|
24.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/31 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1028
tal-21 ta’ Ġunju 2021
li tadotta miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess, l-emendar, it-tħassir u t-tħassir minn qabel tad-data fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 i jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 73(3), it-tielet subparagrafu, il-punti (b) (i) u (ii), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1240 jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) applikabbli għal nazzjonali ta’ pajjiżi terzi eżenti mill-viża li jkunu qed ifittxu li jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri. |
|
(2) |
Qabel l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni teknika ta’ dik is-sistema. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-miżuri stipulati minn din id-Deċiżjoni jiġu integrati mill-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS. Abbażi tal-miżuri stipulati minn din id-Deċiżjoni, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) jenħtieġ imbagħad li tkun tista’ tiddefinixxi d-disinn tal-arkitettura fiżika tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema u tiżviluppa s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS. |
|
(4) |
L-iżvilupp tekniku u l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS jenħtieġ li tkopri l-mod kif l-awtoritajiet se jaċċessaw, jemendaw u jħassru d-data fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tal-fruntiera bi skop li jinkiseb l-istatus ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar fil-fruntieri, l-aċċess mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni bi skopijiet ta’ verifika tal-kundizzjonijiet għad-dħul jew għas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri, l-aċċess mill-punti ta’ aċċess ċentrali bi skopijiet ta’ infurzar tal-liġijiet, u l-aċċess mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għall-irkupru tal-fajls bi skop tal-valutazzjoni, ta’ immigrazzjoni illegali jew tar-riskju għoli ta’ epidemija, tali aċċess jenħtieġ li jingħata permezz ta’ interfaċċa teknika li tippermetti l-konnessjoni tal-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri, il-punti ta’ aċċess ċentrali, is-sistemi nazzjonali tal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u sistemi ta’ informazzjoni tal-UE jew sistemi nazzjonali oħra, mas-Sistemi Ċentrali tal-ETIAS. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi żviluppati mill-eu-LISA jenħtieġ li jinkludu dokument għall-kontroll tal-interfaċċa li jiddeskrivi l-interfaċċa teknika bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u sistemi nazzjonali oħra. |
|
(6) |
Mill-bidu tal-operazzjonijiet tal-portal Ewropew tat-tfittxija stabbilit skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tfittxijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-fruntiera, mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jew mill-punti ta’ aċċess ċentrali jenħtieġ li jsiru bl-użu tal-portal Ewropew tat-tfittxija. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-aċċess bi skop ta’ pproċessar manwali tal-applikazzjonijiet, inkluż għall-Europol meta din tipprovdi opinjonijiet lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, kif ukoll l-aċċess mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS bi skopijiet ta’ emendar u t-tħassir tad-data, jenħtieġ li l-aċċess jingħata permezz ta’ software ddiżinjat għal dak l-iskop mill-eu-LISA. Jenħtieġ ukoll li dak is-software jintuża mill-Europol biex jintalab aċċess għad-data fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bi skopijiet ta’ infurzar tal-liġi. Jenħtieġ li jiġu speċifikati l-mezzi li bihom l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jawtentikaw u jaċċessaw dak is-software. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-utenti awtorizzati kif dovut mill-Unitajiet Ċentrali tal-ETIAS, mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u mill-Europol jilloggjaw fis-software bl-użu ta’ profili tal-impjieg tal-utent. Jenħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol ikunu jistgħu jassenjaw permessi, rwoli u profili tal-impjieg standard lill-utenti jew li jikkonfiguraw il-profili tal-impjieg bl-użu ta’ rwoli u permessi stabbiliti minn qabel fis-software biex jirriflettu l-mod kif l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Istati Membri se jorganizzaw u joperaw l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS rispettivament, u fil-każ tal-Europol biex jiġu riflessi l-metodi ta’ ħidma tal-Europol. |
|
(9) |
Jenħtieġ li fis-software jiġu ddeterminati minn qabel l-inkompatibbiltajiet bejn ir-rwoli u l-permessi stabbiliti minn qabel biex l-utenti ma jitħallewx joħolqu profili tal-impjieg li jikkombinaw rwoli u permessi inkompatibbli. Sabiex il-kompiti jiġu sseparati u jiġi evitat li l-utenti jkollhom responsabbiltajiet kunfliġġenti, jenħtieġ li l-permessi assoċjati mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ma jiġux ikkombinati mal-permessi assoċjati mal-emendar u mat-tħassir tad-data, u lanqas mal-permessi assoċjati mal-proċeduri ta’ appell. |
|
(10) |
F’konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari l-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, l-utenti tas-software jenħtieġ li jitħallew jaraw biss dik id-data li tikkorrispondi għall-permessi assenjati lill-profili tal-impjieg tagħhom. Dan jista’ jwassal għal viżwalizzazzjonijiet differenti tal-utent skont il-profil tal-impjieg li jkun qiegħed jintuża. |
|
(11) |
Jenħtieġ li s-software jiġi żviluppat b’funzjonalitajiet ġenerali tas-software li jappoġġaw lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS fil-kompiti tagħhom relatati mal-aċċess, l-emendar u t-tħassir tad-data. |
|
(12) |
Jenħtieġ ukoll li jinkludi għadd ta’ funzjonalitajiet speċifiċi biex jappoġġaw lill-utenti fil-kompiti tagħhom relatati mal-aċċess għad-data u l-emendar tagħha, u meta jipproċessaw manwalment applikazzjonijiet li dwarhom tkun feġġet hit matul l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet. |
|
(13) |
Fost dawk il-funzjonalitajiet speċifiċi jenħtieġ li jkun hemm dik li dejjem jintwera biċ-ċar lill-utenti ż-żmien li jkun baqgħalhom biex iżommu mal-iskadenzi allokati rispettivi tagħhom għad-diversi stadji tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) 2018/1240. |
|
(14) |
Jenħtieġ li funzjonalitajiet speċifiċi oħra jappoġġaw l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS matul l-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet meta jivvalutaw ir-riskji ta’ sigurtà. Jenħtieġ li s-software jippermetti l-estrazzjoni ta’ data limitata maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex tiġi ffaċilitata l-konsultazzjoni mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS ta’ sistemi jew bażijiet tad-data tal-informazzjoni oħra tal-UE (is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) jew is-sistema Eurodac) jew ta’ informazzjoni f’sistemi nazzjonali sottostanti relatati mal-hits li jfeġġu matul l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet. Jenħtieġ li s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS tiġi żviluppata b’tali mod li jkunu jistgħu jinħolqu fajls b’mod awtomatiku u jkunu disponibbli għall-estrazzjoni mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS meta jivvalutaw manwalment l-applikazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 26 jew l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1240. Huwa meħtieġ li jiġu identifikati dawk il-funzjonalitajiet u l-elementi tad-data li għandhom jitħejjew awtomatikament bħala parti mill-fajls skont il-hit li titla’ matul l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet. Huwa barra minn hekk meħtieġ li s-software jkollu funzjonalitajiet speċifiċi li jippermettu l-estrazzjoni tad-data fil-kuntest tal-proċeduri ta’ appell nazzjonali u li jippermettu uploading tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju kif ukoll li jitniżżel rekord tad-data relatata mal-proċeduri nazzjonali ta’ appell. Jenħtieġ li l-funzjonalitajiet speċifiċi tas-software għall-uploading tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju ma jħallux li jsir uploading tal-ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni li tinħareġ jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. |
|
(15) |
Jenħtieġ li l-eu-LISA tassenja kredenzjali lill-Istati Membri li jippermettulhom li jaraw li jkun hemm rwol jew profil tal-impjieg tal-utent wieħed jew aktar għall-persunal awtorizzat kif dovut tal-punti ta’ aċċess ċentrali, u l-awtoritajiet tal-fruntiera u tal-immigrazzjoni. |
|
(16) |
Minħabba l-obbligu eżistenti skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li taġixxi bħala l-kontrollur tad-data f’konformità mal-Artikolu 3, il-punt (8) ta’ dak ir-Regolament, u l-eu-LISA, li taġixxi bħala l-kontrollur fir-rigward tal-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, iwettqu valutazzjoni tal-impatt tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti fuq il-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2018/1725. |
|
(17) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, peress li r-Regolament (UE) 2018/1240 jimxi fuq il-passi tal-acquis ta’ Schengen, fil-21 ta’ Diċembru 2018, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, innotifikat id-deċiżjoni tagħha li timplimenta r-Regolament (UE) 2018/1240 fil-liġi nazzjonali tagħha. |
|
(18) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fihom u ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); L-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(19) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u mir-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-Punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6). |
|
(20) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fil-Punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8). |
|
(21) |
Fir-rigward ta’ Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (9), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-Punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10). |
|
(22) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija, u r-Rumanija u l-Kroazja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew huwa marbut b’mod ieħor miegħu, fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011. |
|
(23) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fit-22 ta’ Jannar 2021. |
|
(24) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fruntieri Intelliġenti (ETIAS), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 fir-rigward ta’:
|
1. |
aċċess għad-data f’konformità mal-Artikoli 22 sa 29, l-Artikoli 33 sa 44 u l-Artikoli 47 sa 53 ta’ dak ir-Regolament; |
|
2. |
l-emendar, it-tħassir u t-tħassir minn qabel ta’ data f’konformità mal-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“rwol” tfisser sett ta’ permessi marbuta ma’ skop speċifiku għall-ipproċessar tad-data fis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS); |
|
(b) |
“profil tal-impjieg” tfisser funzjoni waħda jew aktar ta’ impjieg b’kopertura ta’ rwol wieħed jew aktar; |
|
(c) |
“utent” tfisser membru tal-persunal awtorizzat kif dovut tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, ta’ Unità Nazzjonali tal-ETIAS, tal-Europol jew ta’ punt ta’ aċċess ċentrali kif ukoll awtoritajiet tal-fruntiera jew tal-immigrazzjoni bi kredenzjali ta’ aċċess assenjati bi rwol jew profil tal-impjieg wieħed jew aktar; |
|
(d) |
“permess” tfisser dritt għat-twettiq ta’ operazzjoni ta’ pproċessar tad-data. |
Kapitolu II
Dispożizzjonijiet dwar is-software
Artikolu 3
Skema ta’ awtentikazzjoni u ġestjoni tal-aċċess
1. Bl-eċċezzjoni tal-aċċess għall-entrati fil-lista ta’ sorveljanza, li għalihom għandu jkun hemm aċċess f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni teknika tal-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS u tal-għodda tal-valutazzjoni tal-impatt (11), għad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandhom ikollhom aċċess għaliha l-utenti tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol, permezz tas-software msemmi fl-Artikolu 6(2), il-punt (m) tar-Regolament (UE) 2018/1240 (“is-software”).
2. Meta tiżviluppa s-software, l-eu-LISA għandha:
|
(a) |
tistabbilixxi skema ta’ awtentikazzjoni għall-illoggjar fis-software; |
|
(b) |
tqiegħed permessi, rwoli u profili tal-impjieg standard għad-dispożizzjoni tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u tal-Europol. |
3. Is-software għandu jipprovdi lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS, lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u lill-Europol bil-mezzi tekniċi biex:
|
(a) |
joħolqu rwoli ġodda u jemendaw jew iħassru rwoli eżistenti; |
|
(b) |
jikkonfiguraw kredenzjali tal-aċċess li jippermettu lill-utenti jwettqu operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data skont ir-rwoli assenjati; |
|
(c) |
jirregolaw, fl-ambitu tal-organizzazzjonijiet tagħhom, l-assenjar u l-ġestjoni tar-rwoli standard lill-utenti. |
4. Ir-rwoli maħluqa jew emendati mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol għandhom ikunu viżibbli biss għall-Unità Ċentrali tal-ETIAS, għall-Unità Nazzjonali tal-ETIAS jew għall-Europol rispettivament.
5. Is-software ma għandux iħalli li jiġu assenjati rwoli inkompatibbli lill-utenti. Għandu jiżgura li l-utenti li jkollhom diversi profili tal-impjieg ikunu jistgħu jużaw profil tal-impjieg wieħed wieħed, u jkunu jistgħu jaqilbu minn profil tal-impjieg għall-ieħor mingħajr ma jkollhom għalfejn jagħmlu logout.
6. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u l-Europol għandhom ikunu inkarigati mill-assenjar tal-profili tal-impjieg permezz tas-software lill-utenti fl-organizzazzjoni tagħhom. Kull profil tal-impjieg, rwol jew permess jista’ jiġi assenjat lil diversi utenti fl-istess organizzazzjoni.
7. L-utenti jistgħu jużaw psewdonimi. Dawn il-psewdonimi għandhom ikunu traċċabbli u jwasslu għall-identitajiet uffiċjali tal-utenti fil-livell nazzjonali jew fl-Europol.
8. L-iskema ta’ awtentikazzjoni, u l-permessi, rwoli u profili ta’ impjieg standard imsemmija fil-paragrafu 2, u l-assenjar tar-rwoli inkompatibbli li ma għandux jitħalla, kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, għandhom ikunu parti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi previsti fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Artikolu 4
Funzjonalitajiet ġenerali tas-software
1. Is-software għandu jkollu minn tal-anqas il-funzjonalitajiet segwenti biex jappoġġaw lill-utenti bi skop ta’ aċċess, emendar u tħassir tad-data:
|
(a) |
il-possibbiltà li jintuża sett predeterminat ta’ filtri biex il-viżwalizzazzjoni tad-data tiġi kkonfigurata għal kull profil tal-impjieg li jkun illoggjat fis-software; |
|
(b) |
l-issejvjar awtomatiku tad-data li tiżdied mal-fajl ta’ applikazzjoni jew l-abbozz tal-emendi tad-data fil-fajl ta’ applikazzjoni, fejn applikabbli, u li jkun hemm logout tal-utent wara perjodu prestabbilit ta’ inattività; |
|
(c) |
il-possibbiltà li jiġi bblukkat l-aċċess għal hit minn utent ieħor għal perjodu limitat ta’ żmien, inkluż l-immarkar ta’ tali hits ibblukkati li jkun viżibbli għal utenti oħra; |
|
(d) |
l-opzjoni li l-progress fir-rigward tal-applikazzjoni jiġi ssejvjat mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS; |
|
(e) |
il-possibbiltà li, fi kwalunkwe mument, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jimmarkaw ineżattezzi possibbli fid-data jew ipproċessar tad-data bi ksur tar-Regolament (UE) 2108/1240 u jniżżlu rekord tagħhom; |
|
(f) |
ikunu jistgħu jseħħu komunikazzjoni u skambju tal-informazzjoni bejn l-utenti mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS, mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u mill-Europol; |
|
(g) |
it-tneħħija b’mod awtomatiku tan-noti temporanji msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (f) ta’ din id-Deċiżjoni fil-waqt tat-tlestija tal-ipproċessar manwali mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS; |
|
(h) |
in-noti temporanji msemmija fl-Artikolu 5(1)(f) ta’ din id-Deċiżjoni ma jitħallewx ikunu viżibbli għall-utenti għajr dawk mill-istess Unità jew mill-Europol; |
|
(i) |
l-Unità Ċentrali tal-ETIAS titħalla tipproċessa t-talbiet tal-Europol imsemmija fl-Artikolu 5(1)(m) ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(j) |
il-possibbiltà li jiġi ffaċilitat l-irkupru tad-data meta jintalab mis-suġġett tad-data, inklużi mudelli għall-għoti ta’ tweġiba lis-suġġett tad-data u, fil-każijiet li fihom ikun rilevanti, magħhom ikun hemm ħarsa ġenerali tal-bidliet li jkunu saru fid-data, selezzjoni tad-data personali, jew il-ġustifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 64(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2018/1240; |
|
(k) |
fil-każijiet li fihom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi emendata abbażi ta’ talba minn detentur ta’ awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-utenti jkunu jistgħu jinnotifikaw lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni li tkun inħarġet awtorizzazzjoni emendata għall-ivvjaġġar. |
2. L-eu-LISA għandha tiddeskrivi d-dettalji tal-funzjonalitajiet ġenerali tas-software fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Artikolu 5
Funzjonalitajiet speċifiċi tas-software
1. Is-software għandu jkollu minn tal-anqas il-funzjonalitajiet speċifiċi segwenti biex jappoġġaw lill-utenti meta jaċċessaw id-data f’konformità mal-Kapitoli III, IV u VI tar-Regolament (UE) 2018/1240:
|
(a) |
funzjonalità li tippermetti li jiġu viżwalizzati l-fajls ta’ applikazzjoni abbażi taż-żmien li jkun fadal għall-pass li jkun imiss fl-ipproċessar manwali, bħala l-viżwalizzazzjoni prestabbilita, kif ukoll filtri oħra, li jkunu disponibbli għall-ikkonfigurar tal-viżwalizzazzjoni skont l-utent, biex jiġu viżwalizzati l-fajls ta’ applikazzjoni:
|
|
(b) |
funzjonalità li tikkalkula u turi b’mod ċar iż-żmien li jkun fadal, kif ukoll it-twissijiet dwar l-iskadenzi għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet, inkluż meta jiġu kkonsultati l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jew il-Europol; |
|
(c) |
funzjonalità li tipprovdi dashboard għall-ġestjoni lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS, lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u lill-Europol li tagħti ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni kif tkun dak il-ħin fir-rigward tal-operazzjonijiet relatati mal-ipproċessar manwali; |
|
(d) |
funzjonalità li tagħti l-għażla li applikazzjoni tiġi mmarkata għall-attenzjoni speċifika jew għal trattament ad hoc; |
|
(e) |
funzjonalità li tagħti l-għażla li tintalab notifika tad-deċiżjoni meħuda mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru inkarigat rigward applikazzjoni li dwarha tkun ġiet ikkonsultata Unità Nazzjonali tal-ETIAS; |
|
(f) |
funzjonalità li tippermetti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS iżidu jew iħassru noti temporanji dwar il-fajl ta’ applikazzjoni; |
|
(g) |
funzjonalitajiet li jappoġġaw lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS fl-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 26 u l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1240, kif ġej:
|
|
(h) |
funzjonalità li tippermetti l-estrazzjoni tad-data rilevanti meħtieġa għall-proċeduri ta’ appell nazzjonali, fil-każijiet li fihom ikunu nbdew tali proċeduri u li jitniżżel rekord fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS li tkun inbdiet proċedura tal-appell, u miegħu jkun hemm in-numri ta’ referenza tal-appell nazzjonali korrispondenti u l-eżitu ta’ dik il-proċedura; |
|
(i) |
funzjonalità li tippermetti l-estrazzjoni tad-dokumentazzjoni jew tal-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 27(2) u (8) tar-Regolament (UE) 2018/1240 u li jsir uploading u jinħażnu t-traduzzjonijiet ta’ dik id-dokumentazzjoni fil-fajl ta’ applikazzjoni; |
|
(j) |
funzjonalità li tippermetti li jsir segwitu tal-eżitu tal-appelli nazzjonali skont l-Artikolu 37(3), l-Artikolu 40(3) u l-Artikolu 41(7) tar-Regolament (UE) 2018/1240, inkluż l-emendar u t-tħassir tad-data fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, u fil-każijiet rilevanti l-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ġdida għall-ivvjaġġar; |
|
(k) |
funzjonalità għall-assenjar tal-fajls ta’ applikazzjoni u biex tillimita jew tippermetti li dawn jidhru lil utenti speċifiċi fl-istess Unità Nazzjonali tal-ETIAS jew fl-Unità Ċentrali tal-ETIAS, sabiex ikun hemm koordinazzjoni bejn l-utenti; |
|
(l) |
funzjonalità li tippermetti lill-Europol tagħmel estrazzjoni tad-data li tittrażmettilha l-Unità Ċentrali tal-ETIAS kif imsemmi fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240; |
|
(m) |
funzjonalità li tippermetti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS ikollha aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex tipproċessa t-talbiet tal-Europol għal konsultazzjoni tad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, mingħajr ma tivviżwalizza l-parametri tat-tfittxija tat-talba tal-Europol jew ir-riżultati tat-tfittxija, u tinnotifika lill-Europol bit-trażmissjoni tad-data skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2018/1240; |
|
(n) |
funzjonalità li tippermetti lill-Europol tagħmel estrazzjoni ta’ fajl li jkun fih id-data miksuba mit-talba għal konsultazzjoni msemmija fil-punt(m); |
|
(o) |
funzjonalità għall-assenjar tat-talbiet għal konsultazzjoni lil utenti speċifiċi fl-Europol; |
|
(p) |
funzjonalità li tippermetti lill-utenti mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jaħdmu fuq hits differenti simultanjament fl-istess fajl ta’ applikazzjoni u jikkoordinaw għall-konsolidazzjoni ta’ opinjoni f’każijiet li fihom jiġu identifikati aktar minn hit waħda għal dik l-Unità dwar fajl ta’ applikazzjoni wieħed; |
|
(q) |
funzjonalità li tiżgura li utent wieħed biss, fl-ambitu tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew ta’ Unità Nazzjonali tal-ETIAS, ikun jista’ jaħdem fuq l-istess hit, fl-istess waqt, f’fajl ta’ applikazzjoni; |
|
(r) |
funzjonalità li tippermetti l-irkupru manwali ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar maħruġa għall-finijiet ta’ annullament u revoka. |
2. Il-funzjonalità msemmija fil-punt (q) għandha tippermetti lill-utenti jaraw hits li ma jkunx possibbli li jaħdmu fuqhom f’ħin determinat. L-utenti bi kredenzjali ta’ aċċess kif suppost għandhom ikunu jistgħu jaraw il-kontenut tal-hit il-ħin kollu.
3. L-eu-LISA għandha tiddeskrivi d-dettalji tal-funzjonalitajiet speċifiċi tas-software msemmija fil-paragrafu 1, il-format tad-data fil-fajls estratti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (g), (l), (m), u (n) ta’ dan l-Artikolu u l-approċċ tekniku għaż-żamma tar-rekords tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data msemmija fl-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) 2018/1240 fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi previsti fl-Artikolu 73(3) ta’ dak ir-Regolament.
Kapitolu III
L-aċċess, l-emendar, it-tħassir u t-tħassir minn qabel
Artikolu 6
L-aċċess, l-emendar, it-tħassir u t-tħassir minn qabel għall-finijiet tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2018/1240
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-software għandu jippermetti lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS ifittxu fid-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Għandhom ikunu disponibbli l-kampijiet tat-tfittxija segwenti:
|
(a) |
il-kunjom (isem il-familja); |
|
(b) |
l-ewwel isem/ismijiet (l-isem/l-ismijiet mogħti(ja)); |
|
(c) |
it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar; |
|
(d) |
in-numru tal-applikazzjoni; |
|
(e) |
in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet; |
|
(f) |
id-data tat-twelid; |
|
(g) |
is-sess; |
|
(h) |
il-perjodu ta’ żmien. |
2. Sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru tal-fajl ta’ applikazzjoni, is-software għandu jippermetti lill-utenti jfittxu billi jipprovdu data li tikkorrispondi għall-kampijiet tat-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c) jew (d) ta’ dan l-Artikolu.
3. Jekk id-data msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (c) jew (d) ma tkunx disponibbli, is-software għandu jippermetti lill-utenti jfittxu billi jipprovdu d-data li tikkorrispondi għall-kampijiet tat-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b), (e), (f), (g) u (h). Is-software għandu jippermetti lill-utenti jagħmlu tfittxija meta tkun nieqsa d-data li tikkorrispondi għal wieħed mill-kampijiet tat-tfittxija (b), (e), (g). Għandu jkun fakultattiv li tiġi pprovduta data li tikkorrispondi għall-kamp tat-tfittxija (h).
4. Għat-tfittxijiet li jsiru f’konformità mal-paragrafu 2, għandhom japplikaw ir-regoli segwenti:
|
(a) |
il-kampijiet tat-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (c) u (d) għandhom ikunu l-oġġett ta’ tfittxija bil-modalità eżatta (exact mode); |
|
(b) |
il-kampijiet tat-tfittxija l-oħra kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu l-oġġett ta’ tfittxija bil-modalità libera (inexact mode). |
5. Il-fajl ta’ applikazzjoni għandu jiġi viżwalizzat, flimkien ma’ kull fajl ta’ applikazzjoni kkollegat, f’konformità mal-permessi u r-rwoli definiti għall-utenti.
6. Għall-finijiet ta’ tħassir tal-fajls ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 55(5) tar-Regolament (UE) 2018/1240, funzjonalità tas-software għandha tippermetti lill-utenti tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jagħmlu tfittxijiet u jirkupraw diversi fajls ta’ applikazzjoni f’daqqa. Is-software għandu jippermetti lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 55(5) ta’ dak ir-Regolament iqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS informazzjoni strutturata li jkun fiha l-kampijiet tat-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawk it-tfittxijiet.
7. Qabel ma jitniżżel rekord fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ta’ kwalunkwe bidla skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-software għandhom jitlob lill-utenti jikkonfermaw l-emenda jew it-tħassir billi jdaħħlu l-kredenzjali tal-utent tagħhom.
Kapitolu IV
Aċċess għad-data bi skopijiet ta’ infurzar tal-liġijiet
Artikolu 7
Aċċess għad-data mill-Europol
1. It-talbiet għall-aċċess mill-Europol skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandhom jintbagħtu permezz tas-software.
2. L-Europol għandha timla formola bid-data msemmija fl-Artikolu 52(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1240, f’konformità mal-Artikolu 53 ta’ dak ir-Regolament. L-Europol għandha tispeċifika liema data, jekk ikun hemm, tista’ tkun l-oġġett ta’ tfittxija bil-modalità libera.
3. L-unità speċjalizzata tal-Europol inkarigata mill-verifika preliminari tat-talbiet, imsemmija fl-Artikolu 53(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandha tinkludi fit-talba, il-valutazzjoni tagħha dwar jekk it-talba tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha li jinsabu fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu. Għandu jkun teknikament impossibbli li t-talba tintbagħat lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jekk il-valutazzjoni ma tkunx inkluża.
4. Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha timblokka awtomatikament l-aċċess għad-data msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punt (h) tar-Regolament (UE) 2018/1240. Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha timblokka awtomatikament l-aċċess għad-data msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punt (i) u fl-Artikolu 17(4), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/1240 jekk l-unità speċjalizzata tal-Europol ma tkunx indikat li jkunu ġew ipprovduti u vverifikati l-ġustifikazzjonijiet rilevanti meħtieġa skont l-Artikolu 53(1) ta’ dak ir-Regolament. L-unità speċjalizzata tal-Europol għandha tindika fit-talba li jkunu saru l-verifiki meħtieġa.
Artikolu 8
Aċċess għad-data mill-punti ta’ aċċess ċentrali
1. Il-punti ta’ aċċess ċentrali għandhom ifittxu fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS billi jużaw id-data elenkata fl-Artikolu 52(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 permezz tal-portal Ewropew tat-tfittxija skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/817. Id-data elenkata fl-Artikolu 52(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tista’ tkun l-oġġett ta’ tfittxija bil-modalità libera.
2. Sakemm il-portal Ewropew tat-tfittxija jsir operattiv għall-użu mill-punti ta’ aċċess ċentrali, it-tfittxijiet għandhom isiru direttament permezz tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.
3. Meta talba tasal minn unità operattiva tal-awtoritajiet deżinjati, il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika u jikkonferma li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 huma ssodisfati.
4. Fejn applikabbli, il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika u jikkonferma jekk l-aċċess għad-data elenkata fl-Artikolu 17(2), il-punt (i) u fl-Artikolu 17(4), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/1240 huwiex ġustifikat, f’konformità mal-Artikolu 51 ta’ dak ir-Regolament.
5. Fil-każijiet li fihom il-punt ta’ aċċess ċentrali jkollu aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha timblokka awtomatikament l-aċċess għad-data elenkata fl-Artikolu 17(2), il-punt (h) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tirkupra d-data elenkata fl-Artikoli 17(2), il-punt (i) u fl-Artikolu 17(4), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/1240 fil-każijiet biss li fihom il-punt ta’ aċċess ċentrali jkun ikkonferma li l-aċċess għal dik id-data huwa ġustifikat skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
F’każijiet eċċezzjonali, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-punti ta’ aċċess ċentrali għandhom ikunu jistgħu jindikaw li t-talba tikkonċerna każ ta’ urġenza u għandhom ikunu jistgħu jipproċessaw minnufih it-talba minn unità operattiva tal-awtoritajiet deżinjati. Il-verifiki u l-konfermi previsti fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru ex post, f’konformità mal-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Kapitolu V
Aċċess għad-data mill-awtoritajiet tal-fruntiera u tal-immigrazzjoni bi skopijiet ta’ verifika
Artikolu 9
Aċċess għad-data mill-awtoritajiet tal-fruntiera fil-fruntieri esterni
1. L-awtoritajiet tal-fruntiera għandhom jaċċessaw is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jikkonsultaw id-data meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijiethom.
L-awtoritajiet tal-fruntiera għandu jkollhom aċċess biex ifittxu fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, bl-użu tad-data segwenti li tinsab fil-parti li tinqara minn magna tad-dokument tal-ivvjaġġar:
|
(a) |
il-kunjom (isem il-familja); l-ewwel isem jew ismijiet (l-ismijiet mogħtija); |
|
(b) |
id-data tat-twelid; is-sess; in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet; |
|
(c) |
it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar; |
|
(d) |
id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar. |
Id-data kollha elenkata fit-tieni subparagrafu għandha tintuża biex tinbeda t-tfittxija. Id-data elenkata fil-punt (a) tista’ tkun l-oġġett ta’ tfittxija bil-modalità libera filwaqt li d-data l-oħra għandha tkun l-oġġett ta’ tfittxija bil-modalità eżatta.
2. It-tfittxijiet li jsiru bl-użu tad-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom iwasslu biex tinkiseb id-data msemmija fl-Artikolu 47(2), il-punti (a) sa (d) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
3. F’konformità mal-Artikolu 47(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jikkonsultaw informazzjoni addizzjonali li tkun ġiet miżjuda mal-fajl ta’ applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 39(1), il-punt (e) jew l-Artikolu 44(6), il-punt (f) ta’ dak ir-Regolament. Għal dan l-iskop, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandu jkollhom aċċess, permezz tal-portal Ewropew tat-tfittxija, biex ifittxu fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bl-użu tad-data elenkata fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu.
Sakemm il-portal Ewropew tat-tfittxija jsir operattiv għall-użu mill-awtoritajiet tal-fruntiera, dawn it-tfittxijiet għandhom isiru direttament fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.
4. It-tfittxijiet li jsiru f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom iwasslu biex tinkiseb id-data msemmija fl-Artikolu 39(1), il-punt (e) jew l-Artikolu 44(6), il-punt (f) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Artikolu 10
Aċċess għad-data mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni
1. L-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandu jkollhom aċċess permezz tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija biex ifittxu fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jikkontrollaw jew jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul jew għas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri humiex issodisfati u biex jieħdu l-miżuri xierqa relatati magħhom. Skont l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandu jkollhom aċċess biex ifittxu fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bl-użu tad-data elenkata fl-Artikolu 17(2), il-punti (a) sa (e) ta’ dak ir-Regolament.
Kwalunkwe kombinazzjoni tad-data elenkata fl-Artikolu 17(2), il-punti (a) sa (e) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tista’ tintuża dment li tintuża d-data msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punt (a) ta’ dak ir-Regolament. Dawk it-tfittxijiet jistgħu jsiru bil-modalità libera.
Sakemm il-portal Ewropew tat-tfittxija jsir operattiv għall-użu mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni, dawn it-tfittxijiet għandhom isiru direttament fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.
2. It-tfittxijiet li jsiru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom iwasslu biex tinkiseb id-data msemmija fl-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
3. L-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandu jkollhom ukoll aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-fini ta’ ritorn, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 65(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
L-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandu jkollhom aċċess li jfittxu fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Kwalunkwe kombinazzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tintuża dment li tintuża d-data msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
4. It-tfittxijiet li jsiru f’konformità mal-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom iwasslu biex tinkiseb id-data msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 65(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240. Id-data msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punt (k) ta’ dak ir-Regolament għandha tkun tista’ tinkiseb biss jekk fit-tfittxija tkun intużat “id-data tat-twelid”.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 |dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d- Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(7) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(9) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(11) C(2021) 4123.