<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-256/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0256</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:818">EU:T:2021:818</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20211124">24.11.2021</DATE> – Kawża T‑256/19 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="SC">Assi vs Il‑Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir‑Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20211124">24 ta’ Novembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Żbalji ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-proprjetà</KEYWORD><KEYWORD>Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika</KEYWORD><KEYWORD>Użu ħażin ta’ poter</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ xieraq</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑256/19,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bashar Assi</HT>, residenti f’Damasku (is-Sirja), irrappreżentat minn L. Cloquet, avukata,</P><PARTY.STATUS>rikorrent</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn S. Kyriakopoulou u V. Piessevaux, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal‑<DATE ISO="20190121">21 ta’ Jannar 2019</DATE> li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="018" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 18</REF.DOC.OJ> I, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal‑<DATE ISO="20190121">21 ta’ Jannar 2019</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="018" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 18</REF.DOC.OJ> I, p. 4), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas‑<DATE ISO="20190517">17 ta’ Mejju 2019</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 132, p. 36</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 234, p. 31</REF.DOC.OJ>), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas‑<DATE ISO="20190517">17 ta’ Mejju 2019</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 132, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 234, p. 31</REF.DOC.OJ>), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat‑<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 168, p. 66</REF.DOC.OJ>), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat‑<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 168, p. 1</REF.DOC.OJ>), inkwantu dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir‑Raba’ Awla),</P><P>komposta minn S. Gervasoni, President, L. Madise u J. Martín y Pérez de Nanclares (Relatur), Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: L. Ramette, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu rriprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża u l‑fatti sussegwenti għall‑preżentata tar‑rikors</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal‑<DATE ISO="20190121">21 ta’ Jannar 2019</DATE> li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="018" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 18 I, p. 13</REF.DOC.OJ>), u permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal‑<DATE ISO="20190121">21 ta’ Jannar 2019</DATE> li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="018" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 18 I, p. 4</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, imsejħa flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>atti inizjali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), isem ir-rikorrent ġie inkluż fil-linja 270 tat-Taqsima A tal-listi tal-ismijiet tal-persuni, entitajiet u organi suġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255 u fl-Anness II tar-Regolament Nru 36/2012 (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>listi inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), bl-indikazzjoni tar-raġunijiet sussegwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja, inkluż ir-rwoli tiegħu bħala sieħeb fundatur tal-linja tal-ajru Fly Aman u President tal-Bord tad-Diretturi ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Aman [Dimashq]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>; impriża konġunta involuta fl-iżvilupp ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim. Assi jibbenefika mir-reġim u/jew jappoġġah permezz tal-pożizzjoni tiegħu bħala President tal-Bord tad-Diretturi ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Aman [Dimashq]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20190517">17 ta’ Mejju 2019</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/806 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 132, p. 36</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 234, p. 31</REF.DOC.OJ>), li estendiet l-applikazzjoni ta’ din l-aħħar deċiżjoni sal‑<DATE ISO="20200601">1 ta’ Ġunju 2020</DATE>; fl-istess jum, il-Kunsill adotta wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/798 li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 132, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 234, p. 31</REF.DOC.OJ>), (iktar ’il quddiem, imsejħa flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>atti ta’ żamma tal‑2019<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Isem ir-rikorrent inżamm fil-linja 270 tat-Taqsima A tal-listi inkwistjoni abbażi ta’ raġunijiet identiċi għal dawk li jinsabu fl-atti inizjali (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>raġunijiet tal‑2019<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/719 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 168, p. 66</REF.DOC.OJ>), li estendiet l-applikazzjoni ta’ din l-aħħar deċiżjoni sal‑<DATE ISO="20210601">1 ta’ Ġunju 2021</DATE>, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/716 li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 168, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, imsejħa flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>atti ta’ żamma tal‑2020<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Isem ir-rikorrent inżamm fil-linja 270 tat-Taqsima A tal-listi inkwistjoni taħt<?PAGE NO="3"?> raġunijiet parzjalment differenti minn dawk imsemmija fl-atti ta’ żamma tal‑2019 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>raġunijiet tal‑2020<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Il-Kunsill iġġustifika l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu billi indika r-raġunijiet sussegwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja, inkluż ir-rwoli tiegħu bħala sieħeb fundatur tal-linja tal-ajru Fly Aman u, sa Mejju 2019, President tal-Bord tad-Diretturi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Aman [Dimashq]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>; impriża konġunta involuta fl-iżvilupp ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim. Assi jgawdi mir-reġim Sirjan u/jew jagħtih appoġġ permezz tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu. Fit‑[<DATE ISO="20200130">30 ta’ Jannar 2020</DATE>], huwa waqqaf il-kumpanija Aman Facilities ma’ u f’isem Samer Foz.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑proċedura u t‑talbiet tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20190415">15 ta’ April 2019</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta dan ir-rikors intiż għall-annullament tal-atti inizjali, inkwantu dawn l-atti jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>, ir-rikorrent, abbażi tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, adatta r-rikors, b’mod illi dan huwa intiż ukoll għall-annullament tal-atti ta’ żamma tal‑2019, inkwantu dawn l-atti jikkonċernawh. Ir-rikorrent tenna wkoll it-talbiet li kienu jinsabu fir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190808">8 ta’ Awwissu 2019</DATE>, il-Kunsill ippreżenta fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali r-risposta u l-osservazzjonijiet dwar l-ewwel nota ta’ adattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-replika ġiet ippreżentata fl‑<DATE ISO="20191001">1 ta’ Ottubru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20191017">17 ta’ Ottubru 2019</DATE>, il-President tal-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(3) tar-Regoli tal-Proċedura, assenja mill-ġdid il-kawża lil Imħallef Relatur ġdid, assenjat lir-Raba’ Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-kontroreplika ġiet ippreżentata fit‑<DATE ISO="20200108">8 ta’ Jannar 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-fażi bil-miktub tal-proċedura ngħalqet fit‑<DATE ISO="20200108">8 ta’ Jannar 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89(3)(a) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali, fit‑<DATE ISO="20200722">22 ta’ Lulju 2020</DATE>, talbet lill-Kunsill iwieġeb għal sensiela ta’ mistoqsijiet Il-Kunsill wieġeb għall-mistoqsijiet fit-terminu mogħti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20200813">13 ta’ Awwissu 2020</DATE>, ir-rikorrent, abbażi tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura, adatta r-rikors għat-tieni dabra, b’mod li dan huwa intiż ukoll għall-annullament tal-atti ta’ żamma tal‑2020, inkwantu dawn l-atti jikkonċernawh. Ir-rikorrent tenna wkoll it-talbiet li kienu jinsabu fir-rikors kif ukoll fl-ewwel nota ta’ adattament u ressaq argumenti ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20201002">2 ta’ Ottubru 2020</DATE>, il-Kunsill ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar it-tieni nota ta’ adattament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat‑<DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-atti inizjali, l-atti ta’ żamma tal‑2019 u l-atti ta’ żamma tal‑2020 (iktar ’il quddiem, imsejħa flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>atti kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) inkwantu dawn jikkonċernawh;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tannulla l-atti kkontestati inkwantu dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, tordna ż-żamma tal-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2019/87 kif ukoll tad-Deċiżjonijiet 2019/806 u 2020/719 inkwantu dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni 2019/85, 2019/798 u 2020/716 inkwantu dawn jikkonċernaw lir-rikorrent.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrent jikkontesta li huwa negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja. F’dan ir-rigward, huwa jikkontesta l-elementi meqjusa mill-Kunsill sabiex jinkludi ismu fil-listi inkwistjoni. B’mod partikolari, ir-rikorrent isostni li huwa sempliċi impjegat, impjegat minn Aman Holding JSC. Huwa jirrikonoxxi li, fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu, huwa kien inkarigat jirrappreżenta lil Aman Holding fil-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Damascus JSC (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Aman Dimashq<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) u wettaq il-funzjoni ta’ President tal-Bord tad-Diretturi ta’ din l-aħħar kumpannija. Madankollu, huwa jsostni li rriżenja mill-pożizzjoni tiegħu fi ħdan Aman Holding u li, konsegwentement, fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu, huwa ma jirrappreżentax iktar lil din il-kumpannija bħala membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq. F’dan ir-rigward, huwa jsostni li Aman Dimashq ma hijiex impriża konġunta li tibbenefika mill-appoġġ tar-reġim u li, fil-kuntest tal-proġett Marota City, huwa ma żviluppax artijiet esproprjati li jappartjenu lil persuni spostati minħabba l-kunflitt fis-Sirja, fatt li pprekludihom milli jerġgħu lura d-dar tagħhom. Fir-replika, huwa jsostni li l-artijiet li fuqhom il-proġett Marota City ser jiġi żviluppat ma kinux is-suġġett ta’ ġlied bejn il-forzi tal-oppożizzjoni u r-reġim Sirjan u li l-kwartieri ta’ Damasku (is-Sirja) li jinsabu f’din iż-żona qatt ma ġew meqruda fil-kunflitt armat li kien hemm fis-Sirja. Fl-aħħar nett, huwa jiċħad li għandu xi sehem fl-impriża konġunta Aman Dimashq. Barra minn hekk, ir-rikorrent jikkontesta, minn naħa, li għandu sehem fi Fly Aman u, min-naħa l-oħra, li huwa sieħeb fundatur ta’ din il-kumpannija peress li, qabel ma t-twaqqif ta’ Fly Aman ipproduċa l-effetti tiegħu, huwa ġie ssostitwit bħala fundatur u azzjonist.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, ir-rikorrent jikkontesta r-raġuni l-ġdida għall-inklużjoni ta’ ismu u jsostni, f’dan ir-rigward, li l-kwalità tiegħu fi ħdan Aman Facilities OPLLC ma hijiex ta’ natura li tagħtih il-kwalità ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja, peress li din il-kumpannija għandha kapital żgħir u topera f’qasam ta’ attività limitat. Barra minn hekk, Aman Facilities ma tikkostitwixxix fergħa jew sussidjarja ta’ Aman Holding u ma hijiex appoġġjata minn din tal-aħħar jew minn S. Foz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrent jikkontesta li għandu rabta mar-reġim Sirjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-rikorrent isostni li ebda wieħed mid-dokumenti tad-Dokument WK 50/2019 INIT ma jirreferi għar-rabta preżunta tiegħu mar-reġim Sirjan, iżda li dawn id-dokumenti jikkonċernaw prinċipalment lil S. Foz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, hekk kif jirriżulta mill-punti 50 u 51 iktar ’il fuq, li l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent hija bbażata, minn naħa, fuq il-kriterju ddefinit fl-Artikolu 27(2)(a) u fl-Artikolu 28(2)(a) tad-Deċiżjoni 2013/255, kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, u fl-Artikolu 15(1a)(a) tar-Regolament Nru 36/2012, kif emendat bir-Regolament 2015/1828 (kriterju ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja) u, min-naħa l-oħra, fuq il-kriterju ddefinit fl-Artikolu 27(1) u fl-Artikolu 28(1) tal-imsemmija deċiżjoni u fl-Artikolu 15(1)(a) tal-imsemmi regolament (kriterju ta’ assoċjazzjoni mar-reġim).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑istatus ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l‑attivitajiet tiegħu fis‑Sirja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Għandu jiġi vverifikat jekk il-provi kollha prodotti mill-Kunsill jissodisfawx l-oneru tal-prova impost fuqu bis-saħħa tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 89 iktar ’il fuq u jikkostitwixxu għalhekk sensiela ta’ indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti sabiex tiġi ssostanzjata l-ewwel raġuni għal inklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kunsill qies li r-rikorrent huwa negozjant prominenti li jeżerċita l‑attivitajiet tiegħu fis‑Sirja minħabba l-interessi u l-attivitajiet li huwa għandu f’bosta setturi tal-ekonomija Sirjana. Fir-rigward tal-atti inizjali u tal-atti ta’ żamma tal‑2019, il-provi prodotti mill-Kunsill fid-Dokument WK 50/2019 INIT jirrigwardaw tliet attivitajiet, jiġifieri, l-istatus tiegħu ta’ sieħeb fundatur tal-kumpannija tal-ajru Fly Aman, sussegwentement l-istatus tiegħu ta’ President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq, impriża konġunta attiva fil-proġett Marota City u fl-aħħar, il-funzjonijiet tiegħu fi ħdan Aman Holding li huma marbuta mal-istatus tiegħu ta’ President tal-Bord tad-Diretturi ċċitat iktar ’il fuq. Fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, minbarra l-attivitajiet imsemmija iktar ’il fuq, il-provi addizzjonali prodotti mill-Kunsill fid-Dokument WK 3599/2020 REV 1 isemmu l-istabbiliment mir-rikorrent ta’ Aman Facilities ma’ S. Foz u f’isem dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġi eżaminat kull wieħed minn dawn l-elementi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑istatus ta’ sieħeb fundatur ta’ Fly Aman</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raġuni li tinsab fl-atti kkontestati dwar l-istatus ta’ sieħeb fundatur ta’ Fly Aman, mill-provi li joriġinaw mis-siti internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Aliqtisadi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Eqtsad News<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>7al.net<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jirriżulta li r-rikorrent huwa sieħeb fundatur ta’ Fly Aman. Barra minn hekk, is-sit internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>7al.net<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jippreċiża li l-Ministeru għall-Kummerċ Intern u għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi Sirjan irratifika l-istatuti ta’ Fly Aman, li 10 % tal-ishma tagħha jappartjenu lir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, ir-rikorrent jikkontesta li għandu sehem fi Fly Aman u jsostni li, fi kwalunkwe każ, dan huwa minoritarju. Insostenn tal-allegazzjoni tiegħu, huwa jipproduċi l-ewwel verżjoni tal-istatuti ta’ Fly Aman, tat‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE> u ffirmata mid-Direttorat tal-Impriżi Sirjan, u ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ Fly Aman tat‑<DATE ISO="20180528">28 ta’ Mejju 2018</DATE>. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrent jikkontesta li huwa fundatur ta’ Fly Aman u jsostni li, qabel ma t-twaqqif ta’ Fly Aman ipproduċa l-effetti tiegħu, il-kumpannija B kienet issostitwixxietu bħala soċju fundatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ Fly Aman, tat‑<DATE ISO="20180528">28 ta’ Mejju 2018</DATE>, jindika li l-fundaturi tal-impriża huma K. Al Zoubi u l-kumpannija B. Barra minn hekk, minn dan jirriżulta li l-kumpannija B hija azzjonista ta’ Fly Aman flimkien ma’ K. Al Zoubi. Għall-kuntrarju, isem ir-rikorrent ma jissemmiex fih. Madankollu, l-ewwel verżjoni tal-istatuti ta’ Fly Aman, tat‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE> u ffirmata mid-Direttorat tal-Impriżi Sirjan, tindika lir-rikorrent bħala fundatur u sieħeb ta’ Fly Aman u tindika li dan tal-aħħar għandu 10 % mill-kapital tal-impriża. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li r-rikorrent ma weriex li l-istatuti tat‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE> ta’ Fly Aman ma kinux ipproduċew effetti legali bejn id-data tagħhom u d-data taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat‑<DATE ISO="20180528">28 ta’ Mejju 2018</DATE>, fid-dawl tal-fatt li l-kumpannija ma kinitx twaqqfet filwaqt li l-istatuti tagħha kienu ġew irratifikati mid-Direttorat tal-Impriżi Sirjan. Waqt is-seduta, huwa għall-kuntrarju kkonferma li din ma kinitx l-ewwel verżjoni, iżda tassew l-istatuti definittivi ta’ Fly Aman, sakemm jiġu rreġistrati mad-Direttorat tal-Impriżi Sirjan. Fl-aħħar, ir-rikorrent jirrikonoxxi li ma pproduċiex prova dwar it-trasferiment tat-titolu tiegħu lill-kumpannija B, indikata bħala msieħba fundatriċi fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat‑<DATE ISO="20180528">28 ta’ Mejju 2018</DATE>. Issa, għandu jitfakkar li isem ir-rikorrent ġie inkluż fil-listi inkwistjoni minħabba l-istatus tiegħu ta’ sieħeb fundatur tal-kumpannija tal-ajru Fly Aman u mhux inkwantu sempliċi azzjonist. Fi kwalunkwe każ, ir-rikorrent jikkontradixxi lilu nnifsu fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, peress li, filwaqt li jikkontesta li huwa azzjonist, huwa jirrikonoxxi li huwa wieħed billi jsostni li huwa biss azzjonist minoritarju. Barra minn hekk, għandu jingħad ukoll, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, li l-provi li jirriżultaw mis-siti internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Aliqtisadi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Eqtsad News<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, li jirriżultaw mid-Dokument WK 3599/2020 REV 1, jindikaw li r-rikorrent huwa sieħeb fundatur ta’ Fly Aman.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-rikorrent ma rnexxilux jikkontesta r-raġuni li huwa kien sieħeb fundatur ta’ Fly Aman fil-mument tat-twaqqif tagħha fit‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>. Għalhekk, ir-raġuni għal inklużjoni relatata mal-fatt li r-rikorrent huwa sieħeb fundatur tal-kumpannija tal-ajru Fly Aman, preżenti fl-atti kkontestati, hija fondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑istatus ta’ President tal‑Bord tad‑Diretturi ta’ Aman Dimashq</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, għandu jiġi osservat li, f’dak li jirrigwarda r-raġuni relatata mal-istatus tar-rikorrent bħala President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq, il-Kunsill żamm isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni billi ċċita preċiżament<?PAGE NO="7"?> id-data ta’ riżenja allegata mill-persuna kkonċernata, jiġifieri Mejju 2019. Dan ifisser li l-Kunsill irrikonoxxa bħala pprovat il-fatt li r-rikorrent ma kienx għadu, minn Mejju 2019, President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-fatt li persuna tkun waqfet milli teżerċita l-funzjonijiet tagħha fi ħdan struttura ma jimplikax, fih innifsu, li dawn il-funzjonijiet preċedenti huma irrilevanti, inkwantu l-attivitajiet passati tagħha jistgħu jinfluwenzaw l-aġir tagħha. Madankollu, il-ġurisprudenza ppreċiżat li, ikkunsidrati waħedhom, il-funzjonijiet preċedenti ta’ persuna ma jistgħux jiġġustifikaw l-inklużjoni ta’ isem din tal-aħħar fil-listi inkwistjoni. Jekk il-Kunsill ikun jixtieq jibbaża ruħu fuq l-attivitajiet passati tal-imsemmija persuna, huwa għandu fil-fatt jipproduċi indizji serji u konkordanti li jippermettu raġonevolment li jitqies li din tal-aħħar iżżomm rabtiet mal-istruttura li kienet timpjegaha fid-data tal-adozzjoni tal-att ikkontestat, li jiġġustifikaw l-inklużjoni ta’ isimha fil-listi, wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħha fi ħdan din l-istruttura (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Bateni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑42/12 u T‑181/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:409">EU:T:2013:409</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Jannatian vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑328/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:86">EU:T:2016:86</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-Dokument WK 3599/2020 REV1 ma jirriżultax li l-Kunsill ipproduċa indizji serji u konkordanti, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 128 iktar ’il fuq, li jippermettu raġonevolment li jitqies li r-rikorrent żamm rabtiet mal-istruttura li kienet timpjegah fid-data tal-adozzjoni tal-att ikkontestat. Għalhekk, id-Dokument WK 3599/2020 REV1 ma jinkludi ebda prova ta’ natura li tiġġustifika li, minkejja r-riżenja tar-rikorrent f’Mejju 2019, din l-indikazzjoni għandha tinżamm fir-raġunijiet għal inklużjoni. B’mod partikolari, il-Kunsill ma jispjegax u ma weriex kif il-fatt li r-rikorrent kien President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq sa Mejju 2019 jiġġustifika, fid-data tal-adozzjoni tal-atti ta’ żamma tal‑2020, li jintuża dan l-element sabiex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja. F’dan ir-rigward, huwa ma weriex li r-rikorrent żamm rabtiet partikolari ma’ Aman Dimashq. Għandu jiġi rrilevat ukoll li, waqt is-seduta, il-Kunsill irrikonoxxa li r-rikorrent kien abbanduna l-funzjonijiet tiegħu meta rriżenja, iżda rrefera biss għall-attivitajiet kummerċjali l-oħra tiegħu sabiex jiġġustifika, minħabba l-importanza tagħhom, il-klassifikazzjoni tar-rikorrent bħala negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi konkluż li, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, il-Kunsill ma setax jibbaża ruħu fuq ir-raġuni relatata mal-istatus ta’ President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq sa Mejju 2019 tar-rikorrent sabiex juri l-istatus tiegħu ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑parteċipazzjoni tar-rikorrent, bħala President tal‑Bord tad‑Diretturi ta’ Aman Dimashq, impriża konġunta attiva fil‑kostruzzjoni tal‑proġett Marota City, fi proġett residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġjat mir-reġim</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[omissis]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>It-tieni, fir-rigward tar-raġunijiet li jinsabu fl-atti ta’ żamma tal‑2020, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, peress li ġie stabbilit, fil-punt 130 iktar ’il fuq, li, sabiex juri l-istatus ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja tar-rikorrent, il-Kunsill ma setax jibbaża ruħu fuq ir-raġuni relatata mal-kwalità tiegħu ta’ President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq sa Mejju 2019, huwa ma jistax, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, iqis il-parteċipazzjoni tiegħu fil-proġett Marota City f’din il-kapaċità sabiex juri l-imsemmi status.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑istatus ta’ impjegat ta’ Aman Holding</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>It-tieni, fil-kuntest tal-eżami tal-legalità tal-atti ta’ żamma tal‑2020, għandu jitfakkar li r-rikorrent ma kienx għadu President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq, hekk kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali fil-punt 130 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-proċess jirriżulta li r-rikorrent inżamm fil-pożizzjoni tiegħu fi ħdan Aman Holding għal madwar sena wara d-data tar-riżenja tiegħu. Barra minn hekk, bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali magħmula waqt is-seduta, ir-rikorrent ippreċiża li s-salarju tiegħu tnaqqas bin-nofs. B’mod partikolari, il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu konkluż ma’ Aman Holding kien jindika li huwa kien jitħallas SYP <FT TYPE="NUMBER">1250000</FT> (madwar EUR 2 526.60) fix-xahar. Barra minn hekk, huwa jsostni li ma huwiex daqshekk involut fil-proġetti ta’ Aman Holding, fid-dawl tal-fatt li huwa jissupervizza inqas proġetti. Barra minn hekk, fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu u hekk kif ġie kkonfermat waqt is-seduta, ir-rikorrent talab lil Aman Holding l-awtorizzazzjoni sabiex jistabbilixxi Aman Facilities, minħabba l-fatt li huwa kien jirċievi remunerazzjoni mingħand Aman Holding u kellu l-intenzjoni li jadotta isem kummerċjali simili għal dak ta’ Aman Holding, fatt li jindika li huwa ma kellux il-libertà kollha sabiex imexxi kif kien irid il-proġett ta’ impriża tiegħu. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent sostna li Aman Holding kienet għenitu sabiex isib avukat li jirrappreżentah u kienet assumiet ir-responsabbiltà għall-ispejjeż legali li huwa kien ser isostni fil-kuntest ta’ rikors kontra l-miżuri restrittivi kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-rikorrent għandu tassew rabtiet ma’ Aman Holding, iżda li dawn inbidlu b’mod sinjifikattiv meta mqabbla ma’ dawk eżistenti fil-mument tal-adozzjoni tal-atti inizjali u tal-atti ta’ żamma tal‑2019. Fil-fatt, ir-rikorrent isostni, mingħajr ma ġie kontradett mill-Kunsill, li huwa ma jissupervizzax iktar proġetti u li Aman Holding awtorizzatu jżomm dan l-impjieg sakemm isib sors ieħor ta’ dħul. Barra minn hekk, peress li r-rikorrent ma huwiex iktar mandatarju tal-kumpannija, iżda sempliċi impjegat ta’ Aman Holding, ma jistax jiġi affermat li l-attivitajiet tiegħu fi ħdan din il-kumpannija jirrenduh negozjant prominenti. Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, il-Kunsill ma setax jibbaża ruħu, sabiex juri l-istatus ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja tar-rikorrent, fuq l-istatus tiegħu ta’ impjegat fi ħdan Aman Holding.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑istatus ta’ membru fundatur ta’ Aman Facilities ma’ u f’isem S. Foz</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raġuni l-ġdida li tinsab fl-atti ta’ żamma tal‑2020, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrent jammetti li stabbilixxa l-kumpannija Aman Facilities u jiġġustifika dan billi jirreferi għad-diffikultajiet sabiex isib impjieg wara l-adozzjoni mill-Kunsill tal-atti inizjali u tal-atti ta’ żamma tal‑2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>L-ewwel, għandu jiġi nnotat li d-data ta’ stabbiliment ta’ Aman Facilities indikata fir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati l-atti ta’ żamma tal‑2020 ma tikkorrispondix għal dik imsemmija mir-rikorrent fit-tieni nota ta’ adattament. Fil-fatt, l-imsemmija raġunijiet jippreċiżaw li l-kumpannija ġiet stabbilita fit‑<DATE ISO="20200130">30 ta’ Jannar 2020</DATE>, fatt li huwa kkonfermat mill-artiklu tas-sit internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Aliqtisadi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Għall-kuntrarju, ir-rikorrent jindika li l-kumpannija twaqqfet f’Mejju 2019, ftit jiem biss qabel ir-riżenja effettiva tiegħu mill-pożizzjoni tiegħu ta’ mandatarju tal-kumpannija ta’ Aman Holding, jiġifieri fit‑<DATE ISO="20190528">28 ta’ Mejju 2019</DATE>. Barra minn hekk, skont iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ Aman Facilities, prodott mir-rikorrent, il-kumpannija ġiet stabbilita fit‑<DATE ISO="20190523">23 ta’<?PAGE NO="9"?> Mejju 2019</DATE>. Fl-aħħar nett, id-dikjarazzjoni ta’ Syria International Islamic Bank tikkonferma wkoll stabbiliment qabel it‑<DATE ISO="20200130">30 ta’ Jannar 2020</DATE>, peress li r-rimbors tas-self mogħti għat-twaqqif ta’ din il-kumpannija beda fl‑<DATE ISO="20191110">10 ta’ Novembru 2019</DATE>. Madankollu, din id-differenza fid-data ma hijiex ta’ natura li taffettwa l-legalità tal-atti ta’ żamma tal‑2020 għaliex, anki jekk jitqies li l-Kunsill ħa inkunsiderazzjoni data żbaljata, xorta jibqa’ l-fatt li r-rikorrent jirrikonoxxi li stabbilixxa din il-kumpannija qabel l-adozzjoni tal-imsemmija atti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>It-tieni, mill-artiklu li jirriżulta mis-sit internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Aliqtisadi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jirriżulta li Aman Facilities topera fis-settur tat-turiżmu u tipprovdi servizzi ta’ lukandi. Skont dan l-artiklu, l-oqsma ta’ attivitajiet tal-kumpannija huma s-sussegwenti: it-tmexxija ta’ lukandi, ta’ faċilitajiet privati u ta’ stabbilimenti ddedikati għat-turiżmu, għas-servizzi jew għall-amministrazzjoni u l-attivitajiet ta’ konsulenza fil-qasam tat-turiżmu u tas-servizzi. Ir-rikorrent isostni li Aman Facilities tipprovdi servizzi ta’ tindif u ta’ sterilizzazzjoni lil ċerti impriżi u faċilitajiet, fatt li jista’ jinkludi l-lukandi, iżda għall-kuntrarju huwa jikkontesta li din il-kumpannija topera jew tiżviluppa attivitajiet ta’ lukandi u turistiċi. Insostenn tal-argument tiegħu, huwa jipproduċi żewġ kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi li l-għan tagħhom jikkonferma li Aman Facilities tipprovdi servizzi ta’ tindif u ta’ sterilizzazzjoni f’lukanda. Ir-rikorrent jipproduċi wkoll iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ Aman Facilities, tat‑<DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, li madankollu jikkonferma d-deskrizzjoni tal-għan ta’ Aman Facilities kif riprodott fl-artiklu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Aliqtisadi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Għaldaqstant, iż-żewġ kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi u ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ Aman Facilities ma jikkontestawx il-lista tal-oqsma ta’ attivitajiet iċċitati fl-artiklu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Aliqtisadi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u, għaldaqstant, ir-rilevanza tal-imsemmi artiklu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>It-tielet, fir-rigward tal-parti tar-raġunijiet tal‑2020 li tindika li r-rikorrent stabbilixxa l-kumpannija Aman Facilities ma’ S. Foz u f’isem dan tal-aħħar, għandu jiġi rrilevat li l-Kunsill ipproduċa biss artiklu wieħed intiż li jissostanzjaha, jiġifieri l-artiklu bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Bashar Assi, l-id il-leminija l-ġdida ta’ S. Foz għall-investimenti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li rriżulta mis-sit internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Eqtsad News<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li jsemmi r-rabtiet eżistenti bejn S. Foz u r-rikorrent. Skont dan l-artikolu, S. Foz juża isem ir-rikorrent sabiex jistabbilixxi kumpanniji ġodda. Huwa fil-kuntest ta’ din il-kollaborazzjoni li r-rikorrent kiseb l-awtorizzazzjoni tal-Ministeru għall-Kummerċ Intern u għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi Sirjan għat-twaqqif ta’ Aman Facilities.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, fuq dan il-punt, ir-rikorrent ippreżenta dikjarazzjoni ġuramentata, redatta minn persuna responsabbli tas-Syria International Islamic Bank u ddatata t‑<DATE ISO="20200813">13 ta’ Awwissu 2020</DATE>, li turi l-eżistenza ta’ self, ta’ ammont ta’ SYP 20 miljun (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">26000</FT>), mogħti lir-rikorrent kif ukoll l-iskeda tar-rimbors ta’ dan il-kreditu, b’dekorrenza mill‑<DATE ISO="20191110">10 ta’ Novembru 2019</DATE>. Skont ir-rikorrent, dan is-self bankarju serva sabiex tiġi ffinanzjata parti mill-istabbiliment ta’ Aman Facilities, filwaqt li l-parti l-oħra kienet iffinanzjata permezz ta’ fondi privati. F’dan ir-rigward, waqt is-seduta, il-Kunsill indika li ma setax jiġi eskluż li r-rikorrent kellu sorsi oħra ta’ finanzjament, permezz ta’ S. Foz jew bank ieħor, anki jekk huwa rrikonoxxa li ma kellu l-ebda prova sabiex jikkorrobora l-affermazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-rikorrent wera, mingħajr ma ġie kontradett b’mod utli mill-Kunsill, li huwa ħa self f’ismu personali sabiex iwaqqaf il-kumpannija Aman Facilities. Bl-istess mod, mill-artiklu li rriżulta mis-sit internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Eqtsad News<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jirriżulta li l-awtorizzazzjoni għall-istabbiliment tal-imsemmija kumpannija ngħatat lir-rikorrent mill-Ministeru għall-Kummerċ Intern u għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi Sirjan. Għall-kuntrarju, minn dan ma jirriżultax li Aman Facilities ġiet uffiċjalment stabbilita mir-rikorrent u minn S. Foz.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Ir-raba’, matul is-seduta, il-Kunsill invoka x-xebh eżistenti bejn l-ismijiet Aman Holding u Aman Facilities sabiex jenfasizza r-rabta eżistenti bejn S. Foz u r-rikorrent u b’hekk juri li, fir-realtà, Aman Facilities ġiet stabbilita f’isem S. Foz. Ir-rikorrent, min-naħa tiegħu, jiġġustifika din l-għażla bħala vantaġġ għal finijiet ta’ marketing, sabiex jikseb vantaġġ f’termini ta’ viżibbiltà u jiżviluppa l-attivitajiet tiegħu, billi jibbenefika mill-prestiġju ta’ Aman Holding.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-fatt li l-ismijiet ta’ dawn iż-żewġ kumpanniji għandhom komuni l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Aman<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> ma jistax jikkostitwixxi prova suffiċjenti fiha nfisha sabiex jiġi muri li Aman Facilities ġiet stabbilita ma’ u f’isem S. Foz. Bl-istess mod, anki jekk ir-rikorrent indika li għażel l-isem Aman Facilities sabiex jikseb vantaġġ mir-reputazzjoni ta’ Aman Holding, minn ebda prova inkluża fid-Dokument WK 3599/2020 REV 1 ma jirriżulta li Aman Facilities ġiet imsemmija hekk minħabba r-rabta tagħha ma’ Aman Holding u lanqas li S. Foz approva tali inizjattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Il-ħames, ebda prova inkluża fid-Dokument WK 3599/2020 REV 1 ma turi li l-attività ta’ Aman Facilities tibbenefika lil S. Foz, jew saħansitra lil Aman Holding.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, is-sitt, anki jekk mill-proċess jirriżulta li S. Foz huwa l-proprjetarju ta’ Aman Holding, għandu jiġi osservat li r-raġunijiet għal inklużjoni tal-atti ta’ żamma tal‑2020 jirrigwardaw ir-rabta eżistenti bejn Aman Facilities u S. Foz u ma jsemmux ir-rabta bejn Aman Holding u Aman Facilities.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, għalkemm ir-rikorrent jammetti li stabbilixxa lil Aman Facilities, ma huwiex possibbli li jiġi affermat li huwa aġixxa f’isem S. Foz meta stabbilixxa l-imsemmija kumpannija. Mill-ġurisprudenza jirriżulta li, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Kunsill jissodisfa l-oneru tal-prova impost fuqu jekk huwa jipproduċi quddiem il-qorti tal-Unjoni sensiela ta’ indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti li jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti bejn il-persuna suġġetta għal miżura ta’ ffriżar tal-fondi tagħha u r-reġim li kontrih tkun qiegħda tittieħed azzjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150421">21 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Anbouba vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:248">EU:C:2015:248</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan is-sens, l-unika prova prodotta mill-Kunsill intiża li turi l-fondatezza tar-raġuni l-ġdida għal inklużjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti li jirriżultaw minn din il-ġurisprudenza, fid-dawl b’mod partikolari tal-produzzjoni mir-rikorrent ta’ provi u ta’ argumenti kuntrarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni dwar l‑istatus ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l‑attivitajiet tiegħu fis‑Sirja tar‑rikorrent</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Kunsill ipproduċa sensiela ta’ indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti li jippermettu li jiġi stabbilit li r-rikorrent kien is-sieħeb fundatur ta’ Fly Aman u kien waqqaf il-kumpannija Aman Facilities. Għall-kuntrarju, huwa ma pproduċiex prova tar-rwol preponderanti li r-rikorrent kellu f’Aman Holding, hekk kif jirriżulta mill-punti 139 u 140 iktar ’il fuq. Bl-istess mod, il-Kunsill ma jipproduċix il-prova li Aman Facilities twaqqfet ma’ u f’isem S. Foz. Fl-aħħar nett, il-Kunsill ibbaża ruħu, b’mod żbaljat, fuq l-istatus ta’ President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq sa Mejju 2019 tar-rikorrent u fuq il-parteċipazzjoni tiegħu f’dan ir-rigward fil-proġett Marota City.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, għandu jiġi kkonstatat li, hekk kif jirriżulta mill-artiklu tas-sit internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Eqtsad News<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, Fly Aman għadha ma ġietx stabbilita. Ir-rikorrent sostna wkoll, mingħajr ma ġie kkontestat mill-Kunsill fuq dan il-punt, li Fly Aman ma kinitx operattiva. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrent jikkonferma li stabbilixxa l-kumpannija Aman Facilities. Madankollu, t-twaqqif ta’ Aman Facilities, li l-għan soċjali tagħha huwa deskritt fil-punt 143 iktar’ il fuq, ma huwiex element suffiċjenti sabiex fuqu jiġi bbażat, waħdu, l-istatus ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l‑attivitajiet tiegħu fis‑Sirja. Barra minn hekk, ir-rikorrent ippreċiża waqt is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, li din il-kumpannija kienet timpjega numru żgħir ħafna ta’ impjegati, mhux iktar minn ħamsa, fatt li l-Kunsill ma kkontestax. F’tali ċirkustanzi, il-Kunsill ma jistax jitqies li wera, b’mod suffiċjenti, l-istatus ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l‑attivitajiet tiegħu fis‑Sirja tar-rikorrent fil-mument tal-adozzjoni tal-atti ta’ żamma tal‑2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, l-ewwel raġuni għal inklużjoni ma hijiex suffiċjentement issostanzjata; għaldaqstant, huwa neċessarju li tiġi eżaminata t-tieni raġuni għal inklużjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑assoċjazzjoni mar‑reġim Sirjan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, hekk kif jirriżulta mill-atti ta’ żamma tal‑2020, it-tieni raġuni għal inklużjoni tirrigwarda l-appoġġ lir-reġim Sirjan u l-vantaġġ li r-rikorrent jikseb mill-imsemmi reġim minħabba l-attivitajiet kummerċjali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġu identifikati l-attivitajiet kummerċjali kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-attivitajiet kummerċjali li għalihom ir-rikorrent huwa meqjus, mill-Kunsill, bħala li jappoġġja lir-reġim Sirjan u bħala li jikseb vantaġġ minnu huma l-istess bħal dawk li wassluh iqisu bħala negozjant prominenti li jeżerċita l‑attivitajiet tiegħu fis‑Sirja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma jistax jiġi eskluż li, għal persuna speċifika, ir-raġunijiet għal inklużjoni jikkoinċidu sa ċertu punt, fis-sens li persuna tista’ tiġi kklassifikata bħala negozjanta prominenti li teżerċita l-attivitajiet tagħha fis-Sirja u titqies bħala li tibbenefika, fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha, mir-reġim Sirjan jew bħala li tappoġġjah permezz ta’ dawn l-istess attivitajiet. Dan jirriżulta preċiżament mill-fatt li, hekk kif huwa stabbilit fil-premessa 6 tad-Deċiżjoni 2015/1836, ir-rabtiet mill-qrib mar-reġim Sirjan u l-appoġġ lilu mogħti minn din il-kategorija ta’ persuni huma waħda mir-raġunijiet li għalihom il-Kunsill iddeċieda li joħloq din il-kategorija. Xorta waħda jibqa’ l-fatt li dawn huma, anki f’dan il-każ, kriterji differenti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200923">23 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Kaddour vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑510/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:436">EU:T:2020:436</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel, mill-konklużjonijiet misluta fil-punti 130 u 135 iktar ’il fuq għandu jiġi dedott li, peress li r-rikorrent ma kienx President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq fid-data tal-adozzjoni tal-atti ta’ żamma tal‑2020, huwa ma jistax jitqies bħala li jibbenefika mir-reġim Sirjan f’dan ir-rigward, u lanqas li jappoġġjah minħabba l-parteċipazzjoni tiegħu fil-proġett Marota City.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>It-tieni, ġie stabbilit, fil-punt 121 iktar ’il fuq, li r-rikorrent huwa s-sieħeb fundatur ta’ Fly Aman. Madankollu, ir-rikorrent jallega li Fly Aman ma hijiex operattiva. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li mill-artiklu li jirriżulta mis-sit internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Eqtsad News<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jirriżulta li Fly Aman għadha ma ġietx stabbilita. Ebda prova inkluża fid-Dokumenti WK 50/2019 INIT u WK 3599/2020 REV 1 ma turi li r-rikorrent jibbenefika, fil-kwalità tiegħu ta’ sieħeb fundatur tal-imsemmija kumpannija, mir-reġim Sirjan u lanqas li jappoġġjah. Ċertament, skont is-sit<?PAGE NO="12"?> internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>7al.net<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-Sirja, is-settur tal-avjazzjoni ċivili jbati minn diffikultajiet kbar fid-dawl tal-operazzjonijiet militari li jsiru hemmhekk u li għandhom bħala konsegwenza l-waqfien tat-traffiku turistiku u tas-servizzi fi ħdan ċerti ajruporti. Madankollu, il-Kunsill ma invokax din il-kunsiderazzjoni fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu sabiex jiġġustifika eventwali rabta bejn it-twaqqif tal-kumpannija u r-reġim Sirjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>It-tielet, għalkemm mill-punt 139 iktar ’il fuq jirriżulta li r-rikorrent għandu rabtiet ma’ Aman Holding, minn ebda waħda mill-provi inklużi fid-Dokumenti WK 50/2019 INIT u WK 3599/2020 REV 1 ma jirriżulta li r-rikorrent jibbenefika, f’din il-kwalità, mir-reġim Sirjan u lanqas li jappoġġjah. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent sostna li huwa ma kienx jissupervizza iktar proġetti fi ħdan Aman Holding. B’mod partikolari, huwa pproduċa l-prova li huwa kien ġie ssostitwit fil-kuntest tal-funzjoni tiegħu ta’ mandatarju ta’ Aman Holding u ta’ President elett fil-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq. Huwa ġġustifika li żamm b’mod temporanju status ta’ impjegat, fl-istennija li jsib sors ieħor ta’ dħul. Barra minn hekk, l-appoġġ u l-benefiċċju li r-rikorrent jirċievi mill-persuna li kienet timpjegah ma jikkostitwixxux prova diretta li turi li huwa jappoġġja jew jibbenefika mir-reġim Sirjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0180"><NO.P>180</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-raba’, fir-rigward ta’ Aman Facilities, għalkemm mill-punt 146 iktar ’il fuq jirriżulta li r-rikorrent kiseb awtorizzazzjoni mill-Ministeru għall-Kummerċ Intern u għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi Sirjan għat-twaqqif tagħha, is-sempliċi fatt li titwaqqaf kumpannija, li timpjega numru limitat ta’ impjegati, ma jistax ikun suffiċjenti sabiex jitqies li r-rikorrent jikseb vantaġġ mir-reġim Sirjan u jappoġġjah. F’dan ir-rigward, is-sit internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Eqtsad News<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jirreferi għar-rabtiet eżistenti bejn ir-rikorrent u S. Foz, inkwantu dan tal-aħħar juża isem ir-rikorrent sabiex jistabbilixxi kumpanniji ġodda, fosthom Aman Facilities. Madankollu, dan l-element ma huwiex ikkorroborat minn provi oħra inklużi fid-Dokument WK 3599/2020 REV 1. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li ebda element tad-Dokument WK 3599/2020 REV 1 ma jippermetti li jiġi konkluż li r-rikorrent jappoġġja, preċiżament, lir-reġim Sirjan permezz ta’ Aman Facilities.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0181"><NO.P>181</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li t-tieni raġuni għall-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni minħabba l-assoċjazzjoni tiegħu mar-reġim Sirjan ma hijiex suffiċjentement issostanzjata, b’mod li ż-żamma ta’ isem ir-rikorrent ma hijiex fondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, l-ewwel motiv tar-rikors għandu jiġi milqugħ u, għaldaqstant, dawn għandhom jiġu annullati, inkwantu dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati r-raba’, it-tieni u t-tielet motiv imressqa insostenn tar-rikors fir-rigward ta’ dawn l-atti.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir‑Raba’ Awla)</P><?PAGE NO="13"?><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat‑<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat‑<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati inkwantu dawn jikkonċernaw lil Bashar Assi.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, nofs dawk ta’ B. Assi.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">B. Assi għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gervasoni</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Madise</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Martín y Pérez de Nanclares</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl‑<DATE ISO="20211124">24 ta’ Novembru 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>