|
8.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/1662
tal-25 ta' Ottubru 2018
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM UKRAINE/1/2018)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (“EUAM Ukraine”), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fis-7 ta' Jannar 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/49 (2), li taħtar lis-Sur Kęstutis LANČINSKAS bħala Kap tal-Missjoni ta' EUAM Ukraine mill-1 ta' Frar 2016 sal-31 ta' Jannar 2017. |
|
(3) |
Fl-10 ta' Jannar 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/113 (3), li testendi l-mandat tas-Sur Kęstutis LANČINSKAS bħala Kap tal-Missjoni ta' EUAM Ukraine mill-1 ta' Frar 2017 sat-30 ta' Novembru 2017. |
|
(4) |
Fl-10 ta' Novembru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2106 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Kęstutis LANČINSKAS bħala Kap tal-Missjoni ta' EUAM Ukraine mill-1 ta' Diċembru 2017 sat-30 ta' Novembru 2018. |
|
(5) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li l-mandat ta' Kęstutis LANČINSKAS bħala Kap tal-Missjoni ta' EUAM Ukraine jiġi estiż mill-1 ta' Diċembru 2018 sal-31 ta' Mejju 2019, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat ta' Kęstutis LANČINSKAS bħala Kap tal-EUAM Ukraine huwa b'dan estiż sal-31 ta' Mejju 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/49 tas-7 ta' Jannar 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM UKRAINE/1/2016) (ĠU L 12, 19.1.2016, p. 47).
(3) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/113 tal-10 ta' Jannar 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM UKRAINE/1/2017) (ĠU L 18, 24.1.2017, p. 48).
(4) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/2106 tal-10 ta' Novembru 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM UKRAINE/2/2017) (ĠU L 303, 18.11.2017, p. 10).