|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/439 |
15.1.2025 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(C/2025/439)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Cornas”
PDO-FR-A0697-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 16.10.2024
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Prattiki tal-kultivazzjoni
Il-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni Cornas ġie ssupplimentat fit-taqsima “VI – Tħarriġ tal-vinji”, biex tiżdied dispożizzjoni agroambjentali bl-għan li jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-ambjent fiżiku u bijoloġiku tat-terroir:
|
— |
Il-qtugħ tal-ħaxix ħażin fit-truf u l-inklinazzjonijiet, ħlief il-qtugħ mekkaniku, huwa pprojbit. |
Din id-dispożizzjoni ġiet miżjuda mad-Dokument Uniku fil-punt “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”.
2. Regoli dwar it-tħarriġ mal-kannizzati
Il-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni Cornas ġie emendat fit-taqsima “XI – Miżuri tranżizzjonali” biex titħassar id-dispożizzjoni tranżizzjonali li ma għadhiex rilevanti u li kienet tipprevedi li r-regoli dwar it-tħarriġ mal-kannizzati, l-għoli tal-faxxina u l-għoli tal-puntali japplikaw għall-irqajja’ tad-dwieli li kienu diġà mħawla fil-31 ta’ Lulju 2009, mill-ħsad tal-2016.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
3. Tikkettar
Il-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni Cornas ġie ssupplimentat fit-taqsima “XII – Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar”, il-punt 2) Dispożizzjonijiet speċifiċi, biex jiġu inklużi r-regoli dwar it-tikkettar tal-indikazzjoni tal-unità ġeografika akbar “Vignobles de la Vallée du Rhône” skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-ftehim iffirmat bejn id-diversi korpi ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni kkonċernati. Dan it-terminu jrid jidher fl-istess kamp viżiv bħad-dettalji obbligatorji kollha, u jrid ikun stampat b’karattri tal-istess disinn grafiku u kulur bħal dawk tad-denominazzjoni, sakemm id-daqs ta’ dan it-terminu ma jaqbiżx iż-żewġ terzi tad-daqs tad-denominazzjoni.
Din l-emenda hija riflessa fit-taqsima “Rekwiżiti addizzjonali – Tikkettar” tad-Dokument Uniku.
4. Obbligi ta’ dikjarazzjoni
Il-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni Cornas ġie aġġornat biex l-obbligi ta’ rappurtar tal-operaturi lill-korp ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni jsiru konformi mal-pjan ta’ kontroll tad-denominazzjoni.
Dan l-aġġornament ma jaffettwax id-Dokument Uniku.
5. Referenza għall-korp ta’ kontroll
Il-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-Taqsima II – Referenzi għall-korp ta’ kontroll, ġie aġġornat biex jiġi speċifikat li l-kontroll tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott isir skont pjan ta’ kontroll approvat u minn korp terz li joffri garanziji ta’ kompetenza, imparzjalità u indipendenza u li jkun ġie ddelegat mill-INAO.
Dan l-aġġornament ma jaffettwax id-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni
Cornas
2. Tip ta’ Indikazzjoni Ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 - XARBIET, SPIRTI U ĦALL 2204 - Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
DESKRIZZJONI QASIRA
Id-denominazzjoni ta’ oriġini Cornas hija riżervata għall-inbejjed ħomor bla gass.
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %.
Fl-istadju tal-imballaġġ, l-inbejjed ikollhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi jew inqas għal kull litru.
Fl-istadju tal-imballaġġ, l-inbejjed ikollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju):
|
— |
ta’ 3 grammi jew inqas għal kull litru, għall-inbejjed li jkollhom qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ 13,5 % jew inqas; |
|
— |
ta’ 4 grammi jew inqas għal kull litru, għall-inbejjed li jkollhom qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ aktar minn 13,5 %. |
Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13,5 %.
Il-kontenut ta’ aċidità totali, ta’ aċidità volatili mhux speċifikata u ta’ diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit mir-regolamenti tal-Unjoni.
L-inbejjed huma esklużivament inbejjed ħomor, peress li Cornas hija l-unika denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata mid-denominazzjonijiet kollha msejħa “Côtes du Rhône septentrionales” fejn l-inbid huwa prodott esklużivament mill-varjetà Syrah N.
L-inbejjed dejjem ikollhom kulur karatteristiku skur ħafna, lewn il-granata, kważi iswed, li jaqleb lejn tonalitajiet lewn l-ambra aktar ma jimmaturaw. Huma qawwija u robusti u jilħqu l-milja tagħhom wara maturazzjoni twila. Minħabba din l-istruttura tagħhom, spiss jitqiesu bħala “virili”.
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima: — |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom
1. Prattika tal-kultivazzjoni
|
— |
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 400 pjanta għal kull ettaru; |
|
— |
L-erja massima disponibbli għal kull pjanta hija ta’ 2,30 metru kwadru; din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati l-wisa’ bejn il-fanni u l-ispazju bejn il-pjanti fl-istess flann; |
|
— |
Il-wisa’ bejn il-flanni tad-dwieli hija ta’ 2,50 metri jew inqas. |
Id-dwieli jinżabru b’massimu ta’ tmien għejun f’kull pjanta, skont it-tekniki li ġejjin:
|
— |
żabra qasira bid-dwiefer (sġajra, cordon de Royat b’fergħa waħda jew tnejn); |
|
— |
żabra tat-tip Guyot singola jew doppja. |
L-għoli massimu tal-kurdun huwa ta’ 0,60 metri. Dan l-għoli jitkejjel mill-art sal-parti l-baxxa tal-fergħa.
|
— |
L-inbejjed jinkisbu minn għeneb li jinqata’ bl-idejn. L-għenieqed tal-għeneb jiġu ttrasportati sħaħ sal-post tal-vinifikazzjoni. |
Mill-1 ta’ Jannar 2020, it-tħawwil u s-sostituzzjonijiet tad-dwieli, għandhom isiru b’materjal veġetali li jkun ġie ttrattat bil-misħun jew bi kwalunkwe trattament ieħor rikonoxxut mill-Ministeru għall-Agrikoltura kontra l-flavescence dorée.
|
— |
Il-ġestjoni tal-veġetazzjoni spontanja ssir mill-1 ta’ Settembru sal-1 ta’ Frar, kemm billi tinħadem l-art u kemm b’tagħmir li jiżgura l-lokalizzazzjoni preċiża tal-prodotti ta’ trattament. |
|
— |
Il-mulching tal-plastik tad-dwieli huwa pprojbit. |
|
— |
Il-qtugħ tal-ħaxix ħażin fit-truf u l-inklinazzjonijiet, ħlief il-qtugħ mekkaniku, huwa pprojbit. |
2. Prattika enoloġika speċifika
|
— |
Huwa pprojbit kull trattament termiku tal-ħsad tal-għeneb għall-inbid fejn it-temperatura taqbeż l-40 °C; |
|
— |
L-użu tal-biċċiet tal-injam huwa pprojbit; |
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, fir-rigward tal-prattiki enoloġiċi użati, l-inbejjed għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
46 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taz-żona demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru kollha fit-territorju tal-muniċipalità ta’ Cornas, fid-département ta’ Ardèche, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-1 ta’ Jannar 2019.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Syrah N - Shiraz
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Fl-organizzazzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollati tal-Vallée du Rhône, id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Cornas tagħmel parti mill-Crus des Côtes du Rhône.
Filwaqt li tinsab fil-parti tat-Tramuntana tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Côtes du Rhône, id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Cornas hija dik l-aktar fin-Nofsinhar għall-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor.
Fil-fatt il-vinja tinsab fuq ix-xatt tal-lemin tar-Rhône, faċċata tal-belt ta’ Valence, bejn iż-żoni ġeografiċi tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollati Saint-Péray u Saint-Joseph.
Iż-żona ġeografika hija demarkata fuq il-muniċipalità ta’ Cornas biss, fid-département ta’ Ardèche.
Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni Cornas tinkludi art f’forma ta’ anfiteatru essenzjalment tal-granit, esposta sew, protetta mill-irjieħ u sħuna, u magħmula minn għoljiet imtarrġa mqassma f’għelieqi permezz ta’ ħitan baxxi li l-komunità ta’ produtturi tal-inbid bniet b’paċenzja kbira u għadha tieħu ħsiebhom, bl-għan li tippreżerva kemm il-potenzjal ta’ produzzjoni kif ukoll il-pajsaġġ relatat.
Peress li għadhom iżommu t-tradizzjoni li jaqtgħu l-għeneb bl-idejn, il-produtturi tal-inbid ta’ Cornas jikkontribwixxu għaż-żamma tal-oriġinalità u tal-karatteristiċi ta’ din il-vinja tal-għoljiet.
Il-mesoklima aktarx hija l-element li minnu ħadet l-isem il-muniċipalità tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata, peress li biċ-Ċeltiku “Cornas” tfisser “art maħruqa”. Dawn il-kundizzjonijiet moderati tal-klima jwasslu għal maturità bikrija. Dan jispjega għalfejn il-ħsad f’Cornas spiss jibda ġimgħa qabel minn dak tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Hermitage, għalkemm tinsab biss 12-il kilometru fin-Nofsinhar tat-territorju.,.
Dawn il-kundizzjonijiet naturali kollha ppermettew li hawnhekk titħawwel il-varjetà Syrah N, varjetà simbolika ta’ dan it-territorju, anki jekk infirxet f’reġjuni oħrajn. L-għeneb, li ġej minn irqajja’ ta’ art demarkati bir-reqqa, isir kmieni u joffri nbid virili kkaratterizzat minn kulur iswed, tannini abbundanti iżda fini, aromi qawwija, struttura li tiżgura nbejjed tajbin għal maturazzjoni fit-tul, u bi kwalità rikonoxxuta minn kulħadd u madwar id-dinja, imfaħħra tul is-sekli kif tixhed l-abbundanza ta’ arkivji.
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Cornas sawret il-fama tagħha biss fuq l-inbid aħmar, b’mod parallel ma’ Saint-Péray, id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata ġara, li tkopri biss l-inbid abjad.
Minbarra l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, iċ-ċokon tal-vinja tiegħu u l-klima tiegħu, Cornas jikseb l-oriġinalità u l-identità tiegħu mill-unità tiegħu (muniċipalità waħda biss, varjetà waħda biss u ħamrija essenzjalment granitika).
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Tikkettar
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
|
a) |
- It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li:
|
|
b) |
- It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jispeċifika l-unità ġeografika akbar “Cru des Côtes du Rhône” jew “Vignobles de la Vallée du Rhône”. Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-unità ġeografika akbar “Vignobles de la Vallée du Rhône” huma speċifikati fil-ftehim iffirmat bejn id-diversi korpi ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni kkonċernati.Dan it-terminu jrid jidher fl-istess kamp viżiv bħad-dettalji obbligatorji kollha u jrid ikun stampat b’karattri tal-istess disinn grafiku u kulur bħal dawk tad-denominazzjoni, bil-kundizzjoni li d-daqs ta’ dan it-terminu ma jaqbiżx iż-żewġ terzi tad-daqs tad-denominazzjoni. |
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, definita b’deroga għall-vinifikazzjoni tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, fuq il-bażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-1 ta’ Jannar 2019:
|
— |
Id-département ta’ Ardèche: Alboussière, Andance, Ardoix, Arlebosc, Arras-sur-Rhône, Boffres, Bogy, Champagne, Champis, Charmes-sur-Rhône, Charnas, Châteaubourg, Cheminas, Colombier-le-Cardinal, Eclassan, Etables, Félines, Gilhac-et-Bruzac, Glun, Guilherand-Granges, Lemps, Limony, Mauves, Ozon, Peaugres, Peyraud, Plats, Quintenas, Saint-Barthélemy-le-Plain, Saint-Cyr, Saint-Georges-les-Bains, Saint-Romain-d’Ay, Saint-Romain-de-Lerps, Sarras, Sécheras, Serrières, Saint-Désirat, Saint-Etienne-de-Valoux, Saint-Jean-de-Muzols, Saint-Péray, Soyons, Talencieux, Thorrenc, Toulaud, Tournon-sur-Rhône, Vernosc-lès-Annonay, Vinzieux, Vion; |
|
— |
Id-département ta’ Drôme: Albon, Andancette, Beaumont-Monteux, Beausemblant, Bourg-lès-Valence, Chanos-Curson, Chantemerle-les-Blés, Châteauneuf-sur-Isère, Chavannes, Clérieux, Crozes-Hermitage, Erôme, Gervans, Granges-les-Beaumont, Larnage, Laveyron, Mercurol-Veaunes, La Motte-de-Galaure, Ponsas, Pont-de-l’Isère, La Roche-de-Glun, Saint-Barthélemy-de-Vals, Saint-Donat-sur-l’Herbasse, Saint-Rambert-d’Albon, Saint-Uze, Saint-Vallier, Serves-sur-Rhône, Tain-l’Hermitage, Triors, Valence; |
Żona fil-viċinanza immedjata (kontinwazzjoni)
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
|
— |
Id-département ta’ Isère: Chonas-l’Amballan, Le-Péage-de-Roussillon, Reventin-Vaugris, Les Roches-de-Condrieu, Sablons, Saint-Alban-du-Rhône, Saint-Clair-du-Rhône, Saint-Maurice-l’Exil, Salaise-sur-Sanne, Seyssuel, Vienne; |
|
— |
Id-département ta’ Loire: Bessey, La Chapelle-Villars, Chavanay, Chuyer, Lupé, Maclas, Malleval, Pélussin, Roisey, Saint-Michel-sur-Rhône, Saint-Pierre-de-Bœuf, Saint-Romain-en-Jarez, Vérin; |
|
— |
Id-département ta’ Rhône: Ampuis, Condrieu, Les Haies, Loire-sur-Rhône, Longes, Saint-Cyr-sur-le-Rhône, Saint-Romain-en-Gal, Sainte-Colombe, Tupin-et-Semons. |
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/439/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)