Official Journal L 340 , 31/12/1999 P. 0105 - 0105
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1999 li taħtar tmien membri tal-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (1999/872/KE, KEFA, Euratom) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 247(3) tiegħu, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikolu 45(3) tiegħu, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 160b(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Opinjonijiet tal-Parlament Ewropew [1], (1) Billi l-mandati tas-Sur Patrick Everard, is-Sur Jørgen Mohr, is-Sur Antoni Castells, is-Sur Barry Desmond, is-Sur Giorgio Clemente, is-Sur Armindo de Jesus de Sousa Ribeiro, is-Sur Aunus Salmi u s-Sur Jan O. Karlsson jiskadu fid-9 ta' Frar 2000; (2) Billi ħatriet ġodda għandhom għallhekk isiru, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Dawn li ġejjin huma hawnhekk maħtura membri tal-Qorti ta' l-Awdituri għall-perjodu mill-1 ta' Marzu 2000 sat-28 ta' Frar 2006 inklużi: - Is-Sur Robert Reynders - Is-Sur Jørgen Mohr - Is-Sur Juan Manuel Fabra Valles - Is-Sinjura Màire Geoghegan-Quinn - Is-Sur Giorgio Clemente - Is-Sur Vítor Manuel da Silva Caldeira - Is-Sur Aunus Salmi - Is-Sur Jan O. Karlsson. Artikolu 2 Din id- Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fil-Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999. Għall-Kunsill Il-President K. Hemilä [1] Opinjonijiet mogħtija fis-16 ta' Diċembru 1999 (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali). --------------------------------------------------