1.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/133


Rettifika tad-Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 69 tal-4 ta’ Marzu 2022 )

Fil-paġna 15, fl-Artikolu 1, fil-punt 3, li jemenda l-Artikolu 7a(3), fir-raba’ subparagrafu, fit-tieni sentenza, tad-Direttiva 1999/62/KE,

minflok:

“Madankollu, għandhom jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu kif ukoll mat-tieni subparagrafu malli l-arranġamenti ta’ tariffi emendati b’mod sostanzjali jidħlu fis-seħħ, u mhux aktar tard mill-25 ta’ Marzu 2030.”,

aqra:

“Madankollu, għandhom jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu kif ukoll mat-tielet subparagrafu malli l-arranġamenti ta’ tariffi emendati b’mod sostanzjali jidħlu fis-seħħ, u mhux aktar tard mill-25 ta’ Marzu 2030.”.