<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑376/15 AJ</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015TO0376</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:89">EU:T:2016:89</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>4</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAS-<DATE ISO="20160217">17.2.2016</DATE> — KAWŻA T‑376/15 AJ [ESTRATTI] [<HT TYPE="ITALIC">EXTRAITS</HT>]</P><P>KJ U KK vs EASME</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-president tal-Qorti Ġenerali</HT></P><P><DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Għajnuna legali</KEYWORD><KEYWORD>Talba ppreżentata wara l-preżentata ta’ rikors</KEYWORD><KEYWORD>Rikors previst minn persuna fiżika</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà manifesta</KEYWORD><KEYWORD>Rikors previst minn persuna ġuridika</KEYWORD><KEYWORD>Ammissjoni</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T‑376/15 JA,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">KJ</HT>, residenti f’Pariġi (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">KK</HT>, stabbilita f’Pariġi,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME)</HT>, irrappreżentata minn P. Lambert, E. Fierro Sedano u I. Jimeno Hierro, bħala aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għal għajnuna legali abbażi tal-Artikolu 147 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali,</P><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-PRESIDENT TAL-QORTI ĠENERALI</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Huma riprodotti biss il-punti tad-digriet preżenti li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra utli l-pubblikazzjoni tagħhom.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Talba u proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20150707">7 ta’ Lulju 2015</DATE>, ir-rikorrenti, KJ u KK, kumpannija li tagħha KJ hija rappreżentanta u l-unika azzjonista, talbu l-ammissjoni tagħhom għall-benefiċċju tal-għajnuna legali, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 147 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, bil-ħsieb li jippreżentaw kawża intiża għall-annullament ta’ deċiżjonijiet li jirrigwardaw, minn naħa, ċaħda tal-proposta mressqa minn KK b’risposta għas-sejħa għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-programmi ta’ ħidma 2014-2015 taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u taħt il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="361" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, C 361, p. 9</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sejħa għal proposta H2020-SMEINST-1-2014<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u<?PAGE NO="2"?> min-naħa l-oħra, ċaħda tat-talba għal reviżjoni tal-evalwazzjoni li kienet wasslet għaċ-ċaħda tal-proposta mressqa minn din il-kumpannija (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien u msejħa, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjonijiet ikkontestati<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha, ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20150904">4 ta’ Settembru 2015</DATE>, l-Agence exécutive pour les petites et moyennes entreprises (EASME) talbet iċ-ċaħda tat-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tal-<DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE>, ir-rikorrenti pproduċew addendum għat-talba tagħhom għal għajnuna legali li jinkludi atti ġustifikattivi marbuta mas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, li l-President tal-Qorti Ġenerali ddeċieda li jinserixxi fil-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>, skont l-Artikolu 10(6) u tal-Artikolu 89(3)(ċ) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura, il-President tal-Qorti Ġenerali stieden lil KK sabiex tipprovdi l-kontijiet annwali tagħha li relattivi għall-aħħar tliet snin finanzjarji magħluqa. Huwa għamel ukoll lil KK mistoqsijiet marbuta mas-sitwazzjoni ekonomika attwali (deskrizzjoni tal-attività eżatta tal-impriża u tal-funzjonament tagħha, numru ta’ impjegati, deskrizzjoni tal-attivi u l-passivi tagħha, deskrizzjoni tad-dħul mill-bejgħ tagħha u spjegazzjoni sommarja tal-oriġini tiegħu, deskrizzjoni tal-ispejjeż tal-impriża u spjegazzjoni sommarja tas-sors ta’ dawn l-ispejjeż kif ukoll, f’każ ta’ attività ta’ żbilanċ, spjegazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament tal-kumpannija). Din tal-aħħar pproduċiet l-atti tagħha u r-risposti għad-domandi fit-<DATE ISO="20151130">30 ta’ Novembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 146(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura, l-għoti tal-għajnuna legali huwa suġġett għal żewġ kundizzjonijiet, minn naħa, li r-rikorrent ma jkunx jista’, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tiegħu, totalment jew parzjalment ikopri l-ispejjeż marbuta mal-għajnuna u r-rappreżentazzjoni legali quddiem il-Qorti Ġenerali u, min-naħa l-oħra, li l-azzjoni tiegħu ma tidhirx manifestament inammissibbli jew manifestament infondata.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ KJ</HT></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li KJ ma għandhiex interess ġuridiku kontra d-deċiżjonijiet ikkontestati, ir-rikors li hija tintendi li tippreżenta jidher li huwa manifestament inammissibbli. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 146(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-talba tagħha għal għajnuna legali għandha tiġi miċħuda, mingħajr il-bżonn li jiġi eżaminat jekk humiex issodisfatti l-kundizzjonijiet l-oħra previsti mill-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba tal-kumpannija KK</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ KK, din tal-aħħar pproduċiet il-kontijiet annwali tagħha (bilanċ kontabbli u kont tar-riżultati) għall-aħħar tliet snin finanzjarji magħluqa, kif ippreżentati quddiem l-awtorità fiskali. Minn dawn il-kontijiet jirriżulta li l-kumpannija, li l-prodotti tagħha huma fil-fażi ta’ żvilupp, ma kellha l-ebda dħul mill-bejgħ matul l-aħħar tliet snin finanzjarji magħluqa. Fl-aħħar tas-sena finanzjarja magħluqa fil-<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE>, hija ma kellhiex attivi, minbarra t-tagħrif espert tal-azzjonist uniku tagħha u tal-kollaboraturi tagħha, u kellha passiv ta’ [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Data kunfidenzjali moħbija.</P></NOTE>. Skont l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-kumpannija, dan il-passiv huwa marbut mal-ħlas tal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali kif ukoll mal-investimenti mwettqa mill-kumpannija sabiex tippermetti l-iżvilupp tal-prodotti tagħha. Il-kumpannija tindika li dan il-passiv huwa ffinanzjat mill-azzjonist uniku tagħha, mill-finanzi tiegħu u minn self li huwa kiseb.</TXT><?PAGE NO="3"?><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Issa, minn dawn l-elementi jirriżulta li KK ma għandhiex, f’isimha proprju, ir-riżorsi neċessarji sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Madankollu, l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha sabiex jiġi deċiż jekk persuna ġuridika għandhiex tiġi ammessa għall-benefiċċju tal-għajnuna legali ma tistax issir b’kunsiderazzjoni biss tar-riżorsi tagħha meħuda b’mod iżolat, indipendentement mis-sitwazzjoni tad-detenturi diretti jew indiretti tal-kapital tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-għajnuna legali tingħata lil dawk li ma għandhomx riżorsi biżżejjed sa fejn din l-għajnuna hija neċessarja sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-aċċess għall-ġustizzja. Huwa fid-dawl ta’ dan il-prinċipju, invokabbli mill-persuni ġuridiċi (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>DEB</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑279/09</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:811">EU:C:2010:811</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li għandhom jiġu interpretati l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-għajnuna legali, stabbiliti fl-Artikoli 146 sa 150 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Issa, persuna ġuridika ma tistax titqies li hija mċaħħda minn aċċess effettiv għall-ġustizzja fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali sempliċement minħabba l-fatt li d-detenturi diretti jew indiretti tal-kapital tagħha jirrifjutaw li jużaw ir-riżorsi li huma għandhom sabiex din il-persuna ġuridika tkun tista’ tiftaħ kawża. F’tali ċirkustanzi, ma huwiex il-baġit tal-Unjoni li, bl-użu ta’ fondi pprovduti lill-Qorti Ġenerali, għandu jissana l-karenza tal-persuni li jikkontrollaw il-persuna ġuridika inkwistjoni u li, fl-aħħar mill-aħħar, huma interessati prinċipalment fid-difiża tad-drittijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex tiġi evalwata s-sitwazzjoni ekonomika ta’ persuna ġuridika li titlob il-benefiċċju tal-għajnuna legali, għandu jittieħed kont mhux biss tar-riżorsi finanzjarji proprji tagħha, iżda wkoll tar-riżorsi li għandu globalment il-grupp ta’ impriżi li hija tifforma parti minnu direttament jew indirettament u tal-possibbiltajiet finanzjarji tal-azzjonisti u assoċjati tagħha, kemm persuni fiżiċi kif ukoll ġuridiċi [ara, b’analoġija, id-Digrieti tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19820507">7 ta’ Mejju 1982</DATE>, <NAME.CASE>Hasselblad vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>86/82 R</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:151">EU:C:1982:151</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19991214">14 ta’ Diċembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>HFB <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/99 P(R)</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:608">EU:C:1999:608</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>ArcelorMittal Wire France <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑385/10 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:502">EU:T:2010:502</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li KK, impriża b’membru wieħed b’responsabbiltà limitata, għandha azzjonist wieħed, KJ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Mid-dokumenti prodotti fl-anness tat-talba għal għajnuna legali jirriżulta li KJ iddikjara mal-awtorità fiskali dħul gross ta’ żero għas-sena 2014. Id-dħul tiegħu joriġina minn allowances ta’ assistenza soċjali, li kienu jammontaw għal [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] fix-xahar f’Settembru 2015. Fl-aħħar, huwa jindika li ma għandu l-ebda assi mobbli jew immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Minn dan jeħtieġ li jiġi konkluż li KJ jinsab f’inkapaċità, tal-inqas parzjali, li jagħmel tajjeb għall-impossibbiltà ta’ KK li tħallas l-ispejjeż tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant KK tissodisfa l-ewwel kundizzjoni tal-għoti tal-għajnuna legali, stabbilita fl-Artikolu 146(1) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Jeħtieġ madankollu li jitfakkar li, skont l-Artikolu 150 tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-kundizzjonijiet li wasslu għall-għoti tal-għajnuna legali jinbidlu <HT TYPE="ITALIC">pendente lite</HT>, il-President jista’ jirtira l-benefiċċju, kemm <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, kif ukoll fuq talba, wara li tinstema’ l-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-azzjoni prevista mill-kumpannija rikorrenti, din tikkonsisti fil-preżentata ta’ kawża kontra d-deċiżjonijiet ikkontestati.</TXT><?PAGE NO="4"?><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-provi prodotti minn KK fit-talba tagħha, anki jekk huma sommarji, huma suffiċjenti sabiex tiġi evalwata din it-talba fid-dawl tal-Artikolu 146(2) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-istħarriġ imwettaq mill-qorti meta teżamina jekk humiex issodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 146(2) tar-Regoli tal-Proċedura huwa intiż sabiex jiġi evitat li l-għajnuna legali tingħata għal kawża li manifestament ma tistax tintrebaħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-atti prodotti, il-kawża prevista minn KK, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> u fl-intier tagħha, la kienet tidher <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, manifestament inammissibbli u lanqas manifestament infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, jeħtieġ li KK tingħata l-benefiċċju tal-għajnuna legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 148(7) tar-Regoli tal-Proċedura, id-digriet li jagħti l-għajnuna legali jista’ jistabbilixxi somma li tingħata lill-avukat inkarigat sabiex jirrappreżenta lill-parti kkonċernata jew jistabbilixxi limitu massimu li, bħala prinċipju, ma jkunx jista’ jinqabeż mill-ispejjeż u mill-onorarju tal-avukat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li tiġi rriżervata d-deċiżjoni dwar l-ammont tal-ispejjeż u onorarji li għandhom jiġu assunti abbażi tal-għajnuna legali b’xejn. Madankollu, hemm lok li jiġi speċifikat, minn issa, il-limitu li fil-prinċipju ma’ jistax jinqabeż għall-ħlasijiet u l-onorarji tal-avukat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tas-suġġett u tan-natura tal-kawża, tad-diffikultajiet prevedibbli tal-kawża, tal-portata prevedibbli tax-xogħol legali li ser tiġġenera l-kawża u tal-interessi ekonomiċi li l-kawża tirrappreżenta għall-parti kkonċernata, l-ispejjeż u l-onorarji tal-avukat maħtur bħala għajnuna legali ma jistgħux, fil-prinċipju, jeċċedu ammont, mingħajr VAT, ta’ EUR 3000 għall-patroċinju ta’ KK.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-PRESIDENT TAL-QORTI ĠENERALI</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">KK hija ammessa għall-benefiċċju tal-għajnuna legali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Għandu jitħallas ammont li jikkorrispondi għall-ispejjeż ta’ assistenza u ta’ rappreżentazzjoni ta’ KK lill-avukat maħtur sabiex jirrappreżenta, abbażi ta’ provi ġustifikattivi, fil-limitu tal-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3000</FT>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba għal għajnuna legali ta’ KJ hija miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST><P>Magħmul fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE>.</P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Reġistratur</P><P>E. Coulon</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Il-President</P><P>M. Jaeger</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>