6.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1651

tal-31 ta' Ottubru 2018

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2018

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u t-territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta sal-10 ta' Ottubru 2018 li tispeċifika: (a) l-ammont tat-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2018 u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2018, f'każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.

(2)

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti taħt l-istrumenti ġestiti minnu.

(3)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) preċedenti. Għalhekk, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont il-11-il FEŻ għall-fondi imsejħa mill-Kummissjoni.

(4)

Fid-9 ta' Lulju 2018, il-Kunsill adotta d- Deċiżjoni (UE) 2018/965 (3) li tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2018 għal EUR 4 250 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 250 000 000 għall-BEI.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill- BEI bħala t-tielet ħlas parzjali għall-2018 huma previsti fit-tabella li tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)   ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(2)   ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/965 tas-6 ta' Lulju 2018 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni pagament parzjali u ammont annwali rivedut għall-2018 (ĠU L 172, 9.7.2018, p. 4).


ANNESS

STATI MEMBRI

Skema tal-10 FEŻ %

Skema tal-11-il FEŻ %

It-tielet ħlas parzjali tal-2018 (EUR)

Total

Il-Kummissjoni

Il-BEI

Il-11-il FEŻ

L-10 FEŻ

IL-BELĠJU

3,53

3,24927

29 243 430,00

0,00

29 243 430,00

IL-BULGARIJA

0,14

0,21853

1 966 770,00

0,00

1 966 770,00

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

0,51

0,79745

7 177 050,00

0,00

7 177 050,00

ID-DANIMARKA

2,00

1,98045

17 824 050,00

0,00

17 824 050,00

IL-ĠERMANJA

20,50

20,57980

185 218 200,00

0,00

185 218 200,00

L-ESTONJA

0,05

0,08635

777 150,00

0,00

777 150,00

L-IRLANDA

0,91

0,94006

8 460 540,00

0,00

8 460 540,00

IL-GREĊJA

1,47

1,50735

13 566 150,00

0,00

13 566 150,00

SPANJA

7,85

7,93248

71 392 320,00

0,00

71 392 320,00

FRANZA

19,55

17,81269

160 314 210,00

0,00

160 314 210,00

IL-KROAZJA

0,00

0,22518

2 026 620,00

0,00

2 026 620,00

L-ITALJA

12,86

12,53009

112 770 810,00

0,00

112 770 810,00

ĊIPRU

0,09

0,11162

1 004 580,00

0,00

1 004 580,00

IL-LATVJA

0,07

0,11612

1 045 080,00

0,00

1 045 080,00

IL-LITWANJA

0,12

0,18077

1 626 930,00

0,00

1 626 930,00

IL-LUSSEMBURGU

0,27

0,25509

2 295 810,00

0,00

2 295 810,00

L-UNGERIJA

0,55

0,61456

5 531 040,00

0,00

5 531 040,00

MALTA

0,03

0,03801

342 090,00

0,00

342 090,00

IN-NETHERLANDS

4,85

4,77678

42 991 020,00

0,00

42 991 020,00

L-AWSTRIJA

2,41

2,39757

21 578 130,00

0,00

21 578 130,00

IL-POLONJA

1,30

2,00734

18 066 060,00

0,00

18 066 060,00

IL-PORTUGALL

1,15

1,19679

10 771 110,00

0,00

10 771 110,00

IR-RUMANIJA

0,37

0,71815

6 463 350,00

0,00

6 463 350,00

IS-SLOVENJA

0,18

0,22452

2 020 680,00

0,00

2 020 680,00

IS-SLOVAKKJA

0,21

0,37616

3 385 440,00

0,00

3 385 440,00

IL-FINLANDJA

1,47

1,50909

13 581 810,00

0,00

13 581 810,00

L-IŻVEZJA

2,74

2,93911

26 451 990,00

0,00

26 451 990,00

IR-RENJU UNIT

14,82

14,67862

132 107 580,00

0,00

132 107 580,00

TOTAL TAL-EU-28

100,00

100,00

900 000 000,00

0,00

900 000 000,00