Official Journal L 189 , 30/07/1996 P. 0099 - 0100
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1516/96 tad-29 Lulju 1996 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2771/75 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 8 (13) tiegħu, Billi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomeniklarura tat-tariffi u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1192/96 [4], fih in-nomenklatura magħquda li hi preżentament fis-seħħ; Billi numru tad-deskrizzjonijiet mogħtija fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 m’għadhomx aktar jikkorrispondu għan-nomeniklatura magħquda; billi l-Anness I għal dak ir-Regolament għandu għalhekk ikun emendat; billi, fl-interessi taċ-ċarezza, dawk l-emendi għandhom jiġu nkorporati f’L-Anness li jibdel l-Anness I; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kummitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 huwa mibdul bl-Anness t’hawnhekk. L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awissu 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Lulju 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49. [2] ĠU L 305, tad-19.12.1995, p. 49. [3] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [4] ĠU L 156, tad-29.6.1996, p. 15. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS I Kodiċi CN | Deskrizzjoni | ex 0403 10 51saex 0403 10 99ex 0403 90 71saex 0403 90 99 | Xorrox, baqta tal-ħalib u krema, jogurt, kepir u ħalib u krema oħra iffermentati jew aċidifikati, bit-tgħoma jew li jkun fihom żidea ta' kawkaw, seww jekk u anki jekk le, ikkonċentrati jew li jkun fihom żieda ta' zokkor jew materji oħrajn tal-ħlewwa | 1806 | Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn ta' l-ikel li fihom il-kawkaw | ex1901 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel ta' oġġetti ta' l-intestura Nri 0401 sa 0404, li jkun fihom anqas minn 5 % bil-piż ta' kawkaw ikkalkolati fuq il-bażi totalment mingħajr xaħmijiet, li ma humiex x'imkien ieħor speċifikati jew inklużi | 19021100 | Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew b'mod ieħor ippreparat li jkun fih il-bajd | ex1904 | Ikel ippreparat akwistat bit-tinfih jew l-inkaljar ta' ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju cornflakes). ċereali, apparti mili l-qamħ-ir-rum (korn), f'għamla ta' qmugħ jew fil-għamla ta' qxur jew qmugħ oħra maħduma (apparti milli tqiq u smida), imsajjar bil-lest jew b'mod ieħor ippreparat, li ma humiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor, li jkun fihom il-kawkaw | 1905 | Ħobs, għaġina, kejkijiet, biskuttini u prodotti oħrajn tal-furnara, seww jekk u anki jekk le, jkun fihom il-kawkaw; ostji tat-tqarbin, fosdqi vojta tat-tip tajbin għall-użi farmaċewtiku, ostji tas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili | 190520 | – Ħobs tal-ġinġer u simili | 190530 | – Biskuttini ħelwin, waffles u wafers | 190540 | – Biskuttelli, ħobs mixwi u prodotti oħrajn simili | 190550 | – Oħrajn, bl-eċċezzjoni ta' prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM 19059010 sa 19059030 | ex210500 | Ġelati u silġijiet oħrajn li jittieklu, li jkun fihom il-kawkaw | 2208 | Alkoħol etiliku mhux denaturizzat ta' qawwa alkoħolika bil-volum ta' anqas minn 80 % vol; spiriti, likuri u xorb ieħor spiritus: | 220870 | – Likuri | 3502 | Albumini (inklużi konċentrati ta' tnejn jew aktar proteini tax-xorrox, li jkun fihom bil-piż aktar minn 80 % ta' proteini tax-xorrox, ikkalkolati fuq il-materja xotta), albuminati u derivattivi oħrajn ta' l-albumina: | 35021190 | – – – Albumini xotti oħrajn tal-bajd | 35021990 | – – – Albumini oħrajn tal-bajd | --------------------------------------------------