċjenti tar-raġunijiet għad-domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tipprovdi risposta utli għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawk iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li t-tieni domanda hija manifestament inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tordna:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, u b’mod partikolari l-Artikolu 8(8) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom ix-xufier ta’ vettura għandu dritt għal rimbors tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni li jirriżultaw mill-attività professjonali tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tieni domanda magħmula mis-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia we Wrocławiu (tribunal distrettwali ta’ Wrocław-Śródmieście fi Wrocław, il-Polonja) hija manifestament inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>