<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-441/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0441</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>45</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>45</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20180417">17.4.2018</DATE> – Kawża C-441/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/43/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġa</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1) u (3)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12(1)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/147/KE</KEYWORD><KEYWORD>Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 4 u 5</KEYWORD><KEYWORD>Sit Natura 2000 <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Puszcza Białowieska<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Bidla fil-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti</KEYWORD><KEYWORD>Żieda fil-volum tal-injam esplojtabbli</KEYWORD><KEYWORD>Pjan jew proġett li ma humiex direttament meħtieġa għall-ġestjoni tas-sit u li jistgħu jaffettwaw lil dan is-sit b’mod sinjifikattiv</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni xierqa tal-effetti fuq is-sit</KEYWORD><KEYWORD>Ħsara għall-integrità tas-sit</KEYWORD><KEYWORD>Implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri ta’ konservazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Effetti fuq is-siti ta’ riproduzzjoni u fuq iż-żoni ta’ mistrieħ ta’ speċi protetti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑441/17,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fl-<DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn C. Hermes, H. Krämer, K. Herrmann u E. Kružíková, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja</HT>, irrappreżentata minn J. Szyszko, Ministru għall-Ambjent, kif ukoll minn B. Majczyna u D. Krawczyk, bħala aġenti, assistiti minn K. Tomaszewski, ekspert,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, M. Ilešič, L. Bay Larsen, T. von Danwitz, J. Malenovský u E. Levits, Presidenti ta’ Awla, A. Borg Barthet, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev, S. Rodin, F. Biltgen, K. Jürimäe, C. Lycourgos u E. Regan (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20171212">12 ta’ Diċembru 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20180220">20 ta’ Frar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="158" PAGE.FIRST="193" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 158, p. 193</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), billi adottat anness għall-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti tad-distrett forestali ta’ Białowieża mingħajr ma żgurat li dan l-anness ma kienx ser jippreġudika l-integrità tas-sit ta’ interess Komunitarju (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>SIK<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u taż-żona ta’ protezzjoni speċjali (iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ŻPS<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) PLC200004 Puszcza Białowieska (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>sit Natura 2000 Puszcza Białowieska<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>);</P></ITEM><ITEM><P>taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-habitats kif ukoll taħt l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="020" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 20, p. 7</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva 2013/17 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Direttiva dwar l-għasafar<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), billi naqset milli tistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jissodisfaw ir-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitats naturali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva dwar il-habitats u tal-ispeċi elenkati fl-Anness II ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-ispeċi tal-għasafar elenkati fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-għasafar u tal-ispeċi migratorji li ma humiex elenkati f’dan l-anness u li jpassu b’mod regolari, li fir-rigward tagħhom is-SIK u ż-ŻPS li jikkostitwixxu s-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska kienu ġew ikklassifikati bħala tali;</P></ITEM><ITEM><P>taħt l-Artikolu 12(1)(a) u (d) tad-Direttiva dwar il-habitats, billi naqset milli tiżgura protezzjoni stretta ta’ ħanfus saprossiliku, jiġifieri l-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT>, imsemmija fl-Anness IV ta’ din id-direttiva, jiġifieri billi ma pprojbixxietx il-qtil intenzjonat tagħhom jew it-tfixkil tagħhom u billi ma pprojbixxietx id-deterjorament jew il-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni tagħhom fid-distrett forestali ta’ Białowieża, u</P></ITEM><ITEM><P>taħt l-Artikolu 5(b) u (d) tad-Direttiva dwar l-għasafar, billi naqset milli tiżgura l-protezzjoni tal-ispeċi ta’ għasafar imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari l-kokka nana (<HT TYPE="ITALIC">Glaucidium passerinum</HT>), il-kokka ta’ Tengmalm (<HT TYPE="ITALIC">Aegolius funereus</HT>), it-tektiek is-siġar ta’ daru abjad (<HT TYPE="ITALIC">Dendrocopos leucotos</HT>) u t-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’ (<HT TYPE="ITALIC">Picoides tridactylus</HT>), jiġifieri billi naqset milli tiżgura li dawn l-ispeċi ma jkunux maqtula jew imfixkla matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni u ta’ dipendenza u li l-bejtiet u l-bajd tagħhom ma jkunux is-suġġett ta’ qerda, ħsara jew tneħħija intenzjonati fid-distrett forestali ta’ Białowieża.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-direttiva dwar il-habitats</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar il-habitats jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>konservazzjoni tfisser għadd ta’ miżuri meħtieġa biex jiġu mantnuti jew ripristinati l-habitat naturali u l-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa fi stat favorevoli kif imfisser f’(e) u (i);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>tipi ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali li huma ta’ interess għall-Komunità jfissru dawk li, fi ħdan it-territorju msemmi fl-Artikolu 2:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>huma fil-periklu li jgħibu mill-firxa naturali tagħhom;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>għandhom firxa naturali żgħira minħabba r-rigress tagħhom jew minħabba ż-żona intrinsikament ristretta tagħhom;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>[huma] eżempji attwali li jispikkaw tal-katatteristiċi tipiċi ta’ waħda jew aktar tad-disa reġjuni bijoġeografiċi li ġejjin: l-Alpin, l-Atlantiku, l-Baħar l-Iswed, il-Boreali, l-Kontinentali, l-Makaroneżjan, il-Mediterran, il-Pannoniku u l-Isteppiku.</TXT><P>Dawk it-tipi ta’ habitat naturali huma elenkati jew jistgħu jkunu elenkati fl-Anness I;</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>tipi ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali ta’ priorità tfisser tipi ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali li qegħdin fil-periklu li jgħibu għal kollox, li jinsabu fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2 u li l-Komunità għandha responsabbiltà partikolari għall-konservazzjoni tagħhom minħabba l-proporzjon tal-firxa naturali tagħhom li tinsab fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2; dawn it-tipi ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali ta’ priorità huma indikati b’asterisk (*) fl-Anness I;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-istat ta’ konservazzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali jfisser l-influwenzi kollha li jagħfsu fuq l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali u l-ispeċi tipiċi tiegħu li jistgħu jaffettwaw it-tqassim naturali tiegħu fit-tul, l-istruttura u l-funzjonijiet kif ukoll l-għajxien fit-tul ta’ l-ispeċi tipiċi tiegħu fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2.</TXT><P>L-istat ta’ konservazzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali jitqies <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> meta:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-medda naturali tiegħu u ż-żoni li jkopri f’dik il-medda huma stabbli jew qed jiżdiedu,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>l-istruttura speċifika u l-funzjonijiet [speċifiċi] li huma meħtieġa biex ikun mantenut fit-tul jeżistu u x’aktarx jibqgħu jeżistu fil-ġejjieni prevedibbli,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>l-istat ta’ konservazzjoni ta’ l-ispeċi tipiċi hu favorevoli kif imfisser f’(i);</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>l-ispeċi li huma ta’ interess għall-Komunità jfissru dawk l-ispeċi li, fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2, huma:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>fil-periklu […];</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>vulnerabbli, jiġifieri x’aktarx maħsuba li qed jersqu lejn il-kategorija fil-periklu fil-ġejjieni qrib jekk il-fatturi kawżattivi jibqgħu jaħdmu; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>rari, jiġifieri b’popolazzjonijiet żgħar li bħalissa mhumiex fil-periklu jew vulnerabbli, iżda li jinsabu f’riskju. L-ispeċi jinsabu f’żoni ġeografiċi ristretti jew huma mifruxa bil-ftit fuq medda aktar kbira;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(iv)</NO.P><TXT>endemiċi u jeħtieġu attenzjoni partikolari minħabba n-natura speċifika ta’ l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali tagħhom u/jew l-impatt qawwi ta’ l-isfruttament tagħhom fuq l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali tagħhom u/jew l-impatt potenzjali ta’ l-isfruttament tagħhom fuq l-istat ta’ konservazzjoni tagħhom.</TXT><P>Dawk l-ispeċi huma elenkati jew jistgħu jiġu elenkati fl-Anness II u/jew l-Anness IV jew V;</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>speċi ta’ priorità jfissru dawk l-ispeċi msemmija f’(g) (i) li l-Komunità għandha responsabbiltà għall-konservazzjoni tagħhom minħabba d-daqs tal-firxa naturali tagħhom li tinsab fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2; dawn l-ispeċi ta’ priorità huma indikati permezz ta’ asterisk (*) fl-Anness II;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>l-istat ta’ konservazzjoni ta’ speċi jfisser l-ammont miżjud ta’ influwenzi li jaġixxu fuq l-ispeċi konċernati u li jistgħu jaffettwaw it-tqassim fit-tul u l-abbundanza tal-popolazzjonijiet ta’ dik l-ispeċi fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2;</TXT><P>L-istat ta’ konservazzjoni jitqies <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> meta:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-informazzjoni fuq iċ-ċaqliq tal-popolazzjoni konċernata jindikaw li qed tieħu ħsieb tagħha nnifsha fit-tul bħala komponent vjabbli ta’ l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali tagħha,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>il-firxa naturali ta’ l-ispeċi la qiegħda titnaqqas u lanqas m’għandha xejra li titnaqqas fil-ġejjieni prevedibbli,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>hemm, u x’aktarx jibqa’ jkun hemm, <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali kbir biżżejjed biex iżomm il- popolazzjonijiet tagħha fit-tul;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>sit tfisser żona definita ġeografikament li dwarha hemm indikat b’mod ċar sa fejn twassal;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT>[SIK] tfisser sit li, fir-reġjun bioġeografiku jew reġjuni bioġeografiċi li jinsab fih, jgħin b’ mod sinifikanti fil-manteniment jew fir-ripristinar fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ tip ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali fl-Anness I jew ta’ speċi fl-Anness II u jista’ wkoll jgħin b’ mod sinifikanti għall-koerenza ta’ Natura 2000 imsemmija fl-Artikolu 3, u/jew jgħin b’ mod sinifikanti fil-ħarsien tad-diversità bioloġika fi ħdan ir-reġjun bioġeografiku jew reġjuni bioġeografiċi konċernati.</TXT><P>Għall-ispeċi ta’ l-annimali li jimirħu fuq żoni kbar, is-siti ta’ importanza għall-Komunità għandhom jaqblu mal-postijiet fil-medda naturali ta’ dawk l-ispeċi li joffru l-fatturi fiżiċi jew bioloġiċi essenzjali għall-għijxien u r-riproduzzjoni tagħhom;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(l)</NO.P><TXT>żona speċjali ta’ konservazzjoni tfisser [SIK] nnominat mill-Istati Membri permezz ta’ att statutorju, amministrattiv u/jew kuntrattwali li bih il-miżuri meħtieġa ta’ konservazzjoni huma applikati għall-manteniment jew għar-ripristinar, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-habitat naturali u/jew il-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi li għalihom is-sit ġie nominat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Direttiva jkun li tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-biodiversità permezz tal-konservazzjoni ta’ l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa fit-territorju Ewropew ta’ l-Istati Membri li jgħodd għalihom it-Trattat.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva jkunu ddisinjati biex iżommu jew jirripristinaw, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali u l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa li huma ta’ interess għall-Komunità.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar il-habitats jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Għandu jiġi stabbilit network ekoloġiku Ewropew koerenti ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni taħt l-isem ta’ Natura 2000. Dan in-network, magħmul minn siti li jħaddnu fihom it-tipi ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali elenkati fl-Anness I u l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness II, għandhom jippermettu li t-tipi ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali u l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali ta’ l-ispeċi konċernati jinżammu jew, fejn jixraq, jiġu ripristinati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom.</ALINEA><ALINEA>In-network Natura 2000 se jkun fiha ż-[ŻPS] klassifikati mill-Istati Membri skond id-Direttiva [tal-Kunsill] 79/409/KEE [tat-<DATE ISO="19790402">2 ta’ April 1979</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98)].<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar il-habitats jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III (Stadju 1) u l-informazzjoni xjentifika relevanti, kull Stat Membru għandu jipproponi lista ta’ siti li jindikaw liema tipi ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali fl-Anness I u liema speċi fl-Anness II li hemm fis-siti huma endemiċi għat-territorju tagħhom. Għall-ispeċi ta’ l-annimali li jimirħu fuq żoni kbar, dawn is-siti għandhom jaqblu mal-postijiet fil-medda naturali ta’ dawk l-ispeċi li joffru l-fatturi fiżiċi jew bioloġiċi essenzjali għal ħajjithom u għar-riproduzzjoni. Għall-ispeċi akwatiċi mifruxa fuq żoni kbar, dawk is-siti jiġu proposti biss fejn hemm żona li tista’ tkun identifikata b’mod ċar li tirrappreżenta l-fattura fiżiċi u bioloġiċi essenzjali għall-għixien u r-riproduzzjoni tagħhom. Fejn jixraq, l-Istati Membri għandhom jipproponu l-adattament tal-lista in vista tar-riżultati tas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 11.</ALINEA><ALINEA>Il-lista għandha tkun mgħoddija lill-Kummissjoni, fi żmien tliet snin min-notifika ta’ din id-Direttiva, flimkien ma’ informazzjoni dwar kull sit. Dik l-informazzjoni jrid ikun fiha mappa tas-sit, isimha, il-post, id-daqs u l-fatti magħrufa li jirriżultaw mill-applikar tal-kriterji speċifikati fl-Anness III (Stadju 1) mogħtija f’għamla stabbilita mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III (Stadju 2) u fl-istruttura kemm ta’ kull wieħed mill-disa’ reġjuni bioġeografiċi msemmija fl-Artikolu 1(ċ) (iii) kif ukoll dik tat-territorju kollu msemmi fl-Artikolu 2(1), il-Kummissjoni trid tistabilixxi, bi ftehim ma’ kull Stat Membru, lista preliminari tas-[SIK] msawra mil-listi ta’ l-Istati Membri li tidentifika dawk li jospitaw waħda jew aktar mit-tipi ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali ta’ priorità jew l-ispeċi ta’ priorità.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Il-lista tas-siti magħżula bħala [SIK], li tidentifika dawk li jilqgħu fihom waħda jew aktar mit-tipi ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali ta’ priorità jew l-ispeċi ta’ priorità, għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ladarba [SIK] jkun adottat skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istat Membru konċernat irid jinnomina dak is-sit bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni kemm jista’ jkun malajr u f’mhux aktar minn sitt snin żmien, u jistabilixxi prioritajiet skond l-importanza tas-siti għaż-żamma jew<?PAGE NO="6"?> ir-ripristinar, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, ta’ tip ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali fl-Anness I jew speċi fl-Anness II u għall-koerenza ta’ Natura 2000, u fl-isfond tat-theddid ta’ degradazzjoni jew qerda li jkunu esposti għaliha dawk is-siti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Hekk kif sit jitniżżel fil-lista msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 dan ikun suġġett għall-Artikolu 6(2), (3) u (4).<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għal żoni speċjali ta’ konservazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jinkludu, jekk hemm bżonn, pjanijiet ta’ tmexxija xierqa disinjati speċifikament għas-siti jew imdaħħla fil-pjanijiet ta’ żvilupp l-oħra, u miżuri xierqa statutorji, amminstrattivi jew kuntrattwali li jaqblu mal-ħtiġiet ekoloġiċi tat-tipi ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali fl-Anness I u l-ispeċi fl-Anness II li hemm fis-siti.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, minkejja li jkun hemm evalwazzjoni negattiva ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, pjan jew proġett irid isir xorta waħda għal raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi ma’ l-interess pubbliku, inklużi dawk ta’ tip soċjali jew ekonomiku, l-Istat Membru irid jieħu l-miżuri kollha kumpensatorji meħtieġa biex jiżgura li tkun protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000. Hu jrid jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kumpensatorji adottati.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 6(2), (3) u (4) ta’ din id-Direttiva għandhom jissostitwixxu kull obbligu li joħroġ mill-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva [79/409] dwar iż-żoni klassifikati skond l-Artikolu 4(1) jew meqjusa bl-istess mod skond l-Artikolu 4(2) tiegħu, mid-data ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jew mid-data tal-klassifikazzjoni jew għarfien minn Stat Membru skond id-Direttiva [79/409], meta d-data ta’ l-aħħar tiġi aktar tard.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva dwar il-habitats jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu sistema ta’ ħarsien strett ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali msemmija fl-Anness IV (a) fil-firxa naturali tagħhom, u li jipprojbixxu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-forom kollha ta’ qbid volontarju jew qtil ta’ kampjuni minn dawn l-ispeċi fis-selvaġġ;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>deterjorazzjoni jew qerda ta’ siti tat-tgħammir jew postijiet ta’ mistrieħ.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Anness I tad-Direttiva dwar il-habitats, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Tipi ta’ habitat naturali ta’ interess Komunitarju li l-konservazzjoni tagħhom titlob li jiġu ddikjarati żoni speċjali ta’ konservazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jinkludi, fil-punt 9 dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[v]eġetazzjoni tal-bosk (sub)naturali li tinkludi speċi indiġeni li jifformaw foresti b’siġar għoljin b’saff taħtani tipiku, skont il-kriterji li ġejjin: rari jew residwi, u/jew li jgħammru fih speċi ta’ interess Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, u taħt it-titolu 91, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[f]oresti tal-Ewropea Temperata<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, il-foresti tar-ruvlu-karpin subkontinentali (foresti tar-ruvlu-karpin tal-<HT TYPE="ITALIC">Galio-Carpinetum</HT>) (bil-kodiċi Natura 2000 9170) kif ukoll il-boskijiet tal-bog (bil-kodiċi Natura 2000 91D0) u l-foresti alluvjali b’siġar tal-alnu, tal-fraxxnu, taż-żafżafa u tal-luq (foresti alluvjali b’<HT TYPE="ITALIC">Alnus glutinosa u</HT> <HT TYPE="ITALIC">Fraximus excelsior</HT> (<HT TYPE="ITALIC">Alno-Padion, Alnion incanae, Salicion albae</HT>)) (bil-kodiċi Natura 2000 91E0), fejn dawn l-aħħar żewġ foresti huma indikati b’mod speċjali bħala tipi ta’ habitats naturali prijoritarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Anness II ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Speċi ta’ annimali u ta’ pjanti ta’ interess Komunitarju li l-konservazzjoni tagħhom titlob li jiġu ddikjarati żoni speċjali ta’ konservazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, isemmi, fil-punt (a), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Annimali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, b’mod partikolari l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Invertebrati<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li jinkludu, fil-lista tal-ispeċi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Artropodi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, il-ħanfus, fosthom il-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, l-<HT TYPE="ITALIC">Osmoderma eremita</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT>, bl-indikazzjoni li dawn l-aħħar żewġ speċi huma speċi prijoritarji, kif ukoll il-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT> u r-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Anness IV tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Speċi ta’ annimali u pjanti ta’ interess Komunitarju fi bżonn ta’ protezzjoni stretta<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jinkludi wkoll, fil-punt (a), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Annimali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, b’mod partikolari l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Invertebrati<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li fosthom jinsabu, fil-lista tal-ispeċi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Artropodi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, il-ħanfus imsemmi fil-punt preċedenti bl-eċċezzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT> u tar-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva dwar l-għasafar</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar l-għasafar jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva hija dwar il-konservazzjoni tal-ispeċi kollha tal-għasafar li jinsabu fin-natura fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat. Din tkopri l-protezzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll ta’ dawn l-ispeċi u tippreskrivi regoli għall-isfruttar tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-għasafar, il-bajd, il-bejtiet u l-ambjent naturali tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-ispeċi msemmija fl-Anness I għandhom ikunu s-suġġetti ta’ miżuri speċjali ta’ konservazzjoni li jikkonċernaw l-ambjent naturali tagħhom bil-għan li tkun assigurata s-sopravvivenza u r-riproduzzjoni tagħhom fiż-żona tad-distribuzzjoni tagħhom.</ALINEA><ALINEA><P>F’konnessjoni ma’ dan, għandu jittieħed kont tal-:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ispeċi fil-perikolu tal-estinzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ispeċi vulnerabbli għal ċertu tibdil fl-ambjent naturali tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ispeċi kkunsidrati rari minħabba popolazzjonijiet żgħar jew distribuzzjoni lokali ristretta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>ispeċi oħra li jkollhom bżonn attenzjoni partikolari għar-raġunijiet tan-natura speċifika tal-ambjent naturali tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Id-drawwiet u l-varjazzjonijiet fil-livelli tal-populazzjoni għandhom ikunu meħuda in konsiderazzjoni bħala sfond għal evalwazzjonijiet.</ALINEA><?PAGE NO="8"?><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw l-aktar territorji tajbin fin-numru u daqs, partikolarment bħala [ŻPS] għall-konservazzjoni ta’ dawn l-ispeċi fiż-żona ġeografika tal-baħar u tal-art fejn tapplika din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri simili għall-ispeċi migratorji regolari mhux elenkati fl-Anness I, billi jżommu f’moħħhom il-bżonn tagħhom għal protezzjoni fiż-żona ġeografika tal-baħar u tal-art fejn tapplika din id-Direttiva, rigward iż-żoni ta’ tgħammir, tbiddil u żoni fejn iqattgħu x-xitwa u postijiet ta’ waqfien tul ir-rotot migratorji tagħhom. […]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward taż-żoni ta’ protezzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jevitaw tniġġis jew deterjorazzjoni tal-ambjent naturali u kwalunkwe tfixkil li jaffettwa l-għasafar, sakemm dawn jistgħu ikunu sinifikanti fil-kuntest tal-għanijiet ta’ dan l-Artikolu. […]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7 u 9, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu sistema ġenerali ta’ protezzjoni għall-ispeċi kollha tal-għasafar imsemmija fl-Artikolu 1, li tipprojbixxi partikolarment:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-qerda, jew il-ħsara intenzjonata lill-bejtiet u l-bajd tagħhom jew it-tneħħija tal-bejtiet tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>it-tfixkil intenzjonat ta’ dawn l-għasafar partikolarment waqt il-perjodu tat-tgħammir u tkabbir, sakemm dan it-tfixkil jista jkun sinifikanti fil-kuntest tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fost id-diversi speċi msemmija fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-għasafar jinsabu l-kuċċarda (<HT TYPE="ITALIC">Pernis apivorus</HT>), il-kokka nana (<HT TYPE="ITALIC">Glaucidium passerinum</HT>), il-kokka ta’ Tengmalm (<HT TYPE="ITALIC">Aegolius funereus</HT>), it-tektiek is-siġar ta’ daru abjad (<HT TYPE="ITALIC">Dendrocopos leucotos</HT>), it-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’ (<HT TYPE="ITALIC">Picoides tridactylus</HT>), iż-żanżarell ta’ sidru aħmar (<HT TYPE="ITALIC">Ficedula parva</HT>) u ż-żanżarell tal-kullar (<HT TYPE="ITALIC">Ficedula albicollis</HT>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni 2008/25/KE tagħha tat-<DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE> li tadotta, skond id-Direttiva dwar il-habitats, l-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Kontinentali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="012" PAGE.FIRST="383" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 12, p. 383</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni approvat, fuq il-bażi tal-proposti tal-Istati Membri, il-klassifikazzjoni tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, konformement mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar il-habitats, bħala SIK, minħabba l-preżenza ta’ habitats naturali u ta’ habitats ta’ ċerti speċi ta’ annimali, liema sit kellu sussegwentement jiġi kklassifikat mill-Istat Membru kkonċernat bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni, skont l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva. Dan is-sit, li kien inħoloq sabiex jiġu protetti għaxar tipi ta’ habitats naturali u 55 speċi ta’ pjanti jew ta’ annimali, jikkostitwixxi wkoll ŻPS, ikklassifikat bħala tali konformement mal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva dwar l-għasafar. Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar il-habitats, is-sit imsemmi, bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni u bħala ŻPS, jagħmel parti min-netwerk Natura 2000.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska huwa wieħed mill-iktar foresti naturali kkonservati tajjeb fl-Ewropa, u huwa kkaratterizzat minn kwantitajiet kbar ta’ injam mejjet u ta’ siġar antiki, b’mod partikolari siġar li għandhom mitt sena jew iktar. Fit-territorju tiegħu dan is-sit jinkludi habitats naturali fi stat ta’ konservazzjoni tajjeb ħafna li huma ddefiniti bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>prijoritarji<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Anness I tad-Direttiva dwar il-habitats, bħalma huma l-habitats 91D0 (boskijiet tal-bog) u 91E0 (foresti alluvjali b’siġar tal-alnu, tal-fraxxnu, taż-żafżafa u tal-luq), kif ukoll habitats ta’ importanza Komunitarja, fosthom il-habitat 9170 (foresti tar-ruvlu-karpin subkontinentali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li, fid-dawl tal-kwantità kbira ta’ injam mejjet, fit-territorju tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska jinsabu wkoll diversi speċi ta’ ħanfus saprossiliku msemmija fl-Anness II tad-Direttiva dwar il-habitats, b’mod partikolari l-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT> u r-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT>, kif ukoll dawk elenkati wkoll fil-punt (a) tal-Anness IV ta’ din id-direttiva bħala speċi li jeħtieġu protezzjoni stretta, bħalma huma l-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT>. Huma preżenti wkoll, b’mod partikolari, speċi ta’ għasafar imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-għasafar, li l-habitat tagħhom huwa kkostitwit mis-siġar tal-prinjol mejta jew moribondi, inklużi dawk ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol (<HT TYPE="ITALIC">Ips typographus</HT>), bħalma huma l-kuċċarda, il-kokka nana, il-kokka ta’ Tengmalm, it-tektiek is-siġar ta’ daru abjad, it-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’, iż-żanżarell ta’ sidru aħmar u ż-żanżarell tal-kullar, filwaqt li t-tudun tas-siġar (<HT TYPE="ITALIC">Colomba oenas</HT>) huwa, min-naħa tiegħu, speċi migratorja li taqa’ taħt il-protezzjoni prevista fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar l-għasafar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-valur naturali tagħha, il-Puszcza Białowieska (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>foresta ta’ Białowieża<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>) hija inkluża wkoll fil-lista tal-patrimonju mondjali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (Unesco).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, li jkopri żona ta’ <FT TYPE="NUMBER">63147</FT> ettaru, jaqa’ taħt l-awtorità ta’ żewġ entitajiet differenti. Waħda minnhom hija responsabbli għall-ġestjoni tal-park nazzjonali ta’ Białowieża (Białowieski Park Narodowy, il-Polonja), jiġifieri territorju li jirrappreżenta madwar 17 % tas-superfiċi ta’ dan is-sit, jew 10 517-il ettaru. L-awtorità l-oħra, il-Lasy Państwowet (l-Uffiċċju tal-Foresti Pubbliċi, il-Polonja), tamministra territorju ta’ 52 646.88 ettari, maqsum fi tliet distretti forestali, jiġifieri Białowieża (12 586.48 ettari), Browsk (20 419.78 ettari) u Hajnówka (19 640.62 ettari). B’hekk, id-distrett ta’ Białowieża jirrappreżenta madwar 20 % tas-superfiċi tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, jiġifieri superfiċi kważi ekwivalenti għal dik tal-park nazzjonali, u jikkorrispondi għal madwar 24 % tas-superfiċi tat-tliet distretti forestali flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120517">17 ta’ Mejju 2012</DATE>, il-Minister Środowiska (il-Ministru għall-Ambjent, il-Polonja) ħareġ rakkomandazzjoni dwar l-esklużjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni fi ħdan il-popolazzjonijiet forestali ta’ iktar minn mitt sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il-Ministru għall-Ambjent adotta, bħala reazzjoni għal investigazzjoni qabel il-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fil-kuntest tal-mekkaniżmu EU Pilot (fajl EU Pilot 2210/11/ENVI) miftuħa mill-Kummissjoni f’Ġunju 2011, il-Plan urządzenia las (il-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Foresti) dwar il-perijodu 2012-2021 fir-rigward tat-tliet distretti forestali ta’ Białowieża, ta’ Browsk u ta’ Hajnówka (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>PĠF tal-2012<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>), flimkien ma’ numru ta’ previżjonijiet fir-rigward tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-PĠF tal-2012 naqqas il-volum ta’ estrazzjoni ta’ injam awtorizzat għal dawn id-distretti forestali għal madwar <FT TYPE="NUMBER">470000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> f’għaxar snin, fi proporzjon kunsiderevoli meta mqabbel mal-volum ta’ <FT TYPE="NUMBER">1500000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> ta’ injam estratt bejn is-snin 2003 u 2012. Fir-rigward tad-distrett forestali ta’ Białowieża, dan il-limitu kien iffissat għal volum ta’ <FT TYPE="NUMBER">63471</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, huwa paċifiku li, minħabba l-estrazzjoni massiva ta’ injam bejn is-snin 2012 u 2015, il-volum massimu awtorizzat fil-PĠF tal-2012 fuq perijodu ta’ għaxar snin intlaħaq fid-distrett forestali ta’ Białowieża fi kważi erba’ snin. Fl-istess ħin, l-Uffiċċju tal-Foresti ta’ Białystok ikkonstata, matul dan il-perijodu, firxa ikbar tal-ħanfus tal-prinjol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20151106">6 ta’ Novembru 2015</DATE>, ir-Regionalny Dyrektor Ochrony Środowiska w Białymstoku (id-Direttur Reġjonali għall-Protezzjoni tal-Ambjent ta’ Białystok, il-Polonja) adotta il-Plan zadań ochronnych (il-Pjan ta’ Ġestjoni, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>PZO tal-2015<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>) li jiffissa l-għanijiet ta’ konservazzjoni u li jistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni dwar is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska fir-rigward tat-territorju tat-tliet distretti forestali ta’ Białowieża, ta’ Browsk u ta’ Hajnówka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Anness 3 tal-PZO tal-2015 jidentifika, skont il-habitats naturali li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva dwar il-habitats kif ukoll il-habitats tal-ispeċi ta’ annimali li jinsabu fl-Anness II ta’ din id-direttiva u tal-ispeċi ta’ għasafar imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-għasafar, il-prattiki ta’ ġestjoni forestali li jikkostitwixxu perikoli potenzjali għaż-żamma ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-habitats fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Anness 5 tal-PZO tal-2015 jistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni maħsuba sabiex jiġu evitati l-perikoli potenzjali identifikati fl-Anness 3 ta’ dan il-pjan fir-rigward tal-habitats u tal-ispeċi protetti li jinsabu fit-tliet distretti forestali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160325">25 ta’ Marzu 2016</DATE>, il-Ministru għall-Ambjent approva, fuq talba tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Foresti Pubbliċi, anness għall-PĠF tal-2012 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Anness tal-2016<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>) intiż li jemenda l-PĠF tal-2012 bil-għan li, fid-distrett forestali ta’ Białowieża, il-volum ta’ esplojtazzjoni tal-prodotti forestali prinċipali, li jirriżultaw minn qtugħ preċedenti għat-twaqqigħ u minn qtugħ mit-twaqqigħ, jiżdied minn <FT TYPE="NUMBER">63471</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> għal <FT TYPE="NUMBER">188000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT>, kif ukoll li s-superfiċi prevista għaż-żrigħ ta’ siġar u għar-riforestazzjoni jiżdied minn 12.77 ettari għal 28.63 ettari, għall-perijodu 2012-2021.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Din it-talba kienet immotivata fuq il-bażi tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>materjalizzazzjoni ta’ danni gravi fi ħdan il-popolazzjonijiet forestali minħabba l-firxa kostanti tal-ħanfus tal-prinjol, firxa li wasslet (matul il-perijodu tal-implimentazzjoni tal-PĠF tal-2012) sabiex ikun meħtieġ li tiżdied l-esplojtazzjoni tal-bosk […] bil-għan li l-foresti jinżammu fi stat ta’ saħħa adegwat, bil-għan li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-ekosistemi forestali, bil-għan li jitwaqqaf id-deterjorament u li jinbeda proċess ta’ riġenerazzjoni tal-habitats naturali, inklużi l-habitats ta’ interess Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-imsemmija talba kienet tispeċifika wkoll li l-Anness tal-2016 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>jikkonċerna qabel kollox it-tneħħija tas-siġar tal-prinjol ikkolonizzati, bil-għan li tiġi llimitata l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol (ħtieġa li jitwettaq qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa)<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u li kien ser jinbeda proċess ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>tneħħija ta’ siġar sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-persuni preżenti fil-foresta ta’ Białowieża (distrett forestali ta’ Białowieża), sa fejn l-akkumulazzjoni ta’ siġar moribondi tikkostitwixxi perikolu għall-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Hija indikat ukoll li n-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>nixfa matul dawn l-aħħar snin żiedet it-tnaqqis tas-siġar u tal-popolazzjonijiet tas-siġar tal-prinjol, li wasslet b’hekk għal żieda fir-riskju ta’ nirien fil-foresta ta’ Bialowieża<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Id-Direttur Reġjonali għall-Protezzjoni tal-Ambjent ta’ Białystok ħareġ opinjoni favorevoli għall-adozzjoni ta’ dan l-anness permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20160212">12 ta’ Frar 2016</DATE>. Barra minn hekk, huwa paċifiku li, għall-finijiet ta’ din l-adozzjoni, ir-Regionalna Dyrekcja Lasów Państwowych w Białymstoku (id-Direttorat Reġjonali tal-Uffiċċju tal-Foresti ta’ Białystok, il-Polonja), wettaq, matul is-sena 2015, evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent tal-miżuri previsti (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>evalwazzjoni tal-effetti tal-2015<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>), li minnha rriżulta li dawn il-miżuri ma għandhomx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>effett negattiv sinjifikattiv fuq l-ambjent u lanqas, b’mod partikolari, fuq l-għanijiet ta’ konservazzjoni u fuq l-integrità tas-sit Natura 2000 [Puszcza Białowieska]<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ dokument li wkoll huwa ddatat il-<DATE ISO="20160325">25 ta’ Marzu 2016</DATE>, il-Ministru għall-Ambjent u d-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Foresti Pubbliċi, bil-għan li jsibu soluzzjoni għan-nuqqas ta’ qbil dwar il-metodu ta’ ġestjoni tal-foresta ta’ Białowieża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>fuq il-bażi tal-għarfien xjentifiku<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fasslu programm ta’ rimedjazzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>programm dwar il-foresta ta’ Białowieża bħala patrimonju kulturali u naturali tal-[Unesco] u bħala sit li jagħmel parti min-netwerk Natura 2000<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>programm ta’ rimedjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-programm ta’ rimedjazzjoni jipprevedi, sabiex tinstab soluzzjoni għall-kontroversja xjentifika dwar in-natura opportuna ta’ intervent mill-bniedem u tat-twaqqigħ ta’ siġar, li tinkiseb esperjenza fuq perijodu twil ta’ żmien li matulu jiġi rriżervat terz mis-superfiċi tat-tliet distretti forestali tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, li fih ikunu jistgħu jiġu evalwati l-effetti tal-assenza ta’ implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni forestali, bil-għan li dawn jitqabblu mal-effetti tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>operazzjonijiet ta’ qtugħ u ta’ esplojtazzjoni tas-siġar<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> previsti matul is-sena 2016, li kellhom jitwettqu fil-parti l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160331">31 ta’ Marzu 2016</DATE>, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Foresti Pubbliċi adotta, konformement mal-missjoni tiegħu u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>fid-dawl tar-rekwiżiti imperattivi marbuta mad-diversifikazzjoni tar-riskji ta’ alterazzjoni kunsiderevoli tal-habitats naturali u ta’ għejbien tal-bijodiversità, minħabba waħda mill-ikbar firxiet tal-ħanfus tal-prinjol fl-istorja, fit-territorju tal-foresta ta’ Białowieża<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, id-Deċiżjoni Nru 52 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>dwar l-istabbiliment ta’ regoli ddettaljati fir-rigward tal-ġestjoni forestali fil-limiti territorjali tad-distretti forestali ta’ Białowieża u ta’ Browsk<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>Deċiżjoni Nru 52<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>It-Taqsima 1 tad-Deċiżjoni Nru 52 tipprevedi l-istabbiliment, f’dawn iż-żewġ distretti forestali, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>żoni funzjonali ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, li fihom kellha titwettaq biss, b’effett mill-<DATE ISO="20160401">1 ta’ April 2016</DATE>, ġestjoni forestali bbażata fuq proċessi naturali. Hija għalhekk tipprevedi li l-attività ta’ ġestjoni eżerċitata f’dawn iż-żoni, li fir-rigward tagħhom huwa speċifikat li dawn iż-żoni ma jinkludux ir-riżervi naturali, għandha tkun limitata, b’mod partikolari, għall-qtugħ ta’ siġar li jikkostitwixxu perikolu għas-sigurtà pubblika u riskju ta’ nirien, għall-possibbiltà ta’ tiġdid naturali, għaż-żamma tar-riżorsi forestali fi stat li jillimita kemm jista’ jkun possibbli l-penetrazzjoni fil-foresti mill-bniedem u għall-ħolqien ta’ linja ta’ protezzjoni, li ssegwi l-limiti tal-imsemmija żoni, permezz tal-installazzjoni ta’ nases bil-feromoni maħsuba sabiex iwaqqfu t-tranżizzjoni, minn u lejn dawn l-istess żoni, ta’ organiżmi li tant jagħmlu ħsara li jheddu s-sopravvivenza tal-foresti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-Taqsima 2 tal-imsemmi deċiżjoni tipprevedi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>[f]il-foresti li jagħmlu parti mid-distretti forestali ta’ Białowieża u ta’ Browsk, li ma jinsabux fiż-żoni msemmija fit-Taqsima 1, l-attività ta’ ġestjoni (ibbażata fuq il-pjanijiet ta’ ġestjoni forestali) għandha tiġi eżerċitata konformement mal-prinċipji ta’ ġestjoni forestali sostenibbli; madankollu, din il-ġestjoni għandha tiġi eżerċitata b’mod li tiġi żgurata, effettivament, il-protezzjoni tan-natura, b’applikazzjoni tal-metodi ta’ ġestjoni forestali<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont it-Taqsima 4 ta’ din l-istess deċiżjoni, huma ammessi derogi minn dawn ir-restrizzjonijiet sabiex jitwettqu x-xogħlijiet previsti fi ftehimiet ta’ ġestjoni forestali eżistenti u sabiex jitwettqu xogħlijiet f’sitwazzjoni fejn l-obbligu sabiex jitwettqu jirriżulta minn dispożizzjonijiet legali ta’ applikazzjoni ġenerali, inkluż il-PZO tal-2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20170217">17 ta’ Frar 2017</DATE>, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Foresti Pubbliċi adotta d-Deċiżjoni Nru 51 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>dwar it-tneħħija tas-siġar ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol u dwar l-estrazzjoni tas-siġar li jikkostitwixxu theddida għas-sigurtà pubblika u għall-protezzjoni kontra n-nirien fil-klassijiet kollha ta’ etajiet tal-popolazzjonijiet forestali fid-distretti forestali ta’ Białowieża, ta’ Browsk u ta’ Hajnówka<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>Deċiżjoni Nru 51<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 51 jobbliga, b’mod partikolari, lill-awtoritajiet kompetenti sabiex, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>[f]id-dawl tas-sitwazzjoni straordinarja u katastrofika kkawżata mill-firxa tal-ħanfus tal-prinjol<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, f’dawn it-tliet distretti forestali, jaqtgħu immedjatament is-siġar li jikkostitwixxu theddida għas-sigurtà pubblika, essenzjalment mal-mogħdijiet ta’ komunikazzjoni u mal-mixjiet turistiċi, ineħħu b’mod<?PAGE NO="12"?> kontinwu s-siġar xotti u l-fdalijiet wara l-ħsad, u jaqtgħu kontinwament u fi żmien qasir is-siġar ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol, u dan fir-rigward tal-klassijiet ta’ etajiet kollha tal-popolazzjonijiet forestali, kif ukoll sabiex jiġbru l-injam u jittrasportawh jew sabiex ineħħulu l-qoxra tiegħu u jnixxfuh. L-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni jispeċifika, f’dan ir-rigward, li, għall-finijiet ta’ dan il-qtugħ, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>qiegħda ssir deroga mir-restrizzjonijiet marbuta mal-età tas-siġar u mal-funzjoni tal-popolazzjonijiet forestali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-użu tal-injam miġbur b’riżultat ta’ dan il-qtugħ, l-Artikolu 1 tal-imsemmija deċiżjoni jipprevedi li dan għandu jintuża fit-twettiq ta’ proġett ta’ rziezet tal-karbonju fil-foresti, li l-injam niexef li ma jkunx ikkolonizzat mill-ħanfus tal-prinjol jista’ jinħażen f’installazzjonijiet tranżitorji stabbiliti fuq iż-żoni żvojtati u fuq artijiet miftuħa, filwaqt li l-injam ikkolonizzat għandha titneħħilu l-qoxra qabel jinħażen. Din id-dispożizzjoni teżiġi wkoll l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ bejgħ tal-injam miġbur sabiex jiġu ssodisfatti l-ħtiġijiet tal-abitanti tal-komuni li jinsabu fiż-żona territorjali ta’ Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 51 jipprevedi, minn naħa, l-implimentazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>diversi metodi ta’ tiġdid<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> permezz ta’ riġenerazzjoni naturali, permezz ta’ riforestazzjoni jew ta’ żrigħ, u permezz ta’ protezzjoni, bil-għan li jiġu stabbiliti mill-ġdid il-popolazzjonijiet forestali wara l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol, u, min-naħa l-oħra, l-obbligu li jkun hemm kontroll kontinwu ta’ dawn il-miżuri billi jitwettqu regolarment inventarju tal-istat tal-foresti u evalwazzjoni tal-bijodiversità, inkluż bl-użu ta’ netwerk ta’ żoni għat-twettiq ta’ inventarju ta’ riżorsi naturali fuq skala kbira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li, wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 51, kienu tneħħew is-siġar xotti u s-siġar ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol mit-tliet distretti forestali ta’ Białowieża, ta’ Browsk u ta’ Hajnówka, f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>żona ta’ ristabbiliment forestali<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> ta’ madwar <FT TYPE="NUMBER">34000</FT> ettaru, li tirrappreżenta kważi 54 % tas-superfiċi tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska. Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, li tibbaża ruħha fuq id-data pprovduta mill-Uffiċċju tal-Foresti Pubbliċi, il-qtugħ fil-foresta ta’ Białowieża, imwettaq sa mill-bidu tas-sena 2017, jirrappreżenta, b’kollox, iktar minn <FT TYPE="NUMBER">35000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> injam, li minnhom <FT TYPE="NUMBER">29000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> huma siġar tal-prinjol, jiġifieri madwar <FT TYPE="NUMBER">29000</FT> siġra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Wara li ġiet informata bl-approvazzjoni tal-Anness tal-2016, fis-<DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE> il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Pollakki, permezz tas-sistema elettronika ta’ komunikazzjoni qabel il-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fil-kuntest tal-mekkaniżmu EU Pilot (fajl EU Pilot 8460/16/ENVI), talba għal kjarifiki b’sensiela ta’ mistoqsijiet dwar l-impatt taż-żieda fl-estrazzjoni tal-injam mid-distrett forestali ta’ Białowieża fuq l-istat ta’ konservazzjoni ta’ habitats naturali u ta’ speċi ta’ fawna selvaġġa ta’ interess Komunitarju fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fit-tweġiba tagħhom tat-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>, l-awtoritajiet Pollakki ġġustifikaw iż-żieda fil-volum tal-injam estratt minn dan is-sit permezz tal-firxa mingħajr preċedent tal-ħanfus tal-prinjol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-9 u fl-<DATE ISO="20160610">10 ta’ Ġunju 2016</DATE>, id-dipartimenti tal-Kummissjoni għamlu żjara fil-foresta ta’ Białowieża sabiex jinvestigaw madwar tnax-il settur differenti tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160617">17 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Pollakki, konformement mal-Artikolu 258 TFUE, ittra ta’ intimazzjoni minħabba li l-miżuri approvati fl-Anness tal-2016 ma kinux iġġustifikati, minħabba li dawn l-awtoritajiet kienu naqsu milli jiżguraw li l-imsemmija miżuri ma kinux ser jippreġudikaw l-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska u minħabba li, billi awtorizzaw żieda fl-estrazzjoni tal-injam, huma kienu naqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom taħt id-Direttivi dwar il-habitats u dwar l-għasafar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20160627">27 ta’ Ġunju 2016</DATE> mibgħuta lill-Kummissarju Ewropew responsabbli għall-ambjent, il-Ministru għall-Ambjent indika li kienu meħtieġa elementi ta’ informazzjoni supplimentari dwar il-habitats u l-ispeċi preżenti fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska u li l-inventarju tagħhom kien qiegħed jitħejja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Pollakki wieġbu għall-ittra ta’ intimazzjoni fit-<DATE ISO="20160718">18 ta’ Lulju 2016</DATE>, filwaqt li ċaħdu kompletament l-ilmenti tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Matul ix-xhur ta’ Frar u ta’ Marzu 2017, kien hemm skambju ta’ korrispondenza bejn il-Ministru għall-Ambjent u l-Kummissarju Ewropew responsabbli għall-ambjent. Il-Ministru għall-Ambjent indika li l-ewwel riżultati tal-inventarju kienu diġà magħrufa u li, fuq din il-bażi, kien iddeċieda li kellu jibda l-qtugħ previst fl-Anness tal-2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20170428">28 ta’ April 2017</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lir-Repubblika tal-Polonja, fejn sostniet li din kienet naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) u (3) u taħt l-Artikolu 12(1)(a) u (d) tad-Direttiva dwar il-habitats kif ukoll taħt l-Artikolu 4(1) u (2) u taħt l-Artikolu 5(b) u (d) tad-Direttiva dwar l-għasafar. Il‑Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Pollakki sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din l-opinjoni motivata f’terminu ta’ xahar minn meta taslilhom. Hija ġġustifikat dan it-terminu, b’mod partikolari, permezz tal-informazzjoni li l-qtugħ kien diġà beda u permezz tar-riskju dirett li s-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska jġarrab, minħabba f’hekk, dannu gravi u irreparabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-Kummissjoni ġiet informata bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 51.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20170526">26 ta’ Mejju 2017</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja wieġbet għall-opinjoni motivata filwaqt li allegat li n-nuqqasijiet invokati fil-konfront tagħha ma kinux fondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li ma kinitx issodisfatta b’din it-tweġiba, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta r-rikors ineżami.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, il-Kummissjoni ressqet talba għal miżuri provviżorji fuq il-bażi tal-Artikolu 279 TFUE u tal-Artikolu 160(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex ir-Repubblika tal-Polonja tiġi ordnata sabiex, sakemm tingħata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-mertu, minn naħa, twaqqaf, ħlief fil-każ ta’ theddida għas-sigurtà pubblika, l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva fil-habitats 91D0 (boskijiet tal-bog) u 91E0 (foresti alluvjali b’siġar tal-alnu, tal-fraxxnu, taż-żafżafa u tal-luq), u fil-popolazzjonijiet forestali ta’ mitt sena jew iktar fil-habitat 9170 (foresti tar-ruvlu-karpin subkontinentali), kif ukoll fil-habitats tal-kuċċarda, tal-kokka nana, tal-kokka ta’ Tengmalm, tat-tektiek is-siġar ta’ daru abjad, tat-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’, taż-żanżarell ta’ sidru aħmar, taż-żanżarell tal-kullar u tat-tudun tas-siġar u fil-habitats tal-ħanfus saprossiliku, jiġifieri l-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT> kif ukoll ir-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT> u, min-naħa l-oħra, twaqqaf it-tneħħija ta’ siġar tal-prinjol mejta ta’ mitt sena jew iktar u t-twaqqigħ ta’ siġar fil-kuntest taż-żieda fil-volum tal-injam esplojtabbli fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, operazzjonijiet dawn li jirriżultaw mill-Anness tal-2016 u mid-Deċiżjoni Nru 51.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni talbet ukoll, skont l-Artikolu 160(7) tar-Regoli tal-Proċedura, l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji msemmija saħansitra qabel il-preżentazzjoni mill-konvenuta tal-osservazzjonijiet tagħha, u dan minħabba r-riskju ta’ preġudizzju gravi u irreparabbli għall-habitats u għall-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet tiegħu tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170727">27 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/17 R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:622">EU:C:2017:622</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja laqa’ b’mod provviżorju din it-talba tal-aħħar sal-għoti tad-digriet li jagħlaq il-proċedura għal miżuri provviżorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, il-Kummissjoni kkompletat it-talba tagħha għal miżuri provviżorji billi talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tordna, barra minn hekk, lir-Repubblika tal-Polonja tħallas pagamenti ta’ penalità fil-każ li din ma tikkonformax ruħha mal-ordnijiet mogħtija fil-kuntest tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170928">28 ta’ Settembru 2017</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja talbet li din il-kawża tiġi assenjata lill-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 161(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja għadda l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja li, fid-dawl tal-importanza tagħha, assenjatha lill-Awla Manja, konformement mal-Artikolu 60(1) tal-imsemmija Regoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171120">20 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/17 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:877">EU:C:2017:877</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja laqgħet it-talba tal-Kummissjoni, sal-għoti tas-sentenza li tagħlaq l-istanza, filwaqt li awtorizzat, b’mod eċċezzjonali, lir-Repubblika tal-Polonja timplimenta l-operazzjonijiet previsti fl-Anness tal-2016 u fid-Deċiżjoni Nru 51 meta dawn ikunu strettament meħtieġa, u sa fejn ikunu proporzjonati, sabiex tiġi żgurata, b’mod dirett u immedjat, is-sigurtà pubblika tal-persuni, u dan bil-kundizzjoni li miżuri oħra inqas radikali ma jkunux possibbli minħabba raġunijiet oġġettivi. Il-Qorti tal-Ġustizzja ordnat ukoll lir-Repubblika tal-Polonja tikkomunika lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard minn ħmistax-il jum wara n-notifika ta’ dan id-digriet, il-miżuri kollha li hija ser tadotta sabiex tosservah kompletament, filwaqt li tispeċifika, filwaqt li tipprovdi raġunijiet, l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva li hija tipprevedi li tkompli minħabba n-neċessità tagħhom sabiex tiġi żgurata s-sigurtà pubblika. Il-Qorti tal-Ġustizzja rriżervat id-deċiżjoni tagħha dwar it-talba komplementari tal-Kummissjoni sabiex jiġi ordnat il-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, permezz tad-digriet tiegħu tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171011">11 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:794">EU:C:2017:794</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda li jissuġġetta <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> din il-kawża għall-proċedura mħaffa, prevista fl-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 133 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tinvoka erba’ lmenti, ibbażati fuq ksur, l-ewwel nett, tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, it-tieni nett, tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva u tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva dwar l-għasafar, it-tielet nett, tal-Artikolu 12(1)(a) u (d) tad-Direttiva dwar il-habitats kif ukoll, ir-raba’ nett, tal-Artikolu 5(b) u (d) tad-Direttiva dwar l-għasafar.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li t-tieni sar-raba’ lmenti mqajma mill-Kummissjoni huma inammissibbli sa fejn jikkonċernaw l-operazzjonijiet implimentati fit-territorji tad-distretti forestali ta’ Browsk u ta’ Hajnówka, previst fid-Deċiżjoni Nru 51. Fil-fatt, minn naħa, dawn l-ilmenti jestendu b’mod mhux iġġustifikat l-portata tal-ilmenti ddefiniti fl-opinjoni motivata, sa fejn dawn tal-aħħar jirreferu biss għall-konsegwenzi tal-adozzjoni tal-Anness tal-2016 dwar id-distrett forestali ta’ Białowieża. B’hekk, is-suġġett tat-tilwima qiegħed jiġi estiż <HT TYPE="ITALIC">ratione loci</HT>, iżda wkoll <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> peress li l-operazzjonijiet previsti fid-Deċiżjoni Nru 51 huma differenti minn dawk iddefiniti fl-Anness tal-2016. Min-naħa l-oħra, skont ir-Repubblika tal-Polonja, il-formulazzjoni tat-tieni sar-raba’ lmenti<?PAGE NO="15"?> ma hijiex ċara. Fil-fatt, ma jistax jiġi ddeterminat jekk dawn l-ilmenti humiex esklużivament marbuta mal-adozzjoni ta’ dan l-anness jew jekk jikkonċernawx ukoll l-operazzjonijiet previsti fid-Deċiżjoni Nru 51.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni tqis li t-tieni sar-raba’ lmenti huma ammissibbli. Il-fatti invokati fil-konfront tar-Repubblika tal-Polonja fl-opinjoni motivata jikkonċernaw biss id-distrett forestali ta’ Białowieża, għas-sempliċi raġuni li l-miżuri adottati mill-awtoritajiet Pollakki, sad-data ta’ din l-opinjoni, kienu jikkonċernaw biss dan id-distrett. Madankollu, l-istess miżuri kienu adottati minn dan l-Istat Membru anki fir-rigward taż-żewġ distretti forestali l-oħra li jagħmlu parti mis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska. Peress li dawn huma fatti identiċi, li jikkostitwixxu l-istess aġir, huwa ġġustifikat li r-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jkopri t-territorju kollu kopert mill-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva kkonċernati fil-jum tal-preżentata tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. L-estensjoni ġeografika magħmula bejn l-opinjoni motivata u r-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu hija biss il-konsegwenza tal-għażla tal-awtoritajiet Pollakki stess li jieħdu deċiżjonijiet tal-istess natura matul il-proċedura prekontenzjuża u li jorganizzaw tardivament il-komunikazzjoni tagħhom lill-pubbliku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-għan tal-proċedura prekontenzjuża huwa li l-Istat Membru kkonċernat jingħata l-possibbiltà jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni jew li jinvoka b’mod utli l-motivi ta’ difiża tiegħu kontra l-ilmenti fformulati mill-Kummissjoni. Ir-regolarità tal-proċedura prekontenzjuża tikkostitwixxi garanzija essenzjali mhux biss għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-Istat Membru inkwistjoni iżda wkoll sabiex jiġi żgurat li l-eventwali proċedura kontenzjuża jkollha bħala suġġett tilwima ddefinita b’mod ċar (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑433/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:602">EU:C:2015:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-suġġett ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, skont l-Artikolu 258 TFUE, huwa ffissat mill-opinjoni motivata tal-Kummissjoni, b’tali mod li r-rikors għandu jkun ibbażat fuq l-istess raġunijiet u fuq l-istess motivi bħal din l-opinjoni (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑171/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:412">EU:C:2010:412</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Bulgarija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑488/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:267">EU:C:2017:267</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Madankollu, dan ir-rekwiżit ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jirrikjedi, f’kull każ, koinċidenza perfetta bejn il-formulazzjoni tal-ilmenti fid-dispożittiv tal-opinjoni motivata u t-talbiet tar-rikors, sakemm is-suġġett tat-tilwima, kif iddefinit fl-opinjoni mmotivata, ma jkunx ġie estiż jew mibdul (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061109">9 ta’ Novembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir-Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑236/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:707">EU:C:2006:707</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>B’mod partikolari, is-suġġett ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jista’ jkopri fatti sussegwenti għall-opinjoni motivata sakemm ikunu tal-istess natura u jikkostitwixxu l-istess aġir bħall-fatti koperti mill-imsemmija opinjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880204">4 ta’ Frar 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>113/86</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:59">EU:C:1988:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061109">9 ta’ Novembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir-Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑236/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:707">EU:C:2006:707</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Bulgarija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑488/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:267">EU:C:2017:267</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fl-opinjoni motivata u fir-rikors, il-Kummissjoni tinvoka l-istess erba’ lmenti, ibbażati fuq ksur mir-Repubblika tal-Polonja tal-obbligi tagħha, minn naħa, taħt l-Artikolu 6(1) u (3) u taħt l-Artikolu 12(1)(a) u (d) tad-Direttiva dwar il-habitats, kif ukoll, min-naħa l-oħra, taħt l-Artikolu 4(1) u (2) u taħt l-Artikolu 5(b) u (d) tad-Direttiva dwar l-għasafar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Kemm mill-opinjoni motivata u kemm mir-rikors jirriżulta li l-Kummissjoni ssostni li dawn in-nuqqasijiet huma kollha ta’ natura li jippreġudikaw l-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa paċifiku li l-opinjoni motivata tkopri biss l-operazzjonijiet previsti fl-Anness tal-2016 fid-distrett forestali ta’ Białowieża, filwaqt li t-tieni sar-raba’ lmenti ppreżentati fir-rikors, li huma s-suġġett tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mir-Repubblika tal-Polonja, jirreferu wkoll għall-operazzjonijiet implimentati fid-distretti forestali ta’ Browsk u ta’ Hajnówka, b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 51.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat, l-ewwel nett, li dawn it-tliet distretti forestali kollha jagħmlu parti mis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, li huwa s-suġġett tal-opinjoni motivata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>It-tieni nett, bħall-Anness tal-2016, li jipprevedi, essenzjalment, l-implimentazzjoni, fid-distrett forestali ta’ Białowieża, ta’ diversi operazzjonijiet ta’ qtugħ, bħalma huma, b’mod partikolari, it-tneħħija, permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, ta’ siġar tal-prinjol ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol u ta’ siġar moribondi li jikkostitwixxu theddida għas-sigurtà pubblika, kif ukoll iż-żrigħ mill-ġdid ta’ boskijiet, id-Deċiżjoni Nru 51 tipprevedi, f’dan l-istess distrett forestali kif ukoll f’dawk ta’ Browsk u ta’ Hajnówka, it-twaqqigħ kontinwu u fi żmien qasir tas-siġar ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol, it-twaqqigħ immedjat ta’ siġar li jikkostitwixxu theddida għas-sigurtà pubblika, it-tneħħija kontinwa ta’ siġar xotti kif ukoll iż-żrigħ mill-ġdid ta’ popolazzjonijiet forestali affettwati mill-firxa tal-ħanfus tal-prinjol (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-indikazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni, li ma humiex ikkontestati mir-Repubblika tal-Polonja, jirriżulta li l-informazzjoni dwar l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 51 waslet għand il-Kummissjoni fis-<DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE>, jiġifieri wara li ntbagħtet l-opinjoni motivata fit-<DATE ISO="20170428">28 ta’ April 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-fatti koperti mill-opinjoni motivata huma tal-istess natura u jikkostitwixxu l-istess aġir bħal dawk koperti mir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 66 u 67 ta’ din is-sentenza, il-Kummissjoni setgħet, mingħajr ma dan jimplika bidla tas-suġġett tat-tilwima, tinkludi fir-rikors tagħha l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva implimentati fid-distretti ta’ Browsk u ta’ Hajnówka tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta wkoll li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-Repubblika tal-Polonja, din tal-aħħar ma seta’ jkollha ebda dubju fir-rigward tal-portata tat-tieni sar-raba’ lmenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt, l-ewwel nett, li d-dispożizzjonijiet li huwa invokat il-ksur tagħhom huma identiċi, it-tieni nett, li s-suġġett ta’ dawn in-nuqqasijiet, li kollha huma ta’ natura li jippreġudikaw l-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, huwa l-istess u, fl-aħħar nett, li l-aġir kif ukoll il-fatti koperti, jiġifieri l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni, huma tal-istess natura u huma mmotivati mill-istess kunsiderazzjonijiet, jiġifieri l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol u s-sigurtà pubblika, ir-Repubblika tal-Polonja ma tistax tallega li hija ma setgħetx tinvoka b’mod utli l-motivi tad-difiża tagħha fil-konfront tal-ilmenti fformulati mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat ukoll li l-argumenti mressqa minn dan l-Istat Membru fir-risposta tiegħu dwar dawn l-ilmenti jikkonċernaw, b’mod espliċitu, kemm l-operazzjonijiet previsti fl-Anness tal-2016 u kemm dawk previsti fid-Deċiżjoni Nru 51.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni sar-raba’ lmenti huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats meta approvat l-Anness tal-2016 u meta implimentat l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni, mingħajr ma żgurat ruħha li dan ma kienx ser jippreġudika l-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, l-Anness tal-2016, sa fejn jemenda l-PĠF tal-2012, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>pjan<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> li ma huwiex direttament marbut ma’ jew meħtieġ għall-ġestjoni tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, iżda li jista’ jaffettwa dan is-sit b’mod sinjifikattiv minħabba ż-żieda bi tliet darbiet fil-volum tal-injam esplojtabbli fid-distrett forestali ta’ Białowieża prevista minnu. B’differenza mill-PZO tal-2015, il-PĠF tal-2012 ma huwiex, fil-fatt, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>pjan ta’ ġestjoni<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-habitats, għaliex ma jiffissax l-għanijiet u l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għas-siti Natura 2000. Il-PĠF tal-2012 huwa intiż prinċipalment li jirregola l-prattiki ta’ ġestjoni forestali, b’mod partikolari billi jiffissa l-volum massimu ta’ injam li jista’ jiġi estratt u billi jistabbilixxi miżuri ta’ protezzjoni tal-foresti. Għaldaqstant, skont il-Kummissjoni, qabel l-adozzjoni jew l-emenda tiegħu, kien meħtieġ li titwettaq evalwazzjoni xierqa tal-effetti tiegħu fuq is-sit Natura 2000 ikkonċernat fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit, konformement mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis, madankollu, li l-awtoritajiet Pollakki naqsu milli jiżguraw li l-Anness tal-2016 ma kienx ser jippreġudika l-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, li timplika ż-żamma b’mod sostenibbli tal-karatteristiċi kostitwenti ta’ dan is-sit, marbuta mal-preżenza ta’ tip ta’ habitat naturali li l-għan ta’ preżervazzjoni tiegħu ġġustifika l-klassifikazzjoni tal-imsemmi sit bħala SIK u bħala ŻPS. F’dan il-każ, il-karatteristiċi kostitwenti tal-integrità ta’ dan l-istess sit huma s-segwenti, jiġifieri l-proċessi ekoloġiċi naturali li jiżvolġu f’dan is-sit, bħalma huma r-riġenerazzjoni naturali tas-siġar, is-selezzjoni naturali tal-ispeċi mingħajr l-intervent tal-bniedem u s-suċċessjoni ekoloġika naturali, id-diversità fil-kompożizzjoni ta’ speċi u fl-istruttura tal-età tal-popolazzjonijiet forestali tiegħu, li jinkludu, b’mod partikolari, proporzjon kunsiderevoli ta’ siġar fl-aħjar fażi u fil-fażi terminali, l-abbundanza ta’ injam mejjet u l-preżenza ta’ speċi tipiċi ta’ foresti naturali li ma humiex imfixkla mill-bniedem u li jgħixu f’habitats naturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Issa, il-miżuri ta’ tneħħija ta’ siġar mejta u moribondi, ta’ ġestjoni forestali fil-forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, ta’ twaqqigħ ta’ siġar fil-każ ta’ popolazzjonijiet ta’ iktar minn mitt sena fil-foresti tar-ruvlu-karpin subkontinentali u fil-foresti alluvjali, u ta’ tneħħija ta’ siġar tal-prinjol ta’ iktar minn mitt sena moribondi jew mejta kkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol, previsti fl-Anness tal-2016, jikkoinċidu mal-perikoli potenzjali għall-habitats naturali u għall-habitats tal-ispeċi inkwistjoni, identifikati fil-PZO tal-2015. Dawn il-perikoli potenzjali jinkludu <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Mill-banda l-oħra, l-azzjoni tal-ħanfus tal-prinjol ma hijiex meqjusa, fil-PZO tal-2015, li hija theddida għall-habitats inkwistjoni, bħalma lanqas ma l-ġlieda kontra l-ħanfus tal-prinjol permezz tat-twaqqigħ ta’ popolazzjonijiet ta’ siġar u tat-tneħħija tas-siġar tal-prinjol ikkolonizzati ma kienet irrikonoxxuta bħala miżura ta’ konservazzjoni f’dan il-pjan. Għall-kuntrarju, kienet preċiżament it-tneħħija tas-siġar tal-prinjol ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol li tqieset espliċitament fil-PZO tal-2015 li hija theddida għall-habitats tal-kokka nana, tal-kokka ta’ Tengmalm u tat-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fl-istat attwali tal-għarfien, il-fażijiet ta’ firxa tal-ħanfus tal-prinjol huma meqjusa bħala li jagħmlu parti miċ-ċiklu naturali tal-foresti antiki li jinkludu siġar tal-prinjol. Dawn il-fenomeni kienu osservati regolarment fil-passat fil-foresta ta’ Białowieża. Barra minn hekk, huma ma kienu s-suġġett ta’ ebda kontroll kontinwu fil-limiti tal-park nazzjonali ta’ Białowieża, fejn l-istat ta’ konservazzjoni tal-habitats huwa aħjar minn dak fid-distretti forestali ġestiti mill-Uffiċċju tal-Foresti Pubbliċi fejn twettaq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>. Skont il-Kummissjoni, numru ta’ studji xjentifiċi jidentifikaw ukoll l-istat aħjar ta’ konservazzjoni tal-habitats tal-foresta ta’ Białowieża li huma esklużi minn kull intervent mill-bniedem. Ix-xjentisti jibżgħu wkoll li t-tneħħija tas-siġar mejta jew moribondi ser toħloq żbilanċ fl-istruttura tal-età tal-popolazzjonijiet forestali, ser tnaqqas id-diversità tal-ispeċi u tal-habitats protetti u ser twassal għall-għejbien ta’ sorsi importanti ta’ ikel għal diversi speċi ta’ annimali protetti. Għaldaqstant, it-tneħħija tal-injam mejjet fil-kuntest tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> hija inkompatibbli mal-għanijiet ta’ konservazzjoni taż-żoni protetti, sa fejn iż-żamma tal-injam mejjet fil-foresta hija neċessarja sabiex tinżamm il-bijodiversità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li l-portata tal-qtugħ previst fl-Anness tal-2016 ma hijiex negliġibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, iż-żoni li fihom hija awtorizzata żieda fl-estrazzjoni ta’ injam jikkoinċidu ma’ dawk li fir-rigward tagħhom il-PZO tal-2015 jipprevedi miżuri ta’ konservazzjoni li jeskludu l-popolazzjonijiet ta’ iktar minn mitt sena mill-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>It-tieni nett, id-Deċiżjoni Nru 51 teżiġi, fit-tliet distretti forestali tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, it-twaqqigħ u t-tneħħija ta’ siġar li jagħmlu parti mill-popolazzjonijiet ta’ kull klassi ta’ età għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħanfus tal-prinjol. B’hekk, iż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>żona ta’ ristabbiliment forestali<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> li fiha nbdew, fuq il-bażi tal-Anness tal-2016, l-operazzjonijiet maħsuba sabiex titwaqqaf il-firxa tal-ħanfus tal-prinjol tirrappreżenta superfiċi ta’ <FT TYPE="NUMBER">34000</FT> ettaru, jiġifieri 50 % tas-superfiċi ta’ dan is-sit, filwaqt li ż-żoni ta’ referenza jkopru <FT TYPE="NUMBER">17000</FT> ettaru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, anki jekk jitqies li s-superfiċi li fir-rigward tagħha l-Anness tal-2016 jipprevedi operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali tirrappreżenta, kif isostnu l-awtoritajiet Pollakki, 5 % tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, dan ma huwiex negliġibbli peress li minn dan jirriżulta li ma humiex applikabbli l-obbligi previsti fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats u li importanza determinanti għandha tingħata lill-obbligu li titħares l-integrità funzjonali ta’ dan is-sit bl-osservanza tal-konnettività ekoloġika għall-ispeċi li jikkontribwixxu għal kwantità kbira ta’ injam mejjet. Fil-verità, meta ffissaw, fil-PĠF tal-2012, volum ta’ injam esplojtabbli ta’ <FT TYPE="NUMBER">63471</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> sal-2021, l-awtoritajiet kompetenti sabu, wara li evalwaw l-effetti fuq l-ambjent, livell ibbilanċjat ta’ esplojtazzjoni fir-rigward tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-imsemmi sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Pollakki fl-ebda mument tal-proċess deċiżjonali ma ħadu inkunsiderazzjoni l-opinjonijiet maħruġa minn diversi korpi xjentifiċi, minkejja li kellhom konoxxenza tagħhom, li jindikaw, essenzjalment, li l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni kienu ta’ natura li jikkawżaw preġudizzju għas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>B’mod partikolari, dawn l-awtoritajiet ma setgħux jeskludu l-eżistenza ta’ dubji xjentifiċi dwar l-assenza ta’ effetti dannużi għall-integrità ta’ dan is-sit billi jibbażaw ruħhom fuq l-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015. Fil-fatt, din l-evalwazzjoni kienet ibbażata fuq l-evalwazzjoni tal-effetti mwettqa fl-2012 u kienet tiffoka fuq il-popolazzjonijiet ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol. Barra minn hekk, l-imsemmija evalwazzjoni hija bbażata fuq metodu żbaljat peress li ma tagħmilx riferiment għall-għanijiet partikolari tal-konservazzjoni tal-habitats u tal-ispeċi ta’ annimali li kienu s-suġġett tal-PZO tal-2015, peress li ma tiddefinixxix xi tfisser l-integrità tal-imsemmi sit u peress li ma tindikax għaliex l-operazzjonijiet previsti ma humiex ta’ natura tali li jistgħu jippreġudikawh. Barra minn hekk, l-adozzjoni tal-Anness tal-2016 ma hijiex ibbażata fuq informazzjoni aġġornata sa fejn, sabiex ikunu jafu aħjar il-postijiet fejn jinsabu dawn l-ispeċi, l-awtoritajiet Pollakki kienu bdew, fl-2016, inventarju tas-sit inkwistjoni li r-riżultati tiegħu kienu għadhom qegħdin jiġu stabbiliti meta ġiet adottata l-opinjoni motivata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar li hija fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza l-implimentazzjoni tal-proġett inkwistjoni li ma għandu jkun hemm l-ebda dubju raġonevoli minn perspettiva xjentifika fir-rigward tal-assenza ta’ effetti dannużi għall-integrità tas-sit ikkonċernat. Għaldaqstant, ir-Repubblika tal-Polonja kisret l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, jekk xejn minħabba l-fatt li l-Ministru għall-Ambjent, meta approva l-Anness tal-2016, ma setax ikun ċert li l-operazzjonijiet previsti f’dan l-anness ma kienx ser ikollhom effetti dannużi fuq l-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska. Minn dan jirriżulta wkoll li ebda miżura sussegwenti ma tista’ tirrimedja l-ksur ta’ din id-dispożizzjoni, lanqas fil-każ li iktar tard tiġi stabbilita l-assenza ta’ effetti dannużi, u dan għaliex il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni pożittiva ma kinux issodisfatti meta ġie approvat l-imsemmi anness.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-introduzzjoni ta’ żoni ta’ referenza permezz tad-Deċiżjoni Nru 52 ma tistax titqies li hija miżura li ttaffi l-effetti dannużi tal-implimentazzjoni tal-Anness tal-2016. Minn naħa, dawn iż-żoni ma kinux is-suġġett tal-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015. Min-naħa l-oħra, l-istabbiliment tal-imsemmija żoni ma jippermettix li jiġu evitati jew li jitnaqqsu l-effetti dannużi kkawżati mill-implimentazzjoni ta’ dan l-anness. Fil-fatt, dan l-istabbiliment sempliċement iżomm is-sitwazzjoni preċedenti f’parti mid-distrett forestali ta’ Białowieża, iżda ma jillimitax l-effetti dannużi li jirriżultaw mill-operazzjonijiet previsti fl-Anness tal-2016 fuq il-bqija tat-territorju ta’ dan id-distrett, li l-portata tiegħu hija ikbar. Barra minn hekk, iż-żoni ta’ referenza inkwistjoni ġew identifikati b’mod arbitrarju. Fil-verità, l-identifikazzjoni ta’ tali żoni ma kellhiex impatt fuq il-volum massimu totali ta’ estrazzjoni ta’ injam iffissat f’dan l-anness u għalhekk id-determinazzjoni ta’ dawn iż-żoni twassal għal intensifikazzjoni fit-twaqqigħ fil-bqija tat-territorju tad-distrett forestali ta’ Białowieża. Barra minn hekk, huwa possibbli li jsiru derogi mill-esklużjoni tal-imsemmija żoni. Fl-istess ħin, id-Deċiżjoni Nru 51 tordna t-twaqqigħ u t-tneħħija tas-siġar xotti u tas-siġar ta’ kull klassi ta’ età kkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni dawn l-istess żoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza, l-ewwel nett, li l-PĠF tal-2012, bħall-Anness tal-2016, huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>pjan ta’ ġestjoni<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-habitats. Fil-fatt, tali pjan huwa għodda teknika neċessarja sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni previsti fil-PZO tal-2015, sa fejn dan tal-aħħar ma jiffissax il-volum ta’ estrazzjoni tal-injam. B’mod partikolari, l-Anness tal-2016 jippermetti li jintlaħaq l-għan ta’ konservazzjoni li jikkonsisti fil-limitazzjoni tal-firxa tal-ħanfus tal-prinjol. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-livell ta’ esplojtazzjoni tal-injam previst f’dan l-anness, jiġifieri <FT TYPE="NUMBER">188000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> għad-distrett forestali ta’ Białowieża, huwa nettament inqas mil-livelli inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni dwar il-perijodi 1992-2001 u 2002-2011, li kienu, rispettivament, ta’ <FT TYPE="NUMBER">308000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> u ta’ <FT TYPE="NUMBER">302000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza li tqies li kien probabbli li l-implimentazzjoni tal-Anness tal-2016 seta’ jkollu impatt potenzjali fuq is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska. Kien preċiżament għalhekk li tqies li kien neċessarju li titwettaq l-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015. F’dan il-każ, wara din l-evalwazzjoni, l-ewwel abbozz ta’ anness, li kien iżid il-volum ta’ esplojtazzjoni tal-injam għal <FT TYPE="NUMBER">317894</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT>, kien is-suġġett ta’ opinjoni negattiva. Fid-dawl ta’ din l-evalwazzjoni, l-Anness tal-2016 naqqas l-esplojtazzjoni tal-injam għal <FT TYPE="NUMBER">129000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT>. L-evalwazzjoni l-ġdida fir-rigward ta’ dan l-anness kienet uriet l-assenza ta’ probabbiltà ta’ impatt negattiv sinjifikattiv fuq l-integrità tas-sit. Fil-verità, l-imsemmi anness għandu impatt pożittiv sinjifikattiv fuq l-elementi protetti fil-PZO tal-2015. Fil-fatt, il-bidla fil-volum tal-esplojtazzjoni hija indispensabbli għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni previsti f’dan tal-aħħar. Barra minn hekk, l-Anness tal-2016 ma jipprevedix il-qtil intenzjonat, il-qabda jew it-tfixkil tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika tal-Polonja, il-Kummissjoni assumiet b’mod żbaljat li l-miżuri elenkati fl-Anness tal-2016 kienu jimplikaw fihom innifishom riskju ta’ effetti dannużi għall-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-integrità ta’ dan is-sit kienet imfassla fuq diversi sekli bl-intervent tal-bniedem, permezz ta’ esplojtazzjoni sostenibbli tal-foresti. B’mod partikolari, l-istat u l-perċentwali ta’ kopertura tal-habitats u tal-ispeċi preżenti meta ġie kklassifikat l-imsemmi sit huma r-riżultat tal-esplojtazzjoni preċedenti tal-foresta ta’ Białowieża, jiġifieri l-estrazzjoni tal-injam fil-popolazzjonijiet forestali miżrugħa fil-passat. Fil-verità, kien it-tnaqqis drastiku, minħabba l-pressjoni min-naħa tal-Kummissjoni, fl-esplojtazzjoni tal-injam fi ħdan il-popolazzjonijiet forestali anzjani fil-PĠF tal-2012 li waslet sabiex marru lura l-popolazzjonijiet forestali, b’mod partikolari s-siġar tal-prinjol, minħabba l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol ikkawżata minn dan it-tnaqqis. Kien minħabba li dawn il-popolazzjonijiet marru lura li l-habitats protetti bdew iġarrbu bidliet. B’mod partikolari, l-habitat 9170 (foresti tar-ruvlu-karpin subkontinentali), li huwa l-habitat dominanti, beda jinbidel f’artijiet mistagħdra jew f’mergħat. Kien għalhekk li l-awtoritajiet Pollakki fasslu l-programm ta’ rimedjazzjoni li l-punt ta’ tluq tiegħu kien inventarju globali tal-istat tal-habitats u tal-ispeċi tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska. F’dan il-kuntest, l-adozzjoni tal-Anness tal-2016 tikkostitwixxi tentattiv sabiex jerġa’ jibda jintuża l-metodu ta’ ġestjoni preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa l-waqfien tal-miżuri ta’ konservazzjoni li ser jipperikola l-integrità ta’ dan is-sit u l-kontinwità tal-habitats li jinsabu fih. L-assenza ta’ azzjoni mill-bniedem maħsuba sabiex issostni ż-żamma tal-bijodiversità twassal sabiex imorru lura l-ispeċi u l-habitats tagħhom. Il-Kummissjoni, għalhekk, wettqet żball meta bbażat ruħha fuq in-natura primarja tal-foresta ta’ Białowieża u meta sostniet li l-ispeċi preżenti f’din il-foresta huma speċi tipiċi ta’ żoni mhux imfixkla mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>L-għażla ta’ ġestjoni forestali attiva hija magħmula wkoll minn Stati Membri oħra. B’hekk, fl-Awstrija ġie implimentat programm dwar il-limitazzjoni tal-firxa tal-ħanfus tal-prinjol fil-parkijiet nazzjonali u fl-artijiet b’valur naturali għoli, li fil-kuntest tiegħu nżammet il-projbizzjoni fir-rigward tat-twettiq ta’ xogħlijiet fiċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>ċentri ta’ bijodiversità<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, filwaqt li ġew protetti fl-istess ħin il-foresti ta’ produzzjoni ġirien bl-użu ta’ tekniki ta’ ġestjoni forestali. Huwa rrakkomandat, b’mod ġenerali, li l-artijiet li fuqhom ikunu protetti l-proċessi naturali, bħall-parkijiet nazzjonali, ikunu maqsuma b’mod ċar f’żona li fiha ma jsirx intervent u f’żoni periferiċi, fejn jitwettqu operazzjonijiet maħsuba sabiex tiġi llimitata l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol. Bil-ħolqien ta’ żoni ta’ referenza, ir-Repubblika tal-Polonja implimentat approċċ identifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-operazzjonijiet previsti fl-Anness tal-2016 huma konformi mal-PZO tal-2015. Fil-fatt, konformement ma’ dan tal-aħħar, dan l-anness jeskludi l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni, bħalma huma t-twaqqigħ u l-qtugħ preċedenti għat-twaqqigħ, fil-popolazzjonijiet ta’ speċi komposti minn, minn tal-inqas, 10 % ta’ kampjuni ta’ mitt sena jew iktar. F’dawn il-popolazzjonijiet jitwettaq biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, sabiex jiġi eliminat l-injam tas-siġar tal-prinjol li jkun ikkolonizzat mill-ħanfus tal-prinjol. L-injam niexef ma jitneħħiex. Barra minn hekk, ebda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> ma jitwettaq fir-riżervi naturali u fil-habitats komposti minn artijiet mistagħdra u umdi. Iż-żoni li ma humiex affettwati mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> jirrappreżentaw għalhekk <FT TYPE="NUMBER">7123</FT> ettaru, jiġifieri 58 % tas-superfiċi tad-distrett forestali ta’ Białowieża. Barra minn hekk, l-operazzjonijiet previsti fl-Anness tal-2016 jikkonċernaw biss 5.4 % tas-superfiċi tas-sit inkwistjoni, jiġifieri <FT TYPE="NUMBER">3401</FT> ettaru. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015 eskludiet li tkun tista’ timmaterjalizza t-theddida potenzjali, identifikata fil-PZO tal-2015, marbuta mat-tneħħija tas-siġar mejta jew moribondi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja żżid, fir-rigward tal-ħanfus saprossiliku, li ma humiex ser jitneħħew is-siġar tal-arżnu mejta wieqfa u esposti għax-xemx, li jikkostitwixxu l-habitat tal-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>. Fir-rigward tal-popolazzjonijiet ta’ <HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, dawn huma kkonċentrati fuq is-siġar tal-luq u fuq is-siġar tal-fraxxnu, skont l-istudji mwettqa matul is-snin 2016 u 2017 fuq kważi <FT TYPE="NUMBER">12000</FT> siġra analizzata. L-inventarju mwettaq mix-xahar ta’ April 2016 jikkostitwixxi l-ewwel proġett ta’ dan it-tip, li fil-kuntest tiegħu ġew evalwati b’mod oġġettiv u vverifikati statistikament diversi elementi kostitwenti tal-bijodiversità, f’1 400 żona ddistribwiti fi ħdan netwerk regolari, li jkopri s-sit kollu tal-foresta ta’ Białowieża. Fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, l-ikbar theddida tirriżulta wkoll mit-tnaqqis fis-siġar<?PAGE NO="21"?> tal-luq. Fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT>, tal-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT> u tar-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT>, l-iktar theddida serja tirriżulta mill-interruzzjoni tal-influss kontinwu ta’ injam mejjet ta’ daqs kbir, interruzzjoni kkawżata mid-deklin f’daqqa tal-popolazzjonijiet tas-siġar tal-prinjol iktar anzjani minħabba l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta’ qtugħ marbut mat-tneħħija ta’ siġar tal-prinjol mejta għandha impatt pożittiv fuq il-habitat tal-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT> u tal-<HT TYPE="ITALIC">Osmoderma eremita</HT>, billi żżid l-aċċess għad-dawl fil-foresta. Fir-rigward tal-ispeċi l-oħra, jiġifieri l-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT> u r-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT>, is-siġra tal-prinjol ma hijiex l-ffavorita tagħhom. Attwalment, il-foresta ta’ Białowieża fiha medja ta’ madwar 64 m<HT TYPE="SUP">3</HT> ta’ injam mejjet għal kull ettaru. Fid-dawl tal-apparenza kontinwa ta’ injam mejjet fil-pajsaġġ, dan l-element jiggarantixxi kompletament is-sigurtà tal-habitats tal-ispeċi ta’ ħanfus inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika tal-Polonja, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll iż-żoni ta’ referenza. Dawn bl-ebda mod ma huma intiżi li jikkumpensaw jew li jtaffu l-impatt allegatament negattiv tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni. Fil-fatt, dawn iż-żoni ġew stabbiliti konformement mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, previst fl-Artikolu 4(3) TUE, sabiex ikun jista’ jsir paragun maż-żoni l-oħra tal-foresta ta’ Białowieża. Barra minn hekk, il-pożizzjoni tal-imsemmija żoni hija marbuta mal-istat ta’ konservazzjoni tal-habitats naturali u mal-assenza ta’ neċessità li jitwettqu missjonijiet ta’ konservazzjoni li jirriżultaw mill-PZO tal-2015. Il-Kummissjoni lanqas ma tista’ tikkritika lill-awtoritajiet Pollakki li ma ssuġġettawx dawn l-istess żoni għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Fil-fatt, jekk jiġi segwit tali raġunament, ikollha ssir kritika identifika fir-rigward tal-interruzzjoni tal-esplojtazzjoni fil-foresta kollha ta’ Białowieża mitluba mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma għandhiex raġun, skont ir-Repubblika tal-Polonja, meta tqis li n-nuqqas ta’ azzjoni għandu impatt pożittiv fuq il-bijodiversità. B’hekk, mir-riżultati tal-inventarju mwettaq mix-xahar ta’ April 2016 jirriżulta li, pereżempju, fiż-żona ta’ protezzjoni stretta tal-park nazzjonali ta’ Białowieża, hija preżenti biss kolonja waħda ta’ <HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT> filwaqt li, fit-territorju tad-distrett forestali ta’ Białowieża, tali preżenza ġiet ikkonstatata 70 darba. Sitwazzjoni analoga tapplika għal serje sħiħa ta’ speċi oħra, bħalma huma, b’mod partikolari, il-kokka nana jew it-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar għarfien xjentifiku disponibbli, ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza li l-foresta ta’ Białowieża hija ekosistema tant speċifika u unika li r-riżultati tal-istudji, dwar l-interdipendenza bejn id-diversi organiżmi, imwettqa f’ekosistemi oħra, ma jistgħux jiġu applikati għas-sitwazzjoni ta’ din il-foresta. Issa, filwaqt li parti mill-komunità xjentifika toġġezzjona għat-trattament tal-firxa tal-ħanfus tal-prinjol permezz tat-twaqqigħ tas-siġar ikkolonizzati, teżisti wkoll sensiela ta’ xogħlijiet xjentifiċi li minnhom jirriżulta li l-assenza ta’ intervent kontra l-ħanfus tal-prinjol fil-foresta ta’ Białowieża ser tiġġenera preċiżament probabbiltà qawwija li jkun hemm dannu gravi u rreparabbli għall-habitats naturali u għall-habitats tal-ispeċi ta’ annimali li għall-konservazzjoni tagħhom ġie stabbilit is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska. Barra minn hekk, minn studju dwar il-foresta ta’ Białowieża jirriżulta li l-protezzjoni stretta għandha tikkostitwixxi biss komplement u mhux l-element prinċipali tal-istrateġija ta’ konservazzjoni ta’ żamma ta’ livell għoli ta’ bijodiversità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-habitats jimponi fuq l-Istati Membri sensiela ta’ obbligi u ta’ proċeduri speċifiċi maħsuba sabiex jiġu żgurati, kif jirriżulta mill-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, iż-żamma jew, jekk ikun il-każ, l-istabbiliment mill-ġdid, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, tal-habitats naturali u tal-ispeċi ta’ fawna u ta’ flora selvaġġi ta’ interess għall-Unjoni<?PAGE NO="22"?> Ewropea, bil-għan li jintlaħaq l-għan iktar ġenerali tal-istess direttiva li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent fir-rigward tas-siti protetti taħt din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie VLK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:838">EU:C:2016:838</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-habitats huma maħsuba sabiex l-Istati Membri jieħdu miżuri ta’ protezzjoni adegwati bil-għan li jinżammu l-karatteristiċi ekoloġiċi tas-siti li jospitaw tipi ta’ habitats naturali (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Għal dan il-għan l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats jipprevedi proċedura ta’ evalwazzjoni maħsuba sabiex jiġi żgurat, permezz ta’ kontroll minn qabel, li pjan jew proġett li ma jkunux direttament marbuta ma’ jew meħtieġa għall-ġestjoni tas-sit ikkonċernat, iżda li jistgħu jaffettwaw lil dan tal-aħħar b’mod sinjifikattiv, ikunu awtorizzati biss sakemm ma jippreġudikawx l-integrità ta’ dan is-sit (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi speċifikat li, fir-rigward taż-żoni kklassifikati bħala ŻPS, l-obbligi li joħorġu minn din id-dispożizzjoni jieħdu post, konformement mal-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar il-habitats, l-obbligi li joħorġu mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva dwar l-għasafar, u dan b’effett mid-data tal-klassifikazzjoni taħt din id-direttiva meta din id-data tal-aħħar tkun sussegwenti għad-data tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-habitats (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161124">24 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:895">EU:C:2016:895</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats jagħmel distinzjoni bejn żewġ fażijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>L-ewwel fażi, imsemmija fl-ewwel sentenza tal-imsemmija dispożizzjoni, tirrikjedi lill-Istati Membri jwettqu evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett meta jkun hemm probabbiltà li dan il-pjan jew dan il-proġett jaffettwaw b’mod sinjifikattiv dan is-sit (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fid-dawl tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, meta pjan jew proġett li ma jkunux direttament marbuta ma’ jew meħtieġa għall-ġestjoni ta’ sit jippreżentaw riskju li jiġu kompromessi l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit, dan il-pjan jew dan il-proġett għandhom jitqiesu li huma ta’ natura li jistgħu jaffettwaw dan is-sit b’mod sinjifikattiv. L-evalwazzjoni tal-imsemmi riskju għandha titwettaq, b’mod partikolari, fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi tas-sit ikkonċernat minn tali pjan jew tali proġett (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq is-sit ikkonċernat li għandha titwettaq skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats timplika li għandhom jiġu identifikati, fid-dawl tal-aħjar għarfien xjentifiku fil-qasam, l-aspetti kollha tal-pjan jew tal-proġett inkwistjoni li jistgħu, waħedhom jew flimkien ma’ pjanijiet jew proġetti oħra, jaffettwaw l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑142/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:301">EU:C:2017:301</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-evalwazzjoni mwettqa taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats ma tistax ma tkunx kompleta u għandha tinkludi konstatazzjonijiet u konklużjonijiet kompleti, preċiżi u definittivi, ta’ natura li jeliminaw kull dubju xjentifiku raġonevoli dwar l-effetti<?PAGE NO="23"?> tax-xogħlijiet ippjanati fis-sit protett ikkonċernat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>It-tieni fażi, prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, li tapplika minn wara l-imsemmija evalwazzjoni xierqa, tillimita l-awtorizzazzjoni ta’ tali pjan jew proġett għall-kundizzjoni li dan il-pjan jew dan il-proġett ma jippreġudikawx l-integrità tas-sit ikkonċernat, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(4) ta’ din id-direttiva (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Sabiex ma tkunx ippreġudikata l-integrità ta’ sit bħala habitat naturali, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, huwa meħtieġ li s-sit jinżamm fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, li jimplika ż-żamma sostenibbli tal-karatteristiċi kostitwenti tas-sit ikkonċernat, marbuta mal-preżenza ta’ tip ta’ habitat naturali li l-għan ta’ preżervazzjoni tiegħu ġġustifika l-inklużjoni ta’ dan is-sit fil-lista tas-SIK, fis-sens ta’ din id-direttiva (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett, fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, tista’ tingħata biss bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ċerti li dan il-pjan jew dan il-proġett ma humiex ser ikollhom effetti dannużi dejjiema għall-integrità tas-sit ikkonċernat. Dan ikun il-każ meta ma jkun hemm ebda dubju raġonevoli minn perspettiva xjentifika fir-rigward tal-assenza ta’ tali effetti (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie VLK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:838">EU:C:2016:838</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tintegra b’hekk il-prinċipju ta’ prekawzjoni u tippermetti li jiġi evitat b’mod effettiv li jiġi kkawżat preġudizzju għall-integrità tas-siti protetti minħabba l-pjanijiet jew il-proġetti previsti. Kriterju ta’ awtorizzazzjoni inqas strett ma jistax jiggarantixxi b’mod daqstant effettiv li jintlaħaq l-għan ta’ protezzjoni tas-siti, li huwa l-għan tal-imsemmija dispożizzjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jistgħux jawtorizzaw interventi li jimplikaw ir-riskju li jiġu kompromessi b’mod dejjiemi l-karatteristiċi ekoloġiċi tas-siti li jospitaw tipi ta’ habitats naturali ta’ interess Komunitarju jew prijoritarji. Dan ikun b’mod partikolari l-każ meta intervent jimplika r-riskju ta’ għejbien jew ta’ qerda parzjali u irreparabbli ta’ tali tip ta’ habitat naturali preżenti fis-sit ikkonċernat (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:768">EU:C:2011:768</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0163">163</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, huwa fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza t-twettiq tal-proġett li ma għandu jkun hemm ebda dubju raġonevoli minn perspettiva xjentifika fir-rigward tal-assenza ta’ effetti dannużi għall-integrità tas-sit ikkonċernat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:665">EU:C:2006:665</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑142/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:301">EU:C:2017:301</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandu jiġi eżaminat jekk, kif issostni l-Kummissjoni permezz tal-ewwel ilment tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja kisritx, bl-adozzjoni tal-Anness tal-2016 u tad-Deċiżjoni Nru 51, l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="24"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ pjan jew ta’ proġett mhux direttament marbuta ma’ jew meħtieġa għall-ġestjoni tas-sit ikkonċernat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>L-Anness tal-2016 emenda l-PĠF tal-2012 dwar id-distrett forestali ta’ Białowieża sabiex jippermetti, għall-perijodu 2012-2021, iż-żieda, f’dan id-distrett forestali, fil-volum tal-injam esplojtabbli minn <FT TYPE="NUMBER">63471</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> għal <FT TYPE="NUMBER">188000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT>, permezz tat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva, bħalma huma t-tneħħija, permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>, ta’ siġar tal-prinjol ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol, it-tneħħija ta’ siġar moribondi u ż-żrigħ mill-ġdid ta’ siġar. Skont id-Deċiżjoni Nru 51, dawn l-operazzjonijiet ġew implimentati mhux biss fid-distrett forestali ta’ Białowieża iżda wkoll fid-distretti forestali ta’ Browsk u ta’ Hajnówka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Anness tal-2016, peress li b’hekk għandu l-għan waħdieni li jżid il-volum tal-injam esplojtabbli permezz tat-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni fi ħdan is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, bl-ebda mod ma jiffissa l-għanijiet u l-miżuri ta’ konservazzjonijiet dwar dan is-sit, li, fil-verità, jinsabu fil-PZO tal-2015, adottat ftit ta’ żmien qabel mill-awtoritajiet Pollakki.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Anness tal-2016 u d-Deċiżjoni Nru 51, sa fejn jippermettu tali intervent fl-ambjent naturali intiż għall-esplojtazzjoni tar-riżorsi tal-foresta, jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li l-volum tal-injam esplojtabbli previst fl-Anness tal-2016 huwa inqas minn dak awtorizzat mill-pjanijiet ta’ ġestjoni forestali għall-perijodi 1992-2001 u 2002-2011. Fil-fatt, l-eżistenza ta’ pjan jew ta’ proġett li ma jkunux direttament marbuta ma’ jew meħtieġa għall-ġestjoni ta’ sit protett tiddependi essenzjalment min-natura tal-intervent inkwistjoni u mhux mill-portata tiegħu biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Polonja ma għandhiex raġun meta ssostni li l-Anness tal-2016 ippermetta li jintlaħaq l-għan ta’ konservazzjoni li tiġi llimitata l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol. Fil-fatt, dan l-għan bl-ebda mod ma jinsab fost l-għanijiet ta’ konservazzjonijiet li jinsabu fil-PZO tal-2015, li, għall-kuntrarju, jipprevedi espliċitament, fl-Anness 3, li t-tneħħija tas-siġar tal-prinjol ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol għandu jitqies li huwa perikolu potenzjali għaż-żamma ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-habitats tal-kokka nana, tal-kokka ta’ Tengmalm u tat-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-Repubblika tal-Polonja kienet obbligata, taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, twettaq evalwazzjoni xierqa tal-effetti tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni jekk kien hemm probabbiltà li dawn l-operazzjonijiet jaffettwaw b’mod kunsiderevoli l-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-neċessità u l-eżistenza ta’ evalwazzjoni xierqa tal-effetti fuq is-sit ikkonċernat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, min-natura tagħhom stess, l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni, sa fejn jipprevedu l-implimentazzjoni ta’ miżuri, bħalma huma t-tneħħija u t-twaqqigħ ta’ siġar, f’habitats protetti fi ħdan is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, jistgħu, fid-dawl ukoll tal-portata u tal-intensità tagħhom, jikkompromettu l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, b’mod partikolari, li l-Anness tal-2016 jawtorizza l-estrazzjoni ta’ volum ta’ injam ta’ <FT TYPE="NUMBER">188000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> fid-distrett forestali ta’ Białowieża għall-perijodu 2012-2021, li jirrappreżenta livell għoli ta’ esplojtazzjoni, ta’ kważi tliet darbiet ikbar minn dak li kien awtorizzat mill-PĠF tal-2012 għall-istess perijodu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="25"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li kien hemm probabbiltà li l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni jaffettwaw b’mod sinjifikattiv l-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Repubblika tal-Polonja lanqas ma tikkontesta li hija kienet obbligata twettaq evalwazzjoni tal-effetti ta’ dawn l-operazzjonijiet fuq l-imsemmi sit, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats. Hija ssostni, għall-kuntrarju, li kienet ikkonformat ruħha kompletament ma’ din id-dispożizzjoni meta wettqet l-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Huwa minnu li huwa paċifiku li, wara l-evalwazzjoni inizjali li kkonkludiet li l-abbozz inizjali tal-anness għall-PĠF tal-2012 dwar id-distrett forestali ta’ Białowieża, li kien jawtorizza volum ta’ esplojtazzjoni ta’ injam ta’ <FT TYPE="NUMBER">317894</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT>, seta’ jkollu effetti dannużi għall-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, l-awtoritajiet Pollakki naqsu dan il-volum, fl-Anness tal-2016, għal <FT TYPE="NUMBER">188000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Madankollu, jibqa’ l-fatt li l-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015 fiha diversi nuqqasijiet sostanzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li din l-evalwazzjoni tikkonċerna biss l-Anness tal-2016 u mhux id-Deċiżjoni Nru 51, filwaqt li din tal-aħħar estendiet l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva previsti fl-imsemmi anness fir-rigward tad-distrett forestali ta’ Białowieża biss għad-distretti forestali ta’ Browsk u ta’ Hajnówka u, għaldaqstant, għas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska kollu, bl-eċċezzjoni tal-park nazzjonali biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-impatt ta’ dawn l-operazzjonijiet f’dawn iż-żewġ distretti forestali tal-aħħar ma kien is-suġġett ta’ ebda evalwazzjoni mill-awtoritajiet Pollakki. Issa, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 113 ta’ din is-sentenza, l-evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett li ma jkunux direttament marbuta ma’ jew meħtieġa għall-ġestjoni tas-sit ikkonċernat għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-effetti kumulattivi li jirriżultaw mill-kombinazzjoni ta’ dan il-pjan jew proġett ma’ pjanijiet jew proġetti oħra fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 162 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-kliem stess tal-punt 4.2 tal-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>[i]d-dispożizzjonijiet dwar l-effetti fuq is-sit Natura 2000 [Puszcza Białowieska] li jinsabu fl-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent’ għas-snin 2012-2021 ma għandhomx, bħala prinċipju, jiġu aġġornati<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, jirriżulta li din l-evalwazzjoni twettqet fuq il-bażi tad-data użata sabiex jiġu evalwati l-effetti tal-PĠF tal-2012 fuq dan is-sit, u mhux fuq il-bażi ta’ data aġġornata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Issa, evalwazzjoni ma tistax titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>xierqa<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats fl-assenza ta’ data aġġornata dwar il-habitats u l-ispeċi protetti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120911">11 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑43/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:560">EU:C:2012:560</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ iktar u iktar f’din il-kawża fejn l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni huma maħsuba preċiżament sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni element ġdid li mmaterjalizza fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska wara l-adozzjoni tal-PĠF tal-2012, jiġifieri, fi kliem il-punt 2.8 tal-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>degradazzjoni ikbar tal-popolazzjonijiet forestali kkawżata mill-firxa dejjem tikber tal-ħanfus tal-prinjol<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>, li l-ewwel sintomi tagħha dehru, skont dan id-dokument, sa mis-sena 2011 u li l-iktar punt kritiku tagħha ntlaħaq matul is-sena 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 113, 114 u 120 ta’ din is-sentenza, huwa fuq il-bażi ta’ konstatazzjonijiet u ta’ konklużjonijiet kompleti, preċiżi u definittivi li ma kellu jkun hemm, fid-data tal-adozzjoni tal-Anness tal-2016 li jawtorizza t-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni, ebda dubju raġonevoli minn perspettiva xjentifika, fid-dawl tal-aħjar għarfien f’dan il-qasam, fir-rigward tal-assenza ta’ effetti dannużi għall-integrità tal-imsemmi sit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="26"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi osservat li l-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015 la tagħmel riferiment għall-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-habitats u tal-ispeċi protetti fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska li kien is-suġġett tal-PZO tal-2015, la tiddefinixxi l-integrità ta’ dan is-sit u lanqas ma teżamina b’mod serju r-raġunijiet għaliex l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni ma humiex ta’ natura li jippreġudikaw dan is-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>B’mod partikolari, din l-evalwazzjoni, li tikkonċentra essenzjalment fuq il-popolazzjonijiet ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol, jiġifieri, prinċipalment, is-siġar tal-prinjol, ma teżaminax b’mod sistematiku u ddettaljat ir-riskji tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet għal kull wieħed u waħda mill-habitats u mill-ispeċi protetti fi ħdan is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>B’hekk, fir-rigward tal-habitats 91D0 (boskijiet tal-bog) u 91E0 (foresti alluvjali b’siġar tal-alnu, tal-fraxxnu, taż-żafżafa u tal-luq), l-imsemmija evalwazzjoni, wara li osservat li dawn il-habitats ser ikunu s-suġġett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>tindif li jippermetti li jgħaddi d-dawl<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> f’popolazzjonijiet li jinkludu s-siġar tal-prinjol, tikkonkludi, mingħajr analiżi addizzjonali, fil-punt 4.2.1, li dan it-tindif <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0078" ID="QS0078"/>ma huwiex ser jippreġudika l-istat ta’ konservazzjoni tal-habitat<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>, filwaqt li tindika biss, f’dan ir-rigward, li l-portata tal-qtugħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0079" ID="QS0079"/>għandha tiddependi mir-riskju reali ta’ estensjoni tal-firxa<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>, mingħajr madankollu ma tipprovdi l-iċken dettall konkret dwar l-evalwazzjoni probabbli ta’ din il-firxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015 tikkonkludi, fil-punt 4.2.3 tagħha, li hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0080" ID="QS0080"/>effetti negliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> għall-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT>, għall-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT>, għall-kuċċarda, għat-tektiek is-siġar ta’ daru abjad, għaż-żanżarell ta’ sidru aħmar, għaż-żanżarell tal-kullar u għat-tudun tas-siġar, mingħajr spjegazzjoni oħra għajr il-fatt li dawn huma speċi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0081" ID="QS0081"/>li, fil-parti l-kbira tagħhom, huma direttament marbuta maż-żoni forestali u li fir-rigward tagħhom l-operazzjonijiet ippjanati ma huma ser ikollhom ebda impatt notevoli<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>. Barra minn hekk, filwaqt li din l-evalwazzjoni tosserva, fl-istess punt 4.2.3, fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, tal-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, tal-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, tal-<HT TYPE="ITALIC">Osmoderma eremita</HT>, tar-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT>, tal-kokka nana u tat-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="2019" ID="QE0073"/>, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0082" ID="QS0082"/>impatt fuq il-habitat tagħhom ma jistax jiġi eskluż f’każijiet iżolati<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/>, hija tikkonstata biss, sabiex twarrab l-eżistenza ta’ impatt sinjifikattiv, iż-żamma ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0083" ID="QS0083"/>parti mill-popolazzjonijiet bis-siġar moribondi<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>, mingħajr madankollu ma tiffissa l-kwantità tagħhom jew il-post fejn għandhom jinżammu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015 ma setgħetx tkun ta’ natura li telimina kull dubju xjentifiku dwar l-effetti dannużi tal-Anness tal-2016 fuq is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni hija kkorroborata mill-adozzjoni, fl-istess jum li fih ġie approvat dan l-anness, tal-programm ta’ rimedjazzjoni u, sitt ijiem wara, tad-Deċiżjoni Nru 52.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-motivi ta’ dan il-programm u mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-deċiżjoni, dawn il-miżuri kellhom preċiżament l-għan li jiġu evalwati l-effetti tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva previsti fl-imsemmi anness fuq is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, bl-istabbiliment, fid-distretti forestali ta’ Białowieża u ta’ Browsk, ta’ żoni ta’ referenza, li fihom ma kellha titwettaq l-ebda waħda minn dawn l-operazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Skont l-ispjegazzjonijiet mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja stess, dawn iż-żoni kellhom, b’mod partikolari, jippermettu li jiġi evalwat, fuq superfiċi ta’ madwar <FT TYPE="NUMBER">17000</FT> ettaru, l-iżvilupp tal-karatteristiċi ta’ dan is-sit mingħajr ebda intervent tal-bniedem, sabiex dan l-iżvilupp jitqabbel ma’ dak li jirriżulta mill-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva previsti fl-Anness tal-2016, li għalhekk kellhom jitwettqu fil-kumplament tas-superfiċi tat-tliet distretti forestali inkwistjoni, li jirrappreżentaw madwar <FT TYPE="NUMBER">34000</FT> ettaru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Madankollu, evalwazzjoni xierqa tal-effetti fuq is-sit ikkonċernat tal-pjan jew tal-proġett għandha tippreċedi l-approvazzjoni tagħhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑127/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:482">EU:C:2004:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant,<?PAGE NO="27"?> din l-evalwazzjoni ma tistax issir fl-istess ħin li tingħata l-approvazzjoni jew iktar tard (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑304/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:532">EU:C:2007:532</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:768">EU:C:2011:768</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa paċifiku li, fil-mument tal-adozzjoni tal-Anness tal-2016, l-awtoritajiet Pollakki ma kellhomx ir-riżultati kompleti tal-inventarju tal-bijodiversità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, li huma kienu qiesu li kien neċessarju li kellu jitwettaq b’effett mix-xahar ta’ April 2016, sabiex jiġu identifikati l-postijiet fejn kienu jinsabu l-ispeċi protetti preżenti f’dan is-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, għalhekk, dawn l-awtoritajiet stess kienu konxji tal-fatt li d-data disponibbli fil-mument ta’ dan l-anness kienet insuffiċjenti fir-rigward tal-impatt tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni fuq dawn l-ispeċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li, minħabba li ma kellhomx id-data rilevanti kollha sabiex jevalwaw l-effetti tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni fuq l-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, l-awtoritajiet Pollakki ma wettqux, qabel l-adozzjoni tal-Anness tal-2016 u tad-Deċiżjoni Nru 51, evalwazzjoni xierqa ta’ dawn l-effetti u, għalhekk, naqsu milli jwettqu l-obbligu tagħhom taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-preġudizzju għall-integrità tas-sit ikkonċernat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-awtoritajiet Pollakki approvaw l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni minkejja li dawn jistgħu jippreġudikaw l-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif ġie indikat fil-punt 16 ta’ din is-sentenza, is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska ġie kklassifikat, fuq talba tar-Repubblika tal-Polonja, bħala SIK, skont id-Direttiva dwar il-habitats, u jikkostitwixxi wkoll ŻPS, ikklassifikat bħala tali konformement mad-Direttiva dwar l-għasafar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Issa, is-sistema ta’ protezzjoni li minnha jgawdu s-siti li jagħmlu parti min-netwerk Natura 2000 taħt dawn id-direttivi, għalkemm ma tipprojbixxix, kif issostni r-Repubblika tal-Polonja, kull attività tal-bniedem fi ħdan dawn is-siti, xorta waħda tissuġġetta l-awtorizzazzjoni tal-imsemmija attivitajiet għall-osservanza tal-obbligi previsti minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Azienda Agro-Zootecnica Franchini u Eolica di Altamura</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:502">EU:C:2011:502</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 134 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-argument ta’ dan l-Istat Membru, ibbażat fuq il-fatt li l-foresta ta’ Białowieża ma tistax titqies li hija foresta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0084" ID="QS0084"/>naturali<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0085" ID="QS0085"/>primarja<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/>, peress li kienet minn dejjem is-suġġett ta’ esplojtazzjoni attiva mill-bniedem li ddeterminat il-karatteristiċi tagħha, huwa kompletament irrilevanti peress li d-Direttiva dwar il-habitats u Direttiva dwar l-għasafar jillimitaw, irrispettivament mill-klassifikazzjoni ta’ din il-foresta, il-ġestjoni forestali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>B’hekk, konformement mat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, applikabbli, skont l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, għaż-ŻPS, ir-Repubblika tal-Polonja ma setgħetx tawtorizza l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni ħlief bil-kundizzjoni li dawn ma jkollhomx effetti dannużi għaż-żamma sostenibbli tal-karatteristiċi kostitwenti tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska li huma marbuta mal-preżenza tat-tipi ta’ habitats li l-għan ta’ konservazzjoni tagħhom iġġustifika l-inklużjoni ta’ dan is-sit fil-lista tas-SIK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li l-għan ta’ konservazzjoni li wassal għall-klassifikazzjoni tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska bħala SIK u ŻPS jikkorrispondi għaż-żamma fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, skont il-karatteristiċi kostitwenti ta’ dan is-sit, tal-habitats 9170 (foresti tar-ruvlu-karpin<?PAGE NO="28"?> subkontinentali), 91D0 (boskijiet tal-bog) u 91E0 (foresti alluvjali b’siġar tal-alnu, tal-fraxxnu, taż-żafżafa u tal-luq), tal-habitats ta’ ħanfus saprossiliku, bħalma huma l-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT> u r-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT>, kif ukoll tal-habitats ta’ għasafar, bħalma l-kuċċarda, il-kokka nana, il-kokka ta’ Tengmalm, it-tektiek is-siġar ta’ daru abjad, it-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’, iż-żanżarell ta’ sidru aħmar, iż-żanżarell tal-kullar u t-tudun tas-siġar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Sabiex tistabbilixxi ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, il-Kummissjoni, fid-dawl tal-prinċipju ta’ prekawzjoni li, kif ġie indikat fil-punt 118 ta’ din is-sentenza, huwa integrat f’din id-dispożizzjoni, ma hijiex meħtieġa tistabbilixxi relazzjoni ta’ kawża u effett bejn l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni u l-preġudizzju għall-integrità ta’ dawn il-habitats u speċi, iżda huwa biżżejjed li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ probabbiltà jew ta’ riskju li dawn l-operazzjonijiet jipprovokaw tali preġudizzju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:768">EU:C:2011:768</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0142">142</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk, kif issostni l-Kummissjoni insostenn tal-ewwel ilment tagħha, l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni jistgħux ikollhom effetti dannużi għall-imsemmija habitats u speċi protetti fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska u, għaldaqstant, jekk humiex ta’ natura li jippreġudikaw l-integrità ta’ dan is-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel nett jiġi kkonstatat li, għalkemm dawn l-operazzjonijiet jikkonċernaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0086" ID="QS0086"/>qabel kollox<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/>, skont il-kliem tal-Anness tal-2016, it-twaqqigħ tas-siġar tal-prinjol ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol, la dan l-anness u lanqas id-Deċiżjoni Nru 51 ma jinkludu restrizzjonijiet marbuta mal-età tas-siġar jew mal-popolazzjonijiet forestali kkonċernati mill-imsemmija operazzjonijiet, b’mod partikolari skont il-habitat li fih jinsabu. Anzi, għall-kuntrarju, id-Deċiżjoni Nru 51 tipprevedi espliċitament it-twaqqigħ tas-siġar ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0087" ID="QS0087"/>fil-klassijiet kollha ta’ etajiet tal-popolazzjonijiet forestali<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> u tispeċifika li, fir-rigward tal-qtugħ, kienet qiegħda ssir deroga mir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0088" ID="QS0088"/>restrizzjonijiet marbuta mal-età tas-siġar u mal-funzjonijiet tal-popolazzjonijiet forestali<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/>. Minn dan isegwi li l-Anness tal-2016 u d-Deċiżjoni Nru 51 jawtorizzaw it-twaqqigħ ta’ siġar tal-prinjol ta’ mitt sena jew iktar f’kull tip ta’ popolazzjoni forestali, inkluż fil-habitats protetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>It-tieni nett, jidher li kemm l-Anness tal-2016 u kemm id-Deċiżjoni Nru 51 jippermettu t-twaqqigħ ta’ siġar għal raġunijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0089" ID="QS0089"/>sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/>, mingħajr l-inqas preċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet konkreti li jiġġustifikaw twaqqigħ għal tali raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Anness tal-2016 u d-Deċiżjoni Nru 51 jawtorizzaw it-tneħħija ta’ kull tip ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0090" ID="QS0090"/>siġar<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/>, li b’hekk jinkludu mhux biss is-siġar tal-prinjol iżda wkoll is-siġar tal-arżnu, tal-karpin, tal-ballut, tal-alnu, tal-fraxxnu, taż-żafżafa u tal-luq, meta jkunu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0091" ID="QS0091"/>mejta<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0092" ID="QS0092"/>xotti<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0093" ID="QS0093"/>moribondi<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/>, mingħajr lanqas ma jipprevedu restrizzjoni fir-rigward tal-popolazzjonijiet ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Jidher għalhekk li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-Repubblika tal-Polonja, l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni ma jikkonsistux esklużivament fi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0094" ID="QS0094"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/> bil-għan li jiġu eliminati biss is-siġar tal-prinjol ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol u dawn l-operazzjonijiet jippermettu t-twaqqigħ u l-qtugħ preċedenti għat-twaqqigħ fil-popolazzjonijiet ta’ speċi komposti minn, minn tal-inqas, 10 % ta’ kampjuni ta’ mitt sena jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Issa, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 119 ta’ din is-sentenza, operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva, bħal dawk inkwistjoni, li jikkonsistu fit-tneħħija u fit-twaqqigħ ta’ numru sinjifikattiv ta’ siġar fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, jippreżentaw riskju, minħabba n-natura tagħhom stess, li jiġu kompromessi b’mod dejjiemi l-karatteristiċi ekoloġiċi ta’ dan is-sit, sa fejn huwa inevitabbli li dawn l-operazzjonijiet jistgħu jwasslu għall-għejbien jew għall-qerda parzjali u irreparabbli tal-habitats u tal-ispeċi protetti li jinsabu fl-imsemmi sit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="29"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>B’hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni jikkostitwixxu preċiżament il-materjalizzazzjoni tal-perikoli potenzjali identifikati mill-awtoritajiet Pollakki fl-Anness 3 tal-PZO tal-2015 fir-rigward ta’ dawn il-habitats u l-ispeċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0095" ID="QS0095"/>it-twaqqigħ ta’ siġar fil-popolazzjonijiet ta’ iktar minn mitt sena<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/> huwa identifikat bħala perikolu potenzjali fil-PZO tal-2015 għall-habitats 9170 (foresti tar-ruvlu-karpin subkontinentali) u 91E0 (foresti alluvjali b’siġar tal-alnu, tal-fraxxnu, taż-żafżafa u tal-luq) kif ukoll għall-kuċċarda li tgħix f’dawn il-habitats, filwaqt li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0096" ID="QS0096"/>qtugħ forestali<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/> u t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0097" ID="QS0097"/>tiġdid tal-età tal-foresti u tal-foresti mħallta permezz ta’ operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/> huma, barra minn hekk, imsemmija bħala perikoli għall-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>It-tieni nett, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0098" ID="QS0098"/>it-tneħħija tas-siġar tal-arżnu u tal-prinjol ta’ iktar minn mitt sena kkolonizzati<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/>, jiġifieri kkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol, hija identifikata bħala perikolu potenzjali għall-kokka nana, għall-kokka ta’ Tengmalm u għat-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0099" ID="QS0099"/>it-tneħħija tas-siġar mejta jew moribondi<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/> hija identifikata bħala perikolu potenzjali għall-habitats 9170 (foresti tar-ruvlu-karpin subkontinentali) u 91E0 (foresti alluvjali b’siġar tal-alnu, tal-fraxxnu, taż-żafżafa u tal-luq), kif ukoll għall-kokka nana, għall-kokka ta’ Tengmalm, għat-tektiek is-siġar ta’ daru abjad, għat-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’ u għall-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, filwaqt li t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0100" ID="QS0100"/>tneħħija ta’ siġar moribondi<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="201D" ID="QE0100"/> hija identifikata bħala perikolu potenzjali għall-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, għall-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, għall-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT>, għall-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT> u għar-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi speċifikat li, sa fejn l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni jikkorrispondu preċiżament għall-perikoli potenzjali identifikati mill-awtoritajiet Pollakki fl-Anness 3 tal-PZO tal-2015 fir-rigward ta’ dawn il-habitats u ta’ dawn l-ispeċi, huwa irrilevanti għall-evalwazzjoni tal-preġudizzju għall-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-Repubblika tal-Polonja, li l-Anness tal-2016 ma fih ebda dispożizzjoni li tipprevedi espliċitament il-qtil intenzjonat, il-qabda jew it-tfixkil tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Ebda wieħed mill-argumenti l-oħra mressqa mir-Repubblika tal-Polonja ma huwa ta’ natura li jdaħħal inkwistjoni dawn il-konstatazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi miġġielda l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol, huwa minnu li, fid-dawl tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, li huwa wieħed mill-pedamenti tal-politika ta’ protezzjoni ta’ livell għoli segwita mill-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, konformement mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 191(2) TFUE, u li fid-dawl tiegħu għandha tiġi interpretata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-ambjent, ma jistax jiġi eskluż li Stat Membru jista’, b’osservanza stretta tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ikun awtorizzat jimplimenta operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva fi ħdan sit Natura 2000 protett taħt id-Direttiva dwar il-habitats u taħt id-Direttiva dwar l-għasafar, sabiex iwaqqaf il-firxa ta’ organiżmu ta’ ħsara li jista’ jippreġudika l-integrità ta’ dan is-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, l-argument imressaq mir-Repubblika tal-Polonja fuq dan il-punt ma jippermettix li jitqies li l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni jistgħu jkunu ġġustifikati mill-ħtieġa li titwaqqaf il-firxa ta’ tali organiżmu ta’ ħsara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, kif jirriżulta diġà mill-punti 126 u 167 ta’ din is-sentenza, il-ħanfus tal-prinjol, minkejja li l-ewwel sintomi tal-firxa tagħhom kienu ġew osservati, skont dan l-Istat Membru, matul is-sena 2011, bl-ebda mod ma huma identifikati mill-PZO tal-2015 bħala perikolu potenzjali għall-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, iżda, għall-kuntrarju, kienet it-tneħħija tas-siġar tal-prinjol u tas-siġar tal-arżnu ta’ mitt sena jew iktar ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol li kienet identifikata minn dan il-pjan bħala tali perikolu potenzjali. Għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet ir-Repubblika tal-Polonja matul is-seduta, il-PZO tal-2015 barra minn hekk ma jipprevedix il-possibbiltà li jitwettaq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0101" ID="QS0101"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0101" CODE="201D" ID="QE0101"/> fir-rigward, speċifikament, tas-siġar ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="30"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>It-tieni nett, fid-dawl tal-informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża, għall-kuntrarju ta’ dak li tallega r-Repubblika tal-Polonja, ma tista’ tiġi stabbilita ebda rabta bejn il-volum tal-injam esplojtabbli u l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm huwa minnu li l-PĠF tal-2012, wara l-intervent tal-Kummissjoni, naqqas għal <FT TYPE="NUMBER">63471</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> il-volum tal-injam esplojtabbli fid-distrett forestali ta’ Białowieża għall-perijodu 2012-2021, huwa paċifiku li, saħansitra qabel intemmet is-sena 2015, jiġifieri wara inqas minn erba’ snin, dan il-limitu massimu, kif diġà ġie indikat fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, kien diġà ntlaħaq mill-awtoritajiet Pollakki.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>Jidher għalhekk li, kif osserva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 160 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-volum ta’ injam estratt minn dan id-distrett baqa’, fil-verità, l-istess bħall-volum ikkonstatat matul perijodi preċedenti, li matulhom il-pjanijiet ta’ ġestjoni forestali applikabbli kienu ffissaw il-volum tal-injam esplojtabbli fid-distrett forestali ta’ Białowieża, rispettivament, bħala <FT TYPE="NUMBER">308000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> għall-perijodu 1992-2001 u <FT TYPE="NUMBER">302000</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT> għall-perijodu 2002-2011. Għaldaqstant, ma jistax jiġi sostnut b’mod validu li l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol kienet dovuta għat-tnaqqis fil-volum tal-injam esplojtabbli bejn is-snin 2012 u 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>It-tielet nett, kif jirriżulta diġà mill-punti 160 sa 163 ta’ din is-sentenza, l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni bl-ebda mod ma jikkonċentraw biss fuq is-siġar tal-prinjol ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol, sa fejn dawn l-operazzjonijiet, minn naħa, jikkonċernaw ukoll is-siġar tal-prinjol mejta, anki jekk ma jkunux ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol, u, min-naħa l-oħra, ma jeskludux it-tneħħija ta’ tipi oħra ta’ siġar, bħalma huma s-siġar tal-karpin, tal-ballut, tal-alnu, tal-fraxxnu, taż-żafżafa u tal-luq. Issa, kif ikkonfermat ir-Repubblika tal-Polonja matul is-seduta għal mistoqsija tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan il-punt, il-ħanfus tal-prinjol jikkolonizza biss is-siġar li l-weraq tagħhom ikunu qishom labar, essenzjalment is-siġar tal-prinjol, u mhux is-siġar b’weraq normali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li, kif enfasizzat ir-Repubblika tal-Polonja stess matul is-seduta, għandu jintlaħaq ċertu bilanċ, sabiex tiġi miġġielda l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol, bejn il-miżuri ta’ ġestjoni forestali attiva u l-miżuri ta’ ġestjoni forestali passiva, u dan sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konservazzjoni previsti fid-Direttiva dwar il-habitats u fid-Direttiva dwar l-għasafar, għandu madankollu jiġi kkonstatat li, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 158 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan l-ibbilanċjar bl-ebda mod ma jinsab fl-istipulazzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 51, li jippermettu t-twaqqigħ ta’ siġar tal-prinjol kif ukoll it-tneħħija ta’ siġar mejta u moribondi, mingħajr ebda restrizzjoni oħra għajr il-limitu massimu li jirriżulta mill-volum massimu tal-injam esplojtabbli awtorizzat fit-tliet distretti forestali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, mill-elementi prodotti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mid-dibattiti matul is-seduta jirriżulta li, fid-data tal-adozzjoni tal-Anness tal-2016, kien għad hemm kontroversja xjentifika dwar l-iktar metodi adegwati sabiex titwaqqaf il-firxa tal-ħanfus tal-prinjol. Kif jirriżulta mill-programm ta’ rimedjazzjoni, din il-kontroversja kienet tikkonċerna, b’mod partikolari, in-natura opportuna stess tal-ġlieda kontra din il-firxa, li, skont ċerti opinjonijiet xjentifiċi, kienet tagħmel parti minn ċiklu naturali li jikkorrispondi għal tendenzi perijodiċi tipiċi għall-karatteristiċi tas-sit li l-għan ta’ preżervazzjoni tiegħu ġġustifika l-inklużjoni tiegħu fil-lista tas-SIK u l-klassifikazzjoni tiegħu bħala ŻPS. Għaldaqstant, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 117 ta’ din is-sentenza, l-awtoritajiet Pollakki ma setgħux jadottaw l-Anness tal-2016, fl-assenza ta’ ċertezza xjentifika dwar l-assenza ta’ effetti dannużi dejjiema tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni fuq l-integrità tas-sit ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="31"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0180"><NO.P>180</NO.P><TXT>Finalment, fil-ħames nett, ir-Repubblika tal-Polonja ma tistax, mingħajr ma tikkontradixxi ruħha, tipprova tibni argument fuq il-bażi tal-miżuri meħuda minn Stati Membri oħra, bħar-Repubblika tal-Awstrija, sabiex tiġi miġġielda l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol, u dan sa fejn, skont l-allegazzjonijiet tagħha stess, li hija tenniet matul is-seduta, il-foresta ta’ Białowieża tant hija speċifika u unika li l-istudji xjentifiċi dwar ekosistemi oħra ma jistgħux jiġu applikati għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0181"><NO.P>181</NO.P><TXT>Mill-banda l-oħra, fir-rigward tal-istess ekosistema, huwa rilevanti li jiġi osservat li, matul is-seduta, il-Kummissjoni osservat, mingħajr ma ġiet ikkontestata mir-Repubblika tal-Polonja, li, fil-parti Bjelorussa tal-foresta ta’ Białowieża, li tmiss mas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, li tkopri madwar <FT TYPE="NUMBER">82000</FT> ettaru, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma qisux li kien meħtieġ li jitwettaq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0102" ID="QS0102"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0102" CODE="201D" ID="QE0102"/> sabiex titwaqqaf il-firxa tal-ħanfus tal-prinjol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-ħolqien ta’ żoni ta’ referenza permezz tad-Deċiżjoni Nru 52, għandu jiġi osservat li r-Repubblika tal-Polonja stess tirrikonoxxi li dawn iż-żoni ma humiex maħsuba sabiex itaffu l-effetti tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, iżda għandhom biss l-għan, kif diġà ġie indikat fil-punt 146 ta’ din is-sentenza, li jiġi evalwat l-iżvilupp tal-karatteristiċi ta’ dan is-sit mingħajr ebda intervent mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0183"><NO.P>183</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi kkonstatat li ż-żoni ta’ referenza previsti fid-Deċiżjoni Nru 52, sa fejn sempliċement iżommu s-sitwazzjoni preċedenti għall-implimentazzjoni tal-Anness tal-2016 f’ċerti partijiet tad-distretti forestali ta’ Białowieża u ta’ Browsk, bl-ebda mod ma jillimitaw l-effetti dannużi li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni fuq il-kumplament tat-territorju ta’ dawn id-distretti forestali. Anzi, għall-kuntrarju, kif issostni ġustament il-Kummissjoni, fl-assenza ta’ impatt fuq il-volum massimu totali ta’ estrazzjoni ta’ injam awtorizzat, il-ħolqien tal-imsemmija żoni, li fir-rigward tagħhom huwa paċifiku li jkopru superfiċi ta’ <FT TYPE="NUMBER">17000</FT> ettaru, li jirrappreżentaw madwar nofs is-superfiċi taż-żewġ distretti forestali inkwistjoni, jista’ jiggrava dawn l-effetti sa fejn minn dan ser tirriżulta, neċessarjament, intensifikazzjoni tat-twaqqigħ fil-partijiet mhux esklużi ta’ dawn id-distretti forestali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0184"><NO.P>184</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegazzjoni li l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni huma esklużi wkoll fir-riżervi naturali kif ukoll fiż-żoni umdi u mistagħdra, għandu jiġi osservat li, għalkemm huwa minnu li jista’ jkun hemm esklużjoni tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni, kif issostni r-Repubblika tal-Polonja, fil-habitats 91D0 (boskijiet tal-bog) u 91E0 (foresti alluvjali b’siġar tal-alnu, tal-fraxxnu, taż-żafżafa u tal-luq), għall-kuntrarju, ma ġiex sostnut u, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, lanqas ma huwa stabbilit li din l-esklużjoni tikkonċerna s-superfiċi kollha ta’ dawn il-habitats. Barra minn hekk, l-imsemmija eċċezzjonijiet, għalkemm jissemmew mid-Direttur Reġjonali għall-Protezzjoni tal-Ambjent ta’ Białystok fl-opinjoni tiegħu, tat-<DATE ISO="20160212">12 ta’ Frar 2016</DATE>, dwar l-Anness tal-2016, la jidhru f’dan l-anness u lanqas fid-Deċiżjoni Nru 51, bħalma lanqas ma jidhru fid-Deċiżjoni Nru 52.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0185"><NO.P>185</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-impatt tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni fuq il-ħanfus saprossiliku, għalkemm ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li ma humiex ser jitneħħew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0103" ID="QS0103"/>is-siġar tal-arżnu mejta wieqfa u esposti għax-xemx<QUOT.END REF.START="QS0103" CODE="201D" ID="QE0103"/>, li jikkostitwixxu l-habitat tal-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, hija madankollu ma tressaq ebda prova insostenn ta’ din l-affermazzjoni, li, barra minn hekk, hija kontradetta mid-dispożizzjonijiet tal-Anness tal-2016 u tad-Deċiżjoni Nru 51, li jipprevedu espliċitament it-tneħħija tas-siġar mejta jew moribondi, mingħajr ma jinkludu r-restrizzjoni invokata minn dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0186"><NO.P>186</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-allegat theddid għall-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, għall-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, għall-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT>, għall-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT> u għar-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT>, invokat mir-Repubblika tal-Polonja u msemmi fil-punt 101 ta’ din is-sentenza, ma jikkorrispondix għal dak identifikat mill-awtoritajiet Pollakki fil-PZO tal-2015. Għall-kuntrarju, minn dan id-dokument tal-aħħar jirriżulta li t-tneħħija ta’ siġar tal-prinjol u ta’ siġar tal-arżnu moribondi tikkostitwixxi tali theddida.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="32"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0187"><NO.P>187</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, huwa irrilevanti li l-popolazzjonijiet ta’ ċerti ħanfus saprossiliku, bħall-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, jew ta’ għasafar, bħall-kokka nana jew it-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’, huma ikbar fid-distrett forestali ta’ Białowieża milli fil-park nazzjonali, li fih ma tista’ titwettaq ebda operazzjoni ta’ ġestjoni forestali attiva. Fil-fatt, anki jekk jitqies li huwa minnu, dan il-fatt bl-ebda mod ma huwa ta’ natura li jdaħħal inkwistjoni il-fatt li, għar-raġunijiet esposti fil-punti 164 sa 168 ta’ din is-sentenza, dawn l-operazzjonijiet jippreġudikaw l-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0188"><NO.P>188</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-ħames lok, sa fejn ir-Repubblika tal-Polonja, billi tiġġustifika wħud mill-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni permezz ta’ raġunijiet marbuta mas-sigurtà pubblika jew mal-ħtieġa li jiġu esplojtati, għal raġunijiet ekonomiċi u/jew soċjali, ir-riżorsi tal-foresta, qiegħda tinvoka l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-habitats, għandu jitfakkar li huwa minnu li, peress li l-għan prinċipali ta’ din id-direttiva huwa li tiffavorixxi ż-żamma tal-bijodiversità, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali u reġjonali, iż-żamma ta’ din il-bijodiversità tista’, f’ċerti każijiet, teħtieġ, b’osservanza ta’ din id-dispożizzjoni, iż-żamma, jekk mhux ukoll l-inkoraġġiment, ta’ attivitajiet tal-bniedem (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120911">11 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑43/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:560">EU:C:2012:560</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0137">137</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0189"><NO.P>189</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li, bħala dispożizzjoni li tidderoga mill-kriterju ta’ awtorizzazzjoni stabbilit fit-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, l-Artikolu 6(4) ta’ din tal-aħħar għandu jiġi interpretat b’mod strett u jista’ japplika biss wara li l-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett ikunu ġew analizzati konformement mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi Artikolu 6(3) (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0190"><NO.P>190</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-habitats, fil-każ li, minkejja konklużjonijiet negattivi tal-evalwazzjoni mwettqa konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva, pjan jew proġett ikollu xorta waħda jitwettaq minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku ikbar, inklużi raġunijiet ta’ natura soċjali jew ekonomika, u meta ma jkunx hemm soluzzjonijiet alternattivi, l-Istat Membru għandu jieħu kull miżura kumpensatorja meħtieġa sabiex jiżgura li tiġi protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000 (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0191"><NO.P>191</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-għarfien tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett, fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni marbuta mas-sit inkwistjoni, jikkostitwixxi kundizzjoni preliminari indispensabbli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(4) tal-imsemmija direttiva minħabba li, fl-assenza ta’ dawn l-elementi, ebda kundizzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni derogatorja ma tkun tista’ tiġi evalwata. L-eżami ta’ eventwali raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku ikbar u l-eżami tal-eżistenza ta’ alternattivi inqas dannużi jeħtieġu, fil-fatt, ibbilanċjar fil-konfront tal-ħsara kkawżata għall-imsemmi sit mill-pjan jew mill-proġett li jkunu previsti. Barra minn hekk, sabiex tiġi ddeterminata n-natura ta’ eventwali miżuri kumpensatorji, il-ħsara għas-sit ikkonċernat għandha tiġi identifikata bi preċiżjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-404/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:768">EU:C:2011:768</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Grüne Liga Sachsen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑399/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:10">EU:C:2016:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0192"><NO.P>192</NO.P><TXT>F’dan il-każ, madankollu, fl-assenza ta’ evalwazzjoni adegwata tal-effetti tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni fuq l-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, u fl-assenza ta’ kull eżami fir-rigward tal-possibbiltà ta’ soluzzjonijiet alternattivi minflok l-implimentazzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja ma tistax tinvoka d-dispożizzjonijiet derogatorji previsti fl-Artikolu 6(4) ta’ din id-direttiva, u dan b’mod partikolari minħabba li, barra minn hekk, hija ma pprevediet ebda miżura kumpensatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0193"><NO.P>193</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-ewwel ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, huwa fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="33"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni lment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-habitats kif ukoll tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva dwar l-għasafar</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0194"><NO.P>194</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-habitats u taħt l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva dwar l-għasafar, minħabba l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0195"><NO.P>195</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li fil-PZO tal-2015 ġew inklużi miżuri ta’ konservazzjoni għas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, mingħajr il-possibbiltà li jitwettqu fil-verità, ma huwiex biżżejjed sabiex ikun issodisfatt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-habitats, li jimponi l-obbligu li jiġu stabbiliti l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għall-habitats naturali msemmija fl-Anness I ta’ din id-direttiva u għall-annimali msemmija fl-Anness II tal-imsemmija direttiva. Fil-fatt, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0104" ID="QS0104"/>jistabbilixxi<QUOT.END REF.START="QS0104" CODE="201D" ID="QE0104"/> teħtieġ li dawn il-miżuri jkunu jistgħu jiġu effettivament implimentati. Din l-interpretazzjoni tapplika wkoll għall-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva dwar l-għasafar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0196"><NO.P>196</NO.P><TXT>Issa, l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva, bħalma huma t-twaqqigħ, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0105" ID="QS0105"/>qtugħ għal raġunijiet ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0105" CODE="201D" ID="QE0105"/> u ż-żrigħ mill-ġdid ta’ boskijiet, f’habitats li ż-żamma tal-istat ta’ konservazzjoni tagħhom teskludi formalment tali attivitajiet, li jikkostitwixxu, min-natura tagħhom stess, theddida għaż-żamma tal-imsemmi stat ta’ konservazzjoni, tmur manifestament kontra l-miżuri ta’ konservazzjoni previsti fl-Anness 5 tal-PZO tal-2015, li jikkonsistu fl-esklużjoni mill-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0106" ID="QS0106"/>tal-popolazzjonijiet kollha ta’ speċi komposti minn minn tal-inqas 10 % ta’ kampjuni ta’ mitt sena jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0106" CODE="201D" ID="QE0106"/>, fiż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0107" ID="QS0107"/>żamma tas-siġar mejta<QUOT.END REF.START="QS0107" CODE="201D" ID="QE0107"/> kif ukoll fiż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0108" ID="QS0108"/>żamma tas-siġar kollha mejta tal-prinjol ta’ iktar minn mitt sena sakemm jimmineralizzaw kompletament<QUOT.END REF.START="QS0108" CODE="201D" ID="QE0108"/>. F’dan ir-rigward, il-postijiet fejn huma ppjanati l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni jikkoinċidu ma’ siti ta’ popolazzjonijiet ta’ mitt sena jew iktar u ma’ habitats ta’ ħanfus saprossiliku, essenzjalment il-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0197"><NO.P>197</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dawn l-operazzjonijiet huma, minn kull aspett, identiċi għat-theddid identifikat fl-Anness 3 tal-PZO tal-2015 għall-habitats naturali u għall-habitats ta’ speċi ta’ għasafar u ta’ ħanfus saprossiliku. Peress li dan it-theddid għandu jiġi evitat bl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni, kull miżura li tikkonkretizza l-imsemmi theddid iddaħħal inkwistjoni dawn il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġġib fix-xejn l-effett utli tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0198"><NO.P>198</NO.P><TXT>L-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 51, li tipprevedi t-tneħħija tas-siġar mejta mit-territorju kollu tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, tkompli ssaħħaħ it-theddid identifikat mill-PZO tal-2015 u tagħmel dejjem iktar diffiċli l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni stabbiliti f’dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0199"><NO.P>199</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni jista’ jkollhom impatt dannuż fuq l-istat ġenerali ta’ konservazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ ħanfus saprossiliku, b’mod partikolari l-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT>, kemm fil-Polonja u kemm fl-Ewropa kollha, peress li s-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska jikkostitwixxi wieħed mill-aħħar postijiet jew wieħed mill-ikbar postijiet fejn jinsab dan il-ħanfus fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0200"><NO.P>200</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, peress li l-għan tad-Direttiva dwar il-habitats u tad-Direttiva dwar l-għasafar huwa li jippermettu ż-żamma u l-istabbiliment mill-ġdid fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-habitats tal-ispeċi protetti u mhux biss li tiġi evitata l-estinzjoni tagħhom, kull argument ibbażat fuq iż-żamma tal-popolazzjoni ta’ speċi partikolari fil-livell indikat fil-formola standard ta’ data tal-2007 għas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0109" ID="QS0109"/>FSD<QUOT.END REF.START="QS0109" CODE="201D" ID="QE0109"/>) għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="34"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0201"><NO.P>201</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-Anness tal-2016 jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ta’ konservazzjoni stabbiliti mill-PZO tal-2015, konformement mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-habitats. B’hekk, dan l-anness huwa konformi ma’ dan il-pjan sa fejn jiżgura ż-żamma jew l-istabbiliment mill-ġdid, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, tal-habitats naturali jew tal-ispeċi li għalihom intgħażel is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska. Is-sempliċi fatt li ġew stabbiliti miżuri ta’ konservazzjoni fil-PZO tal-2015 ma kienx ikun suffiċjenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0202"><NO.P>202</NO.P><TXT>B’hekk, il-miżuri ta’ konservazzjoni previsti fil-PZO tal-2015 għall-habitat 9170 (foresti tar-ruvlu-karpin subkontinentali) jikkonsistu, b’mod partikolari, fl-aġġustament tal-kompożizzjoni tal-popolazzjoni forestali b’mod li tkun konformi mal-habitat naturali fi ħdan popolazzjonijiet forestali ddominati mis-siġar tal-luq, mis-siġar tal-betula, mis-siġar tal-arżnu u, iktar rarament, mis-siġar tal-prinjol. Dawn il-miżuri huma riflessi fil-PĠF tal-2012 fil-forma ta’ xogħlijiet ippjanati ta’ tindif, ta’ xogħlijiet sabiex jgħaddi d-dawl u ta’ qtugħ. It-twettiq ta’ dawn il-miżuri ta’ konservazzjoni jeżiġu, għaldaqstant, l-estrazzjoni ta’ injam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0203"><NO.P>203</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ikun kuntrarju kemm għad-Direttiva dwar il-habitats u għad-Direttiva dwar il-habitats u kemm għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0110" ID="QS0110"/>prinċipji tal-għarfien ekoloġiku<QUOT.END REF.START="QS0110" CODE="201D" ID="QE0110"/> u għas-sens komun jekk jiġu miċħuda l-argumenti bbażati fuq iż-żamma tal-popolazzjoni ta’ speċi partikolari fil-livell indikat fil-FSD. Fil-fatt, jekk il-livell kwantitattiv ta’ kull speċi protetta f’sit Natura 2000 partikolari jiżdied b’mod kostanti lil hinn minn dan il-livell, dan iwassal għal disturb imprevedibbli fis-sistema ekoloġika fit-territorju kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0204"><NO.P>204</NO.P><TXT>Il-bidliet kwantitattivi osservati f’parti mill-popolazzjonijiet ta’ speċi protetti fil-foresta ta’ Białowieża huma r-riżultat ta’ aċċess ikbar għall-ikel, marbut ma’ disturb għal żmien qasir, jiġifieri firxa fuq livell kbir tal-ħanfus tal-prinjol. Fuq perijodu itwal, il-konsegwenza naturali ta’ din is-sitwazzjoni ser tkun rifluss brutali. Kontroll permanenti u limitat fiż-żona tal-firxa tal-ħanfus tal-prinjol, jiġifieri żamma tal-portata territorjali tiegħu u ta’ proporzjon għoli ta’ siġar tal-prinjol fil-popolazzjonijiet forestali, jista’ jkun fattur ta’ żamma ta’ sitwazzjoni relattivament stabbli fir-rigward, pereżempju, tal-popolazzjonijiet tat-tektiek is-siġar. Minkejja l-effetti negattivi possibbli għal dawn il-popolazzjonijiet ikkawżati mill-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni, id-daqs tal-imsemmija popolazzjonijiet baqgħu f’livell relattivament għoli, konformement mal-PZO tal-2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0205"><NO.P>205</NO.P><TXT>Il-popolazzjonijiet tat-tektiek is-siġar ta’ daru abjad u tat-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’ ma ġarrbux bidla kwantitattiva brutali fil-fruntieri tal-park nazzjonali. Fil-fatt, f’dawn iż-żoni l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol ma hijiex ta’ natura massiva minħabba l-proporzjon żgħir tas-siġar tal-prinjol fost il-popolazzjonijiet forestali ta’ dan il-park u minħabba n-natura differenti tal-habitats forestali. Minn dan jirriżulta li, fil-habitats ikkaratterizzati minn parametri differenti, li jikkundizzjonaw il-propensità tagħhom li jġarrbu firxa massiva tal-ħanfus tal-prinjol, l-ekwilibriju dinamiku jista’ jinżamm bis-saħħa ta’ miżuri magħżula ta’ ġestjoni forestali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0206"><NO.P>206</NO.P><TXT>L-Anness tal-2016 u d-Deċiżjoni Nru 51 lanqas ma jista’ jkollhom impatt dannuż fuq l-istat ta’ konservazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ ħanfus saprossiliku. Fil-fatt, il-perikolu għal speċi bħalma huma l-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> jirriżulta essenzjalment mil-limitazzjoni u mit-twaqqif tal-effetti tan-nirien. Speċi oħra, bħalma huma l-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, isibu kundizzjonijiet tajba għal żvilupp fil-foresta ta’ Białowieża. Fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, it-theddida fuq perijodu twil tirriżulta mill-assenza ta’ tiġdid tas-siġar tal-arżnu fil-park nazzjonali ta’ Białowieża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0207"><NO.P>207</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-habitats, għal kull żona speċjali ta’ konservazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jissodisfaw ir-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitats naturali elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva u<?PAGE NO="35"?> tal-ispeċi elenkati fl-Anness II tal-imsemmija direttiva li jinsabu fis-sit ikkonċernat. Konformement mal-Artikolu 4(4) tal-istess direttiva, kull SIK għandu jiġi kklassifikat mill-Istat Membru kkonċernat bħala tali żona.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0208"><NO.P>208</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-għasafar jipprevedi sistema msaħħa li tindirizza speċifikament kemm l-ispeċi msemmija fl-Anness I ta’ din id-direttiva u kemm l-ispeċi migratorji li ma jissemmewx f’dan l-anness iżda li jpassu b’mod regolari, sistema din li hija ġġustifikata mill-fatt li dawn huma, rispettivament, l-iktar speċi mhedda u speċi li jikkostitwixxu patrimonju komuni għall-Unjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma obbligati jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-konservazzjoni tal-imsemmija speċi (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:780">EU:C:2007:780</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0209"><NO.P>209</NO.P><TXT>Dawn il-miżuri għandhom ikunu jistgħu jiżguraw, b’mod partikolari, is-sopravivenza u r-riproduzzjoni tal-ispeċi ta’ għasafar imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-għasafar kif ukoll ir-riproduzzjoni, it-tibdil tar-rix u s-soġġorn matul il-perijodu tax-xitwa tal-ispeċi migratorji li ma humiex imsemmija f’dan l-anness u li jpassu b’mod regolari. Dawn il-miżuri ma jistgħux ikunu limitati sabiex jiġu evitati l-ħsara u t-tfixkil esterni kkawżati mill-bniedem, iżda għandhom ukoll, skont is-sitwazzjoni partikolari, jinkludu miżuri pożittivi maħsuba sabiex jinżamm u jittejjeb l-istat tas-sit (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:780">EU:C:2007:780</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0153">153</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0154">154</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0210"><NO.P>210</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li l-PZO tal-2015 huwa intiż li jistabbilixxi, konformement ma’ dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-habitats u tad-Direttiva dwar l-għasafar, il-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għaż-żamma ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-habitats u tal-ispeċi protetti minn dawn id-direttivi li jinsabu fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0211"><NO.P>211</NO.P><TXT>Essenzjalment, dawn il-miżuri, li jinsabu fl-Anness 5 tal-PZO tal-2015, jikkonsistu, minn naħa, fl-esklużjoni mill-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0111" ID="QS0111"/>tal-popolazzjonijiet kollha ta’ siġar<QUOT.END REF.START="QS0111" CODE="201D" ID="QE0111"/> fil-habitats 91D0 (boskijiet tal-bog) u 91E0 (foresti alluvjali b’siġar tal-alnu, tal-fraxxnu, taż-żafżafa u tal-luq), kif ukoll tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0112" ID="QS0112"/>popolazzjonijiet kollha ta’ speċi komposti minn minn tal-inqas 10 % ta’ kampjuni ta’ mitt sena u iktar<QUOT.END REF.START="QS0112" CODE="201D" ID="QE0112"/> fil-habitat 9170 (foresti tar-ruvlu-karpin subkontinentali) u fil-habitats tal-kuċċarda, tal-kokka nana, tal-kokka ta’ Tengmalm, tat-tektiek is-siġar ta’ daru abjad, tat-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’, taż-żanżarell ta’ sidru aħmar, taż-żanżarell tal-kullar, tal-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, tal-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, tal-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT> u tal-<HT TYPE="ITALIC">Osmoderma eremita</HT>, u, min-naħa l-oħra, fiż-żamma tas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0113" ID="QS0113"/>siġar mejta fil-popolazzjonijiet forestali esplojtati<QUOT.END REF.START="QS0113" CODE="201D" ID="QE0113"/>, b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0114" ID="QS0114"/>is-siġar tal-prinjol kollha mejta ta’ iktar minn mitt sena sakemm jimmineralizzaw kompletament<QUOT.END REF.START="QS0114" CODE="201D" ID="QE0114"/>, għall-finijiet tal-konservazzjoni tal-habitats tal-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT>, tal-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT> u tal-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0212"><NO.P>212</NO.P><TXT>B’hekk, dawn il-miżuri ta’ konservazzjoni huma intiżi sabiex tiġi evitata l-materjalizzazzjoni tal-perikoli potenzjali li huma ta’ theddida għal dawn il-habitats u għal dawn l-ispeċi, identifikati fl-Anness 3 tal-PZO tal-2015, jiġifieri, skont il-każ, kif jirriżulta mill-punti 166 sa 168 ta’ din is-sentenza, l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva, it-tneħħija tas-siġar mejta u/jew moribondi kif ukoll it-tneħħija tas-siġar tal-prinjol jew tas-siġar tal-arżnu ta’ iktar minn mitt sena kkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0213"><NO.P>213</NO.P><TXT>Madankollu, kif issostni ġustament il-Kummissjoni, u kif barra minn hekk tammetti r-Repubblika tal-Polonja, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-habitats u l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva dwar l-għasafar jeżiġu, għaliex inkella jkunu mċaħħda minn kull effett utli, kemm l-adozzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għaż-żamma ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-habitats u tal-ispeċi protetti fi ħdan is-sit ikkonċernat kif ukoll, u fuq kollox, l-implimentazzjoni effettiva tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="36"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0214"><NO.P>214</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-Artikolu 1(1)(l) tad-Direttiva dwar il-habitats, li jiddefinixxi żona speċjali ta’ konservazzjoni bħala SIK li fih ikunu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0115" ID="QS0115"/>applikati<QUOT.END REF.START="QS0115" CODE="201D" ID="QE0115"/> miżuri ta’ konservazzjoni, kif ukoll mit-tmien premessa tal-imsemmija direttiva, li tipprevedi li, f’kull żona magħżula, għandhom jiġu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0116" ID="QS0116"/>mħaddma<QUOT.END REF.START="QS0116" CODE="201D" ID="QE0116"/> l-miżuri meħtieġa fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni previsti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0215"><NO.P>215</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, mill-punt 4.2.4 tal-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015 jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0117" ID="QS0117"/>[p]eress li għadda ħafna żmien mit-tfassil tal-PZO [tal-2015] sal-lum, parti mid-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-evalwazzjoni tal-istat ta’ konservazzjoni u l-miżuri ta’ konservazzjoni previsti fir-rigward tal-ispeċi marbuta mas-siġar tal-prinjol ma għadhiex attwali<QUOT.END REF.START="QS0117" CODE="201D" ID="QE0117"/>. B’hekk, il-PZO tal-2015 qatt ma ġie applikat mill-awtoritajiet Pollakki iżda, għall-kuntrarju, kif issostni ġustament il-Kummissjoni, l-Anness tal-2016 u d-Deċiżjoni Nru 51, għalkemm formalment ma jemendawx il-PZO tal-2015, iċaħħdu minn effett utli l-miżuri ta’ konservazzjoni previsti f’dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0216"><NO.P>216</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Anness tal-2016 u d-Deċiżjoni Nru 51, peress li ma fihom l-ebda restrizzjoni marbuta mal-età tas-siġar jew mal-popolazzjonijiet forestali kkonċernati mill-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni, jawtorizzaw, fit-tliet distretti forestali tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, il-miżuri li l-esklużjoni tagħhom hija prevista mill-PZO tal-2015 bħala miżura ta’ konservazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0217"><NO.P>217</NO.P><TXT>B’hekk, l-Anness tal-2016 u d-Deċiżjoni Nru 51 jippermettu, minn naħa, it-twaqqigħ u t-tneħħija ta’ kull tip ta’ siġra fil-habitats 91D0 (boskijiet tal-bog) u 91E0 (foresti alluvjali b’siġar tal-alnu, tal-fraxxnu, taż-żafżafa u tal-luq), kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ tali operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva fil-popolazzjonijiet ta’ speċi komposti minn minn tal-inqas 10 % ta’ kampjuni ta’ mitt sena jew iktar fil-habitat 9170 (foresti tar-ruvlu-karpin subkontinentali) u fil-habitats tal-kuċċarda, tal-kokka nana, tal-kokka ta’ Tengmalm, tat-tektiek is-siġar ta’ daru abjad, tat-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’, taż-żanżarell ta’ sidru aħmar, taż-żanżarell tal-kullar, tal-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, tal-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, tal-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT> u tal-<HT TYPE="ITALIC">Osmoderma eremita</HT>, u, min-naħa l-oħra, it-tneħħija ta’ siġar mejta fil-popolazzjonijiet forestali esplojtati, li jikkostitwixxu l-habitat tal-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT>, tal-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT> u tar-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0218"><NO.P>218</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni twassal għall-għejbien ta’ parti mis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska. Tali operazzjonijiet ma jistgħux jikkostitwixxu miżuri li jiżguraw il-konservazzjoni ta’ dan is-sit, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-habitats (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0219"><NO.P>219</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argumenti mressqa mir-Repubblika tal-Polonja sabiex issostni li l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni ma għandhomx effetti dannużi fuq l-ispeċi ta’ ħanfus saprossiliku protetti ma jistgħux ħlief jiġu miċħuda. Barra minn hekk, l-allegat theddid allegat minn dan l-Istat Membru għaż-żamma tal-istat favorevoli ta’ dawn l-ispeċi ma jikkorrispondix għal dak identifikat fil-PZO tal-2015. Għaldaqstant, dan it-theddid ma jistax jiġi kkunsidrat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0220"><NO.P>220</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti bbażati fuq il-firxa tal-ħanfus tal-prinjol, dawn għandhom jiġu miċħuda għall-istess raġunijiet bħal dawk li jinsabu fil-punti 173 sa 181 ta’ din is-sentenza. B’mod partikolari, għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-ħanfus tal-prinjol bl-ebda mod ma ġie identifikat fil-PZO tal-2015 bħala perikolu potenzjali għall-integrità tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, iżda li, għall-kuntrarju, kienet it-tneħħija tas-siġar tal-prinjol u tas-siġar tal-arżnu ta’ mitt sena jew iktar ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol li kienet identifikata mill-PZO tal-2015 bħala tali perikolu potenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0221"><NO.P>221</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni lment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-habitats kif ukoll tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva dwar l-għasafar, huwa fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="37"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 12(1)(a) u (d) tad-Direttiva dwar il-habitats</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0222"><NO.P>222</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12(1)(a) u (d) tad-Direttiva dwar il-habitats meta implimentat l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni, u dan sa fejn dawn l-operazzjonijiet ma jippermettux li jiġu evitati d-deterjorament jew il-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni jew tal-ispazji ta’ mistrieħ tal-ħanfus saprossiliku msemmi fil-punt (a) tal-Anness IV ta’ din id-direttiva, jiġifieri l-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0223"><NO.P>223</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-habitats jobbliga lill-Istati Membri jimplimentaw sistema ta’ protezzjoni stretta li teħtieġ l-adozzjoni ta’ miżuri koerenti u koordinati, ta’ natura preventiva, li jippermettu li jiġu effettivament evitati d-deterjorament jew il-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni jew tal-ispazji ta’ mistrieħ ta’ dawn l-ispeċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0224"><NO.P>224</NO.P><TXT>L-ispeċi kollha ta’ ħanfus saprossiliku koperti minn din il-protezzjoni stretta jeħtieġu, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, siġar mejta jew moribondi, weqfin jew mal-art. Diversi studji xjentifiċi jikkonfermaw li s-siġar tal-prinjol mejta jikkostitwixxu habitat importanti tal-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT> kif ukoll element primordjali taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Wara perijodu ta’ bejn sentejn u tliet snin ta’ nxif u fi stadji ulterjuri ta’ dekompożizzjoni, is-siġar tal-prinjol jiġu infestati mill-ispeċi l-oħra ta’ ħanfus saprossiliku, bħall-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-intensifikazzjoni fil-qtugħ ta’ popolazzjonijiet ta’ siġar, li essenzjalment huma siġar tal-prinjol, u t-tneħħija tal-injam niexef jew mejjet u ta’ siġar moribondi kkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol iwasslu b’mod inevitabbli għall-mewt ta’ kampjuni ta’ dawn l-ispeċi li huma suġġetti għal protezzjoni stretta u għall-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni u ta’ mistrieħ tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0225"><NO.P>225</NO.P><TXT>Peress li l-imsemmija speċi jgħixu b’mod li ftit huwa viżibbli fil-parti mis-siġra li tibqa’ fl-art u taħt il-qoxra tas-siġar, huwa impossibbli li jittieħdu miżuri rimedjali effettivi, bħall-qtugħ selettiv. L-unika miżura effettiva li tista’ tevita d-deterjorament tas-siti ta’ riproduzzjoni jew ta’ mistrieħ tagħhom hija li ma jsirx intervent fil-habitats fejn jinsabu dawn l-ispeċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0226"><NO.P>226</NO.P><TXT>Il-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-habitats huma assoluti, irrispettivament min-numru u mill-preżenza ta’ kampjuni ta’ speċi li jaqgħu taħt konservazzjoni stretta. Il-preżenza mifruxa ħafna tal-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT> ma tistax għalhekk tiġġustifika l-intensifikazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali li jistgħu jwasslu għal ksur ta’ dawn il-projbizzjonijiet. Barra minn hekk, il-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> hija speċi rara ħafna li għandha biss erba’ habitats magħrufa fil-Polonja, b’tali mod li t-telf ta’ habitat wieħed biss jista’ jkollu impatt dannuż kunsiderevoli fuq iż-żamma tal-istat ta’ konservazzjoni tagħha fl-Ewropa. Fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, din l-ispeċi tinsab fil-Polonja fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska biss. Fl-aħħar nett, dan is-sit huwa l-iktar habitat importanti tal-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT> f’dan l-Istat Membru li bħala speċi, barra minn hekk, tinsab biss, fl-Unjoni, fil-Finlandja u fl-Isvezja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0227"><NO.P>227</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-ispeċi kollha ta’ ħanfus saprossiliku, bħalma huma l-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, l-<HT TYPE="ITALIC">Osmoderma eremita</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT>, li jinsabu fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska jeħtieġu, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, siġar mejta jew moribondi u li huwa impossibbli li tiġi kkonstatata l-preżenza tal-larva tagħhom mingħajr ma jiġi ppreġudikat dan il-habitat. B’hekk, sabiex jiżguraw stat adegwat ta’ protezzjoni, l-awtoritajiet Pollakki adottaw sistema ta’ konservazzjoni fuq perijodu twil tal-kontinwità tal-habitat ta’ dawn l-ispeċi fil-forma ta’ netwerk ta’ żoni iżolati ta’ pjantaġġuni forestali fir-riżervi u fiż-żoni ta’ protezzjoni madwar l-ispeċi protetti, fil-habitats umdi, fiż-żoni ta’ referenza u fil-parti permanenti u<?PAGE NO="38"?> naturali ta’ siġar mejta fil-popolazzjonijiet kollha tal-foresta ta’ Białowieża. L-effettività ta’ din l-operazzjoni hija riflessa fir-riżultati tal-inventarju mwettaq fl-2016 mill-Instytut Badawczy Leśnictwa (l-Istitut ta’ Studji Forestali, il-Polonja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0228"><NO.P>228</NO.P><TXT>Minn dawn ir-riżultati jirriżulta li l-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, li għaliha s-siġar tal-prinjol huma t-tieni għażla bħala habitat, hija speċi komuni fis-sit kollu tal-foresta ta’ Białowieża li għaliha s-siġar mejta u moribondi ma jikkostitwixxux habitat essenzjali. Fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">Boros schneideri</HT>, dawn l-istess riżultati juru li din hija speċi li tippreferi s-siġar tal-arżnu, li għaliha s-siġar tal-prinjol mejta jew moribondi ma humiex habitat essenzjali u li, barra minn hekk, tinsab mifruxa mal-foresta ta’ Białowieża kollha. Iż-żona essenzjali għall-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> u għall-<HT TYPE="ITALIC">Rhysodes sulcatus</HT> hija l-park nazzjonali ta’ Białowieża. Il-lokalizzazzjonijiet tal-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> fid-distrett ta’ Białowieża jinsabu, barra minn hekk, fiż-żoni ta’ referenza. Barra minn hekk, il-kawża essenzjali tal-għejbien ta’ din l-ispeċi hija l-assenza ta’ boskijiet maħruqa. Bl-istess mod, il-preżenza tal-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT> ma kinitx identifikata barra minn dan il-park nazzjonali. Għall-kuntrarju, l-attività tal-ħanfus tal-prinjol jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kontinwità tal-ambjenti okkupati minn din l-ispeċi, jiġifieri s-siġar tal-prinjol mejta, antiki, maqtugħa, fil-habitats umdi. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, il-kawża prinċipali tal-għejbien ta’ din l-ispeċi fl-Ewropa hija l-assenza ta’ siġar tal-arżnu antiki li mietu minħabba nirien. Minħabba l-assenza ta’ tiġdid tas-siġar tal-arżnu fl-imsemmi park nazzjonali, il-futur ta’ din l-ispeċi jista’ jiġi żgurat biss fil-foresti esplojtati, fejn it-tiġdid tas-siġar tal-arżnu jsir b’mod artifiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0229"><NO.P>229</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, l-operazzjonijiet previsti fl-Anness tal-2016 ma għandhomx impatt negattiv sinjifikattiv fuq il-popolazzjoni ta’ dawn l-ispeċi. Iż-żamma tagħhom tmur id f’id mal-kontinwità ta’ ċerti habitats li tirriżulta minn disturbi bħalma huma nirien. Fl-assenza ta’ dan, huma biss l-interventi ta’ protezzjoni attiva li jistgħu jippreżervaw il-habitat tal-imsemmija speċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0230"><NO.P>230</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1)(a) u (d) tad-Direttiva dwar il-habitats jobbliga lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu sistema ta’ protezzjoni stretta tal-ispeċi ta’ annimali elenkati fil-punt (a) tal-Anness IV ta’ din id-direttiva, fiż-żoni fejn jinsabu b’mod naturali, filwaqt li jipprojbixxu kull forma ta’ qbid jew ta’ qtil intenzjonat ta’ kampjuni ta’ dawn l-ispeċi fl-istat naturali tagħhom kif ukoll id-deterjorament jew il-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni jew taż-żoni ta’ mistrieħ tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0231"><NO.P>231</NO.P><TXT>L-osservanza ta’ din id-dispożizzjoni tobbliga lill-Istati Membri sabiex mhux biss jadottaw qafas leġiżlattiv eżawrjenti iżda wkoll sabiex jimplimentaw miżuri konkreti u speċifiċi ta’ protezzjoni. Bl-istess mod, is-sistema ta’ protezzjoni stretta teħtieġ l-adozzjoni ta’ miżuri koerenti u koordinati, ta’ natura preventiva. Tali sistema ta’ protezzjoni strett għandha, għaldaqstant, tippermetti li jiġu evitati b’mod effettiv il-qabda jew il-qtil intenzjonat fl-istat naturali kif ukoll id-deterjorament jew il-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni jew taż-żoni ta’ mistrieħ tal-ispeċi ta’ annimali elenkati fil-punt (a) tal-Anness IV tad-Direttiva dwar il-habitats (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:369">EU:C:2011:369</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0232"><NO.P>232</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jitfakkar li kemm l-Anness tal-2016 u kemm id-Deċiżjoni Nru 51 jipprevedu l-qtugħ ta’ siġar tal-prinjol ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol, mingħajr restrizzjoni marbuta mal-età tagħhom, b’tali mod li b’hekk huma inklużi s-siġar ta’ mitt sena jew iktar, mejta jew moribondi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0233"><NO.P>233</NO.P><TXT>Issa, mill-PZO tal-2015 jirriżulta b’mod ċar li s-siġar tal-prinjol mejta jew moribondi, jekk ikun il-każ ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol, jikkostitwixxu, minn tal-inqas, habitat importanti għal ħanfus saprossiliku bħalma huma l-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT>, li jinsabu fil-punt (a) tal-Anness IV tad-Direttiva dwar il-habitats. Fil-fatt, kif diġà ġie kkonstatat fil-punt 168 ta’ din is-sentenza, it-tneħħija ta’ dawn it-tipi ta’ siġar kienet identifikata preċiżament minn dan il-pjan bħala perikolu potenzjali għal dawn l-ispeċi ta’ ħanfus.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="39"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0234"><NO.P>234</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argumenti ppreżentati mir-Repubblika tal-Polonja sabiex turi li s-siġar tal-prinjol ma humiex il-habitat jew ma humiex, minn tal-inqas, habitat importanti għall-imsemmija speċi ma jistgħux jiġu aċċettati għaliex jikkontradixxu b’mod flagranti l-konstatazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet Pollakki stess fil-PZO tal-2015, imfassal minnhom fir-rigward tas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0235"><NO.P>235</NO.P><TXT>Lanqas ma jista’ jingħad li wħud minn dawn l-istess speċi ma humiex preżenti jew huma biss preżenti b’mod limitat fi ħdan dan is-sit, meta kienu inklużi espliċitament fil-PZO tal-2015 bħala speċi protetti fit-tliet distretti forestali inkwistjoni. Fir-rigward tal-affermazzjoni li l-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> tinsab biss fiż-żoni ta’ referenza, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li din l-affermazzjoni bl-ebda mod ma hija ssostanzjata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0236"><NO.P>236</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Anness tal-2016 u d-Deċiżjoni Nru 51 huma, b’mod inevitabbli, ta’ natura li jwasslu għall-qtil kif ukoll għad-deterjorament jew għall-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni u taż-żoni ta’ mistrieħ tal-ispeċi ta’ ħanfus saprossiliku msemmija fil-punt 233 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0237"><NO.P>237</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex determinanti li l-imsemmija speċi jinsabu f’numri kbar fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 231 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva dwar il-habitats jipprevedi sistema ta’ protezzjoni stretta tas-siti ta’ riproduzzjoni u taż-żoni ta’ mistrieħ tal-ispeċi elenkati fil-punt (a) tal-Anness IV tad-Direttiva dwar il-habitats, irrispettivament min-numru tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0238"><NO.P>238</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 12(1)(a) u (d) tad-Direttiva dwar il-habitats, huwa fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ lment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(b) u (d) tad-Direttiva dwar l-għasafar</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0239"><NO.P>239</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, meta implimentat l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni, ir-Repubblika tal-Polonja ma stabbilixxietx, bi ksur tal-Artikolu 5(b) u (d) tad-Direttiva dwar l-għasafar, sistema ġenerali ta’ konservazzjoni li tevita, b’mod partikolari, il-qerda intenzjonata tal-bejtiet u t-tfixkil, fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, tal-kokka nana, tal-kokka ta’ Tengmalm, tat-tektiek is-siġar ta’ daru abjad u tat-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’, speċi dawn li huma elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0240"><NO.P>240</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-għasafar jobbliga lill-Istati Membri, l-istess bħall-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-habitats, sabiex mhux biss jistabbilixxu qafas regolamentari eżawrjenti iżda wkoll sabiex jieħdu miżuri ta’ konservazzjoni konkreti u ddettaljati, li jinkludu miżuri ta’ eżekuzzjoni effettivi. Din is-sistema tirriżulta mill-obbligu li jitwaqqaf id-deklin tal-ispeċi ta’ għasafar imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva. Issa, huwa manifest li ż-żieda kunsiderevoli fil-volum tal-injam estratt minn habitats ta’ importanza kruċjali għar-riproduzzjoni u għall-mistrieħ ta’ speċi li jgħixu b’mod naturali fl-istat selvaġġ tagħhom fis-sit inkwistjoni ser iżżid ir-riskju ta’ qerda tal-bejtiet tagħhom u ta’ disturb intenzjonat, inkluż matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0241"><NO.P>241</NO.P><TXT>Fil-fatt, is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska huwa l-iktar żona importanti fejn jinsabu t-tektiek is-siġar ta’ daru abjad u t-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’ fil-Polonja. Is-siġar moribondi u mejta, b’mod partikolari s-siġar tal-prinjol ta’ mitt sena jew iktar, huma l-iktar postijiet importanti għan-nutrizzjoni u għar-riproduzzjoni ta’ dawn iż-żewġ speċi ta’ tektieka. It-tneħħija ta’ eluf ta’ siġar ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol twassal għal qerda intenzjonata tal-habitats tal-imsemmija speċi ta’ tektieka kif ukoll għal tfixkil fuq portata kbira tal-popolazzjonijiet tagħhom. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Pollakki ma ppreżentawx prova li turi li ż-żewġ speċi ta’ tektieka inkwistjoni jibbenefikaw mill-intensifikazzjoni fil-qtugħ ta’ siġar fil-post tal-habitats tagħhom, meta, għall-kuntrarju, din<?PAGE NO="40"?> l-intensifikazzjoni hija ta’ natura li tħaffef it-tnaqqis fin-numri ta’ dawn iż-żewġ speċi ta’ tektieka. Barra minn hekk, ma hemmx data li turi jekk, wara li titwaqqaf il-firxa tal-ħanfus tal-prinjol, il-popolazzjoni tal-imsemmija speċi ta’ tektieka hijiex ser terġa’ tilħaq livell ikbar jew iżgħar. Fl-aħħar nett, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li s-siġar tal-prinjol jiġġeneraw ruħhom mill-ġdid fiż-żoni attakkati mill-ħanfus tal-prinjol, mingħajr ma huwa meħtieġ intervent mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0242"><NO.P>242</NO.P><TXT>Is-siġar moribondi u mejta huma wkoll siti importanti fejn ibejtu l-kokka nana u l-kokka ta’ Tengmalm, li jiddependu mit-toqob magħmula mit-tektieka. L-eliminazzjoni fuq skala kbira tas-siġar tal-prinjol ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol hija fattur ta’ qerda maġġuri taż-żona ta’ riproduzzjoni tagħhom. Issa, is-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska huwa wieħed mill-iktar żoni importanti fejn jinsabu dawn l-ispeċi ta’ kokki. Il-fatt li l-konċentrazzjoni tal-kokki nani f’dan is-sit hija ikbar mill-konċentrazzjoni medja ta’ din l-ispeċi fil-Polonja ma jiġġustifikax li jitwettqu operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva li jistgħu jfixklu kampjuni u jeqirdu l-bejtiet tal-imsemmija speċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0243"><NO.P>243</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni miksuba jirriżulta wkoll li t-tneħħija u l-qtugħ seħħew matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni tal-erba’ speċi inkwistjoni. Issa, l-Anness tal-2016 u d-Deċiżjoni Nru 51 jawtorizzaw il-qtugħ mingħajr limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>. Għaldaqstant, ma jistax jiġi eskluż ksur tal-projbizzjoni fir-rigward tat-tfixkil ta’ dawn l-ispeċi matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0244"><NO.P>244</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015 uriet li kienu ttieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi stabbilita sistema ġenerali ta’ protezzjoni tal-ispeċi kollha ta’ għasafar selvaġġi, li jinkludu, b’mod partikolari, il-projbizzjoni fir-rigward tal-qerda jew tal-ħsara intenzjonati għall-bejtiet u għall-bajd tagħhom, kif ukoll fir-rigward tat-tneħħija tal-bejtiet tagħhom u tat-tfixkil intenzjonat tagħhom matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni u ta’ dipendenza, sa fejn it-tfixkil għandu effett sinjifikattiv fid-dawl tal-għanijiet tad-Direttiva dwar l-għasafar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0245"><NO.P>245</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-numri tal-erba’ speċi ta’ għasafar ikkonċernati kkonstatati fis-sit tal-foresta ta’ Białowieża, fil-kuntest tad-data li tinsab fil-FSD, la l-preżenza u lanqas il-mod ta’ ħajja ta’ xi waħda minnhom ma huma mhedda. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Pollakki ntrabtu li jżommu minn tal-inqas 60 koppja minn kull waħda minn dawn l-ispeċi. Barra minn hekk, fis-siti Natura 2000 kollha fil-Polonja, in-numri taż-żewġ speċi ta’ tektieka inkwistjoni li jistgħu jiġu kkonstatati huma ikbar minn dawk li jinsabu fil-FSD. B’mod partikolari, il-valur tal-indiċi globali ta’ abbundanza tal-popolazzjonijiet tal-għasafar forestali żdied b’25 % matul il-perijodu 2000-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0246"><NO.P>246</NO.P><TXT>L-impatt pożittiv tal-firxa fuq skala kbira tal-ħanfus tal-prinjol fuq is-sopravivenza u r-riproduzzjoni tat-tektieka jista’ jkun biss wieħed temporanju għaliex, fuq perijodu twil, din il-firxa ser twassal għall-għejbien tal-iktar partijiet antiki tal-foresta fejn huma predominanti s-siġar koniferi. It-tnaqqis kostanti fil-firxa tal-ħanfus tal-prinjol jista’ jkun fattur ta’ żamma ta’ sitwazzjoni relattivament stabbli fir-rigward tal-popolazzjonijiet ta’ tektieka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0247"><NO.P>247</NO.P><TXT>Il-kollass tal-popolazzjonijiet ta’ karnivori minħabba l-iskarsezza tal-ikel huwa fatt xjentifiku. Issa, il-Kummissjoni ma ppreżentatx data xjentifika li ddaħħal inkwistjoni x-xenarju ppreżentat ta’ trasformazzjoni tal-ambjent wara l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol. Huwa biss impossibbli li tiġi prevista l-portata tal-bidla, jiġifieri jekk it-tnaqqis fin-numri tal-ispeċi li jibbenefikaw mill-proliferazzjoni ta’ speċi partikolari ta’ insetti huwiex ser ikun limitat għar-ritorn lejn is-sitwazzjoni preċedenti għal din il-firxa jew inkella jekk, fid-dawl tal-għejbien tal-ikel u tal-impossibbiltà għall-ħanfus tal-prinjol li jikkolonizza siġar oħra, in-numru tat-tektieka wara dan it-tnaqqis ser ikunx iżgħar minn dak indikat, b’mod partikolari, fil-FSD fis-seħħ u deskritt fl-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0248"><NO.P>248</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tinjora l-fatt li l-proċessi naturali li jiżvolġu fis-siti Natura 2000 huma proċessi mifruxa fuq perijodi twal. Issa, limitazzjoni permanenti tal-firxa tal-ħanfus tal-prinjol, jiġifieri limitazzjoni tal-kopertura territorjali tiegħu jew iż-żamma ta’ proporzjon għoli ta’ siġar tal-prinjol fil-popolazzjonijiet forestali, tista’ tkun operazzjoni ta’ protezzjoni attiva li żżomm sitwazzjoni relattivament stabbli fil-konfront tal-popolazzjonijiet ta’ tektieka, minn perspettiva mifruxa fuq perijodu<?PAGE NO="41"?> twil. Minkejja l-effetti negattivi potenzjali fuq dawn il-popolazzjonijiet ikkawżati mill-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni, id-daqs tal-imsemmija popolazzjonijiet baqa’ f’livell relattivament għoli, konformement mal-PZO tal-2015, u l-eventwali bidliet fiż-żoni fejn jinsabu l-ispeċi ta’ għasafar, li jirriżultaw mill-mudelli ta’ previżjoni ta’ bidla klimatika, ser ikunu mifruxa fiż-żmien. Għaldaqstant, l-effett finali tal-operazzjonijiet temporanji implimentati bil-metodi applikati fil-ġestjoni forestali jista’ jippermetti li jiġi rrimedjat it-tnaqqis importanti ulterjuri fin-numri ta’ tektieka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0249"><NO.P>249</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kokka nana, it-telf tal-postijiet ta’ riproduzzjoni minħabba t-tneħħija tas-siġar tal-prinjol minn 5 % tas-sit inkwistjoni huwa illużjoni. Fil-fatt, din l-ispeċi, li tbejjet fit-toqob magħmula mit-tektieka, b’mod ġenerali mit-tektiek il-kbir bit-tikki (<HT TYPE="ITALIC">Dendrocopos major</HT>), speċi li l-kampjuni tagħha huma numerużi, ma turix preferenza fir-rigward tal-ispeċi ta’ siġra fejn tirriproduċi. Barra minn hekk, din il-kokka ħafna drabi tinsab f’ambjenti fi stat iddeterjorat. Fil-fatt, hija tinsab l-iktar fil-parti tal-foresta ta’ Białowieża maħduma mill-bniedem. Bl-istess mod, il-kokka ta’ Tengmalm ħafna drabi tokkupa t-toqob magħmula mit-tektiek iswed (<HT TYPE="ITALIC">Dryocopus martius</HT>). L-impatt eventwali li jirriżulta mit-tneħħija tas-siġar tal-prinjol minn 5 % tas-sit inkwistjoni jista’ għalhekk jitqies li huwa ineżistenti mill-perspettiva tan-numri ta’ kokki nani u ta’ kokki ta’ Tengmalm li jgħixu fil-foresta ta’ Białowieża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0250"><NO.P>250</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement ma’ data Finlandiża, il-ġestjoni forestali permezz tal-ftuħ ta’ spazji li minnhom jgħaddi d-dawl, bil-kundizzjoni li l-proporzjon ta’ siġar imwaqqa’ ma jaqbiżx il-50 % tal-ispazju forestali fuq perijodu twil, mhux biss ma jkollhiex impatt negattiv fuq dawn l-ispeċi iżda twassal, billi żżid l-aċċessibbiltà għall-ikel, għal żieda fir-riproduzzjoni. Barra minn hekk, id-daqs tal-popolazzjonijiet tal-imsemmija speċi jiżdied u jkopri żoni ġodda. Is-siġar imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0118" ID="QS0118"/>bijoċenotiċi<QUOT.END REF.START="QS0118" CODE="201D" ID="QE0118"/>, fosthom siġar vojta minn ġewwa, jitħallew imutu waħedhom. Għaldaqstant, il-postijiet fejn potenzjalment ibejtu l-kokka nana u l-kokka ta’ Tengmalm jibqgħu aċċessibbli, iktar u iktar sa fejn il-PZO tal-2015 jipprevedi operazzjonijiet li jikkonsistu fiż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0119" ID="QS0119"/>żamma, matul interventi ta’ ġestjoni, tas-siġar tal-arżnu u tal-iżnuber kollha li manifestament ikollhom toqob, sakemm ma jkunx hemm perikolu għall-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0119" CODE="201D" ID="QE0119"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0251"><NO.P>251</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-għasafar jobbliga lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu sistema ġenerali ta’ protezzjoni tal-ispeċi ta’ għasafar kollha msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva. Din is-sistema tinkludi, b’mod partikolari, skont l-Artikolu 5(b) u (d) tal-imsemmija direttiva, il-projbizzjoni fir-rigward tal-qerda jew tal-ħsara intenzjonati tal-bejtiet u tal-bajd tagħhom u fir-rigward tat-tneħħija tal-bejtiet tagħhom, kif ukoll fir-rigward tat-tfixkil intenzjonat tagħhom, b’mod partikolari, matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni u ta’ dipendenza, sakemm it-tfixkil ikollu effett sinjifikattiv fir-rigward tal-għanijiet tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0252"><NO.P>252</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-għasafar jobbliga lill-Istati Membri jadottaw qafas leġiżlattiv eżawrjenti u effettiv (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070712">12 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L-Awstrija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑507/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:427">EU:C:2007:427</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0339">339</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑192/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:44">EU:C:2012:44</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), bl-implimentazzjoni, bħalma jipprevedi l-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-habitats, ta’ miżuri konkreti u speċifiċi ta’ protezzjoni li għandhom jippermettu li tiġi żgurata l-osservanza effettiva tal-projbizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, li huma essenzjalment maħsuba sabiex jiġu protetti s-siti ta’ riproduzzjoni u ż-żoni ta’ mistrieħ tal-għasafar koperti minn din id-direttiva. Barra minn hekk, dawn il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw mingħajr restrizzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880427">27 ta’ April 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>252/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:202">EU:C:1988:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0253"><NO.P>253</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jitfakkar li l-Anness tal-2016 u d-Deċiżjoni Nru 51 jipprevedu, b’mod partikolari, it-twaqqigħ tas-siġar tal-prinjol ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol kif ukoll it-tneħħija tas-siġar mejta jew moribondi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="42"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0254"><NO.P>254</NO.P><TXT>Issa, mill-PZO tal-2015 jirriżulta mingħajr ambigwità li s-siġar tal-prinjol ta’ mitt sena jew iktar ikkolonizzati mill-ħanfus tal-prinjol u s-siġar mejta jew moribondi jikkostitwixxu, minn tal-inqas, habitat importanti għall-kokka nana, għall-kokka ta’ Tengmalm, għat-tektiek is-siġar ta’ daru abjad u għat-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’, imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-għasafar. Fil-fatt, kif diġà ġie kkonstatat fil-punti 167 u 168 ta’ din is-sentenza, it-tneħħija ta’ dawn it-tipi ta’ siġar kienet identifikata preċiżament minn dan il-pjan bħala perikolu potenzjali għal dawn l-ispeċi ta’ għasafar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0255"><NO.P>255</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-awtoritajiet Pollakki, permezz tal-Anness tal-2016 u tad-Deċiżjoni Nru 51, jawtorizzaw lilhom infushom sabiex jidderogaw mill-protezzjoni ta’ dawn l-għasafar fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0256"><NO.P>256</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li la dan l-anness u lanqas din id-deċiżjoni ma jinkludu restrizzjoni marbuta mal-età tas-siġar koperti minn dawn l-operazzjonijiet jew mal-perijodu li matulu dawn l-istess operazzjonijiet jistgħu jitwettqu fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska. Fil-fatt, l-imsemmi anness u l-imsemmija deċiżjoni ma jinkludu ebda dispożizzjoni konkreta intiża li tipprekludi effettivament id-deterjorament jew il-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni jew taż-żoni ta’ mistrieħ tal-għasafar inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0257"><NO.P>257</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-Repubblika tal-Polonja, l-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015 ma tippermettix li tiġi kkontestata din il-konklużjoni sa fejn din l-evalwazzjoni tindika sempliċement, fil-punt 4.2.3 tagħha, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0120" ID="QS0120"/>għandu jiġi żgurat li […] jiġu sospiżi l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali matul il-perijodu li matulu l-għasafar ibejtu<QUOT.END REF.START="QS0120" CODE="201D" ID="QE0120"/>, mingħajr madankollu ma tikkonstata li kienu ttieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi stabbilita sistema ġenerali ta’ protezzjoni tal-ispeċi kollha ta’ għasafar selvaġġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0258"><NO.P>258</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sa fejn dan l-Istat Membru jinvoka l-miżuri ta’ konservazzjoni previsti mill-PZO tal-2015 fir-rigward tat-toqob li jidhru fis-siġar tal-arżnu u tal-iżnuber, huwa biżżejjed li jitfakkar li, kif diġà ġie kkonstatat fil-punt 215 ta’ din is-sentenza, mill-punt 4.2.4 tal-evalwazzjoni tal-effetti tal-2015 jirriżulta li, skont l-awtoritajiet Pollakki, dan il-pjan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0121" ID="QS0121"/>ma għadux attwali<QUOT.END REF.START="QS0121" CODE="201D" ID="QE0121"/> u li, għaldaqstant, ma huwiex applikat minnhom. Għaldaqstant, l-imsemmi Stat Membru ma jistax jinvoka d-dispożizzjonijiet tal-PZO tal-2015 sabiex jiġġustifika li l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni ma humiex ser iwasslu għad-deterjorament jew għall-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni jew taż-żoni ta’ mistrieħ tal-għasafar protetti fis-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0259"><NO.P>259</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-Anness tal-2016 u d-Deċiżjoni Nru 51, li l-implimentazzjoni tagħhom ser twassal b’mod inevitabbli għad-deterjorament jew għall-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni jew taż-żoni ta’ mistrieħ tal-imsemmija speċi ta’ għasafar, ma jinkludux miżuri konkreti u speċifiċi ta’ protezzjoni li jippermettu kemm li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom il-ħsara intenzjonata għall-ħajja u għall-habitat ta’ dawn l-għasafar u kemm li tiġi żgurata l-osservanza effettiva tal-projbizzjonijiet fir-rigward tal-qerda jew tal-ħsara intenzjonati tal-bejtiet u tal-bajd tagħhom u fir-rigward tat-tneħħija tal-bejtiet tagħhom, kif ukoll fir-rigward tat-tfixkil intenzjonat tagħhom, b’mod partikolari matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni u ta’ dipendenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0260"><NO.P>260</NO.P><TXT>Ebda wieħed mill-argumenti mressqa mir-Repubblika tal-Polonja ma huwa ta’ natura li jdaħħal inkwistjoni din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0261"><NO.P>261</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, sa fejn dan l-Istat Membru jinvoka l-firxa tal-ħanfus tal-prinjol, l-argumenti kollha tiegħu għandhom jiġu miċħuda għall-istess raġunijiet bħal dawk li jinsabu fil-punti 173 sa 181 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0262"><NO.P>262</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, sa fejn ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-popolazzjonijiet ta’ għasafar inkwistjoni baqgħu stabbli, jekk mhux ukoll żdiedu, għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li tali fatt ma jistax idaħħal inkwistjoni l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva dwar l-għasafar, li jobbliga lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jevitaw id-deterjorament tal-habitat kif<?PAGE NO="43"?> ukoll it-tfixkil li jaffettwa lill-għasafar, u dan sa fejn l-obbligi ta’ protezzjoni jeżistu qabel ma jkun ġie kkonstatat tnaqqis fin-numru tal-għasafar u qabel ma jimmaterjalizza r-riskju ta’ estinzjoni ta’ speċi ta’ għasafar protetta (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Bulgarija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑141/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:8">EU:C:2016:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161124">24 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:895">EU:C:2016:895</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0263"><NO.P>263</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dawn il-kunsiderazzjonijiet, li jikkonċernaw is-sistema ġenerali ta’ protezzjoni tal-għasafar prevista f’din id-dispożizzjoni, japplikaw, iktar u iktar, fil-kuntest tal-protezzjoni speċifika prevista fl-Artikolu 5(b) u (d) tad-Direttiva dwar l-għasafar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0264"><NO.P>264</NO.P><TXT>Mill-bqija, għandu jiġi osservat li r-Repubblika tal-Polonja sempliċement sostniet li la l-preżenza u lanqas il-mod ta’ ħajja tal-erba’ speċi ta’ għasafar tipiċi tal-foresti naturali, jiġifieri l-kokka nana, il-kokka ta’ Tengmalm, it-tektiek is-siġar ta’ daru abjad u t-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’, ma huma mhedda mill-operazzjonijiet ta’ ġestjoni forestali attiva inkwistjoni. B’mod partikolari, f’dan ir-rigward hija invokat data marbuta mas-snin 2014 u 2015 sabiex turi li n-numri tat-tektiek is-siġar ta’ daru abjad ma kinux naqsu. Issa, tali data tippreċedi l-applikazzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet. Fir-rigward tal-fatt li, f’siti Natura 2000 oħra li jinsabu fil-Polonja, wieħed jista’ jsib numri ikbar ta’ tektiek is-siġar ta’ daru abjad u ta’ tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’ min-numri indikati fil-FSD fis-seħħ għas-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska, dan il-fatt ma huwiex ta’ natura li jdgħajjef il-konstatazzjoni li l-imsemmija operazzjonijiet huma ta’ natura li jheddu l-istabbiltà tal-popolazzjoni ta’ dawn iż-żewġ speċi f’dan is-sit tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0265"><NO.P>265</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fit-tielet lok, sa fejn ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li t-twaqqigħ ta’ siġar tal-prinjol ma jistax jippreġudika b’mod sinjifikattiv l-integrità tal-habitat tal-kokka nana u tal-kokka ta’ Tengmalm, l-argumenti tagħha ma jistgħux jintlaqgħu sa fejn, minn naħa, mill-PZO tal-2015 jirriżulta b’mod ċar li s-siġar tal-prinjol jikkostitwixxu l-habitat prinċipali ta’ dawn l-ispeċi ta’ għasafar u, min-naħa l-oħra, fid-distrett ta’ Białowieża, l-Anness tal-2016 essenzjalment jipprevedi l-multiplikazzjoni bi tlieta fil-volum ta’ injam esplojtabbli, b’mod partikolari tas-siġar tal-prinjol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0266"><NO.P>266</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raba’ lment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(b) u (d) tad-Direttiva dwar l-għasafar, huwa fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0267"><NO.P>267</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors ippreżentat mill-Kummissjoni għandu jintlaqa’ fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0268"><NO.P>268</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, billi adottat anness għall-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti tad-distrett forestali ta’ Białowieża mingħajr ma żgurat li dan l-anness ma kienx ser jippreġudika l-integrità tas-SIK u taż-ŻPS li jikkostitwixxu s-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska;</P></ITEM><ITEM><P>taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-habitats kif ukoll taħt l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva dwar l-għasafar, billi naqset milli tistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jissodisfaw ir-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitats naturali li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva dwar il-habitats u tal-ispeċi li jinsabu fl-Anness II ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-ispeċi tal-għasafar imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-għasafar u tal-ispeċi migratorji li ma jissemmewx f’dan l-anness u li jpassu b’mod regolari, li fir-rigward tagħhom is-SIK u ż-ŻPS li jikkostitwixxu s-sit Natura 2000 Puszcza Białowieska kienu ġew ikklassifikati;</P></ITEM><ITEM><P>taħt l-Artikolu 12(1)(a) u (d) tad-Direttiva dwar il-habitats, billi naqset milli tiżgura protezzjoni stretta ta’ ħanfus saprossiliku, jiġifieri l-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT>, imsemmija fl-Anness IV ta’ din id-direttiva, jiġifieri billi ma pprojbixxietx il-qtil intenzjonat tagħhom jew it-tfixkil tagħhom u billi ma pprojbixxietx id-deterjorament jew il-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni tagħhom fid-distrett forestali ta’ Białowieża, u</P></ITEM><?PAGE NO="44"?><ITEM><P>taħt l-Artikolu 5(b) u (d) tad-Direttiva dwar l-għasafar, billi naqset milli tiżgura l-protezzjoni tal-ispeċi ta’ għasafar imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari l-kokka nana (<HT TYPE="ITALIC">Glaucidium passerinum</HT>), il-kokka ta’ Tengmalm (<HT TYPE="ITALIC">Aegolius funereus</HT>), it-tektiek is-siġar ta’ daru abjad (<HT TYPE="ITALIC">Dendrocopos leucotos</HT>) u t-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’ (<HT TYPE="ITALIC">Picoides tridactylus</HT>), jiġifieri billi naqset milli tiżgura li dawn l-ispeċi ma jkunux maqtula jew imfixkla matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni u ta’ dipendenza u li l-bejtiet u l-bajd tagħhom ma jkunux is-suġġett ta’ qerda, ħsara jew tneħħija intenzjonati fid-distrett forestali ta’ Białowieża.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0269"><NO.P>269</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Repubblika tal-Polonja tilfet fir-rigward tal-motivi tagħha, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha:</HT></TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE>, billi adottat anness għall-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti tad-distrett forestali ta’ Białowieża mingħajr ma żgurat li dan l-anness ma kienx ser jippreġudika l-integrità tas-sit ta’ interess Komunitarju u taż-żona ta’ protezzjoni speċjali PLC200004 Puszcza Białowieska;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, kif ukoll taħt l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, billi naqset milli tistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jissodisfaw ir-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitats naturali li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, u tal-ispeċi li jinsabu fl-Anness II ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-ispeċi tal-għasafar imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, u tal-ispeċi migratorji li ma jissemmewx f’dan l-anness u li jpassu b’mod regolari, li fir-rigward tagħhom is-sit ta’ importanza Komunitarja u ż-żona ta’ protezzjoni speċjali PLC200004 Puszcza Białowieska kienu ġew ikklassifikati;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">taħt l-Artikolu 12(1)(a) u (d) tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, billi naqset milli tiżgura protezzjoni stretta ta’ ħanfus saprossiliku, jiġifieri l-<HT TYPE="ITALIC">Buprestis splendens</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Cucujus cinnaberinus</HT>, il-<HT TYPE="ITALIC">Phryganophilus ruficollis</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">Pytho kolwensis</HT>, imsemmija fl-Anness IV ta’ din id-direttiva, jiġifieri billi ma pprojbixxietx il-qtil intenzjonat tagħhom jew it-tfixkil tagħhom u billi ma pprojbixxietx id-deterjorament jew il-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni tagħhom fid-distrett forestali ta’ Białowieża, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">taħt l-Artikolu 5(b) u (d) tad-Direttiva 2009/147, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, billi naqset milli tiżgura l-protezzjoni tal-ispeċi ta’ għasafar imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari l-kokka nana</HT> (<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Glaucidium passerinum</HT></HT>), <HT TYPE="BOLD">il-kokka ta’ Tengmalm</HT> (<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Aegolius funereus</HT></HT>), <HT TYPE="BOLD">it-tektiek is-siġar ta’ daru abjad</HT> (<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Dendrocopos leucotos</HT></HT>) <HT TYPE="BOLD">u t-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba</HT>’ (<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Picoides tridactylus</HT></HT>), <HT TYPE="BOLD">jiġifieri billi naqset milli tiżgura li dawn l-ispeċi ma jkunux maqtula jew imfixkla matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni u ta’ dipendenza u li l-bejtiet u l-bajd tagħhom ma jkunux is-suġġett ta’ qerda, ħsara jew tneħħija intenzjonati fid-distrett forestali ta’ Białowieża</HT>.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="45"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>