|
15.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 44/2010
tat-30 ta’ April 2010
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotta minn tratturi agrikoli u għall-foresterija (kompatibbiltà elettromanjetika) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2009/64/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 75/322/KEE (3) li hi inkorporata mal-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
It-test tal-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 75/322/KEE) għandu jitħassar. |
|
(2) |
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 30 (id-Direttiva 2008/2/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/64/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010 sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 309, 20.11.2008, p. 17.
(2) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 1.
(3) ĠU L 147, 9.6.1975, p. 28.
(*1) M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.