31979L0533



Official Journal L 145 , 13/06/1979 P. 0020 - 0022
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0007
Greek special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0144
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0007
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0105
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 10 P. 0105


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta’ Mejju 1979

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-mekkaniżmu tat-tqabbid u mat-treġġiegħ lura ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(79/533/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-ħtiġiet tekniċi tat-tratturi għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali li jirrelataw fost ħwejjeġ oħra mal-mekkaniżmu tat-tqabbid u mat-treġġiegħ lura;

Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet fl-Istati Membri li jirrelataw ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [4], li għandhom jiġu applikati fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. "Trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija" tfisser kull vettura bil-mutur mgħammra bir-roti jew tracks mingħajr tarf, li jkollha talanqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun il-qawwa tal-ġibda u li tkun iddisinjata speċifikatament biex tiġbed, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti power tools, makkinarju jew karrijiet maħsuba użati għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Din tista’ tkun mgħammra biex iġġorr tagħbija u passiġġieri.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għat-tratturi definiti fil-paragrafu 1 li għandhom tajers pnewmatiċi u li għandhom żewġ fusien u disinn ta’veloċita massimu ta’ bejn 6 u 25 km/h.

Artikolu 2

Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal trattur fuq il-bażi li l-mekkaniżmu tat-tqabbid jew tat-treġġiegħ lura jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet imniżżla fl-Annessi hawn mehmuża.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ tratturi minħabba raġunijiet li jirrelataw mal-mekkaniżmu tat-tqabbid jew tat-treġġiegħ lura jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Annessi hawn mehmusa.

Artikolu 4

Kull emendi meħtieġa għall-adattament tal-ħtiġiet ta’ l-Annessi għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifikazzjoni tagħha u għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu komunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Mejju 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Giraud

[1] ĠU C 268, tal-11.11.1978, p. 34

[2] ĠU C 296, tal-11.12.1978, p. 69

[3] ĠU C 128, tal-21.5.1979, p. 17.

[4] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS I

MEKKANIŻMU TA’ TQABBID

1. Numru

Kull trattur għandu jkollu makkaniżmu speċjali li miegħu jkun possibbli li titqabbad konnessjoni bħal virga ta’ l-irmonk jew ħabel ta’ l-irmonk għall-għanijiet ta’ l-irmunkar.

2. Pożizzjoni

Il-mekkaniżmu għandu jkun iffittjat fuq quddiem tat-trattur, li għanddu jkun mgħammar b’pern tat-tqabbid.

3. Disinn

Dan il-mekkaniżmu għandu jkun tat-tip slotted-jaw. Id-dimensjonijiet funzjonali speċifikati

+++++ TIFF +++++

Il-pern tat-tqabbid għandu jkollu dijametru ta’ 30 + 1.5 mm li għandu jiġi ffittjat ma’ mekkaniżmu li jipprevjeni li jinqala’ matul l-użu. Il-mekkaniżmu tat-tqabbid m’għandux ikun jista’ jinqala’.

It-tolleranza ta’ + 1.5 msemmija hawn fuq m’għandhiex titqies bħala tolleranza ta’ manifattura iżda bħala varjazzjoni permessa fid-dimensjonijiet nominali għall-pernijiet ta’ disinji differenti.

--------------------------------------------------

ANNESS II

TREĠĠIEGĦ LURA

It-tratturi kollha għandhom ikunu mgħammra b’mekkaniżmu għat-treġġiegħ lura li jkun jista’ jitħaddem mill-pożizzjoni tas-sewwieq.

--------------------------------------------------