|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/348 |
18.2.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/348
tat-18 ta’ Frar 2025
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2) huma identifikati l-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 jġib fis-seħħ id-Deċiżjoni 2011/101/PESK sa dak il-livell li fih hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Fit-18 ta’ Frar 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/335 (3) li tneħħi l-aħħar entità mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
(1) ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/314/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/101(1)/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/335 tat-18 ta’ Frar 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (ĠU L, 2025/335, 18.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/335/oj).
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004, Taqsima II, titneħħa l-entrata li ġejja:
|
“Zimbabwe Defence Industries |
10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Harare, Zimbabwe |
Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/348/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)